Shana enormi fin-naha tal-prigunieri
Il-kundizzjonijiet li qed ikollhom jahdmu fihom l-infermieri, Gwardjani tal-Habs u membri tas-Servizzi ta’ Detenzjoni f’parti tal-Isptar Monte Carmeli fejn hemm prigunieri u immigranti irregolari, qed ikunu deskritti bhala inumani. Dawn il-kundizzjonijiet qed jaffettwaw hazin ukoll lill-prigunieri u immigranti.
Is-shana li qed taghmel bhalissa qed tkun ta’ detriment ghal hafna nies peress li fil-parti maghrufa bhala ASU tal-Isptar Monte Carmeli m’hemmx is-sistema tal-arja kkundizzjonata. It-temperaturi gholjin mhux biss qed joholqu tbatija ghal dwan il-haddiema, imma wkoll qed tpoggoi f’periklu sahhet il-prigunieri u l-immigranti li jkollhom bzonn jinghataw xi tip ta’ pilloli u medicini. Dan ghax il-pilloli u l-medicini qed jnzammu f’cupboard fit-Treatment Room li wkoll mhix attrezzata bl-arja kkundizzjonata meta dawn il-pilloli u medicini suppost jinzammu f’temperaturi specifikati.
Sorsi qrib l-Isptar Monte Carmeli qalu lil KRONAKA f’MALTA li l-infermieri qed isubha difficli biex jahdmu f’dawn il-kundizzjonijiet specjalment fejn tidhol il-kura medika. Anke ghalihom personalment is-shana tkompli taghmlilhom il-hidma difficli. L-istess ghall-Gwardjani tal-Habs li jkunu xoghol ghassa mal-prigunieri kif ukoll il-membri tad-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni li jkunu ghassa mal-immigranti kemm irgiel kif ukoll nisa. Is-sorsi qalulna li dawn qed iqattghu madwar 23 siegha minn 24 siegha fic-celel. Dan ghax jithallew johorgu mic-celel 30 minuta bejn it-8.00 a.m. u l-11.00 a.m. u 30 minuta ohra bejn is-2.00 p.m. u l-4.30p.m. Izda minkejja dan huma xorta jinzammu fil-kuridur fejn hawn ukoll m’hawnx sistema ta’ arja kkundizzjonata.
Dan l-inkonvenjent jinsab ukoll fic-Centri tas-Sahha tal-Mosta u ta’ Birkirkara kif ukoll fit-Taqsima Psikjatrika fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Sorsi qrib id-Divizjoni tas-Sahha qalulna li s-sitwazzjoni fic-Centru tas-Sahha ta‘ Birkirkara tista’ tmur ghall-aghar meta dan ic-Centru jibda jilqa’ wkoll il-pazjenti li ssoltu jmorru l-Mosta peress li dak tal-Mosta se jinghalaq biex isir xoghol ta’ rinnovazzjoni.
F’Ghawdex, fit-Taqsima tal-Psikjatrija, ukoll hija gravi minhabba li hawnhekk ma jistghux jithallew twieqi miftuhin minhabba l-kundizzjoni mentali tal-pazjenti. B’hekk is-shana qed tinhass ferm iktar.
Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubblici tal-GWU, Josef Bugeja, li hija responsabbli mill-membri tad-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni qal lil KRONAKA f’MALTA li minnufih ghandha tigi installata s-sistema tal-arja kkundizzjonata biex dawn il-haddiema jkunu jistghu jwettqu dmirhom f’ambjent accettabbli. Huwa appella lill-Awtoritajiet koncernati biex jittiehdu l-passi mehtiega malajr kemm jista’ jkun ghall-gid kemm ta’ dawn il-haddiema kif ukoll ghal dawk li qeghdin f’din il-parti tal-isptar.
Mitlub jikkummenta dwar dawn l-ilmenti, il-President tal-MUMN, Paul Pace, qalilna li l-unjin waslulha dawn l-ilmenti minn oqsma differenti. Huwa qal li r-raguni ghax m’hemmx is-sistema tal-arja kkundizzjonata hi minhabba nuqqas ta’ finanzi u dawk li gratilhom il-hsara baqghu ma ssewwewx.
Dwar ic-Centri tas-Sahha ta’ Birkirkara u tal-Mosta, Paul Pace qal li s-shana f’dawn ic-centri qed tkun ta’ detriment mhux biss ghall-infermieri imma wkoll ghall-pazjenti li qed jirrikorru fihom u li mhux qed taghmel gid ghal sahhithom.
Fit-Taqsima Psikjatrika f’Ghawdex mhux biss ma jistghux jinfethu twieqi izda lanqas ma jistghu jintuzaw fannijiet minhabba l-qaghda mentali tal-pazjenti. B’hekk is-sitwazzjoni tkompli taggrava, sahaq Paul Pace.
Il-President tal-MUMN temm il-kumment tieghu wkoll b’appell lid-Divizjoni tas-Sahha u lill-Ministeru tas-Sahha, biex ma jkomplux ikaxkru saqajhom u jiehdu l-passi mehtiega.
This entry was posted on Tuesday, June 26th, 2012 at 08:57 and is filed under Appell, Habs ta' Kordin, Immigranti, Infermieri, Klandestini, Prigunieri, Rabja, Sptar Monte Carmeli. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.