Kuntistabbli tal-Pulizija tinsab fil-periklu tal-mewt
Triq il-Belt Valletta f’H’Attard, jew kif hafna jafuha bhala t-triq tar-Rabat, regghet kienet ix-xena ta’ accident gravi tat-traffiku fejn Kuntistabbli tal-Pulizija tinsab fil-periklu tal-mewt.
Christabelle Chetcuti, WPC295, ta’ 26 sena minn Birkirkara kienet qed issuq karozza Fiat Punto fid-direzzjoni ta’ H’Attard u kif waslet f’liwa tilfet il-kontroll tal-karozza, marret fuq in-naha l-ohra tat-triq u baqghet diehla b’impatt qawwi f’sigra u f’hajt.
Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera li hadet lil Chetcuti l-Isptar Mater Dei fejn wara li kompliet tinghata l-kura medika giet iccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. Minhabba li fit-triq kien hemm diversi tifrik tal-karozza, il-Pulizija ghalqu t-triq ghat-traffiku li kien sejjer fid-direzzjoni tar-Rabat u ghalhekk gie devjat minn toroq alternattivi sakemm tlesta l-access.
B’dan l-accident gie informat il-Magistrat Dr Neville Camilleri li ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina, Dr Richard Sladden u l-Prokuratur Legali Mario Buttigieg bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija.
L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Jonathan Ransley flimkien mas-Surgent Maria Cuschieri.
Kif griet l-ahbar li WPC295 Chetcuti kienet qed tinzamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei bdew jitpoggew messaggi fuq is-sit socjali Facebook minn hbieb taghha u kollegi fosthom anke superjuri taghha li wrew is-solidarjetà u ghamlulha kuragg filwaqt li awgurlawlha fejqan ta’ malajr.
This entry was posted on Sunday, June 24th, 2012 at 08:52 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Inkjesta, Korp tal-Pulizija, Korriment, Periklu, Pulizija, Pulizija Nisa, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Dear Christabel, I auger you a speedy and full recovery.