Tahlita ta’ drapp, kimika u drenagg ikkawzaw spluzjoni
James Bonavia ta’ 37 sena mix-Xemxija ha xokk kbir meta sehhet spluzjoni quddiemu meta kien qed jaghmel xoghol ta’ skavar fis-sit fejn qed jinbena l-Malta Bio Park qrib l-Isptar Mater Dei. L-ispluzjoni x’aktarx li kienet ikkawzata minn tahlita ta’ drapp antik, kimika u drenagg li kien mirdum u giebja li wkoll iffurmaw gassijiet fiha.
Il-Gimgha ghall-habta tal-10.40 a.m. Bonavia kien qed jopera ‘excavator’ biex jaqla’ gebel u materjal iehor fejn kien hemm il-fabbrika tal-VF li kienet timmanifattura jeans kif ukoll fejn kien hemm il-Laboratorju Nazzjonali ta’ Malta. Kif Bonavia nizzel il-‘barmil’ biex jaqla’ l-materjal, x’aktarx li laqat xi hadid u kkawzat spark b’konsegwenza li sehhet spluzjoni.
Sorsi qrib id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili qalu lil KRONAKA f’MALTA li mirdum taht ir-radam kien hemm gibja li tinsab tliet metri taht l-art u li allegatament inbniet illegalment. Dan ghaliex din ma tidher imkien fil-pjanti li ghandhom l-izviluppaturi. Jidher li l-ilma fil-giebja thallat ma’ xi kimika u l-ammont kbir ta’ bicciet tad-drapp li wkoll kellhom xi kimika kompla ikkomplika s-sitwazzjoni.
Qed jinghad li l-gibja instabet maghluqa kompletament bil-konkrit b’konsegwenza li nholqot arja ippressata. Peress li fl-istess giebja dahal ukoll id-drenagg dan kompla zied il-gassijiet taht l-art. B’hekk kif kien hemm spark dan ikkwza spluzjoni izda minghajr ebda nar.
Fil-fatt Bonavia qalilna li huwa ra dahna safra u gebel itir tant li kantun minnhom tar ghal diversi metri u faqa’ wahda mill-pjanci li hemm idawwru s-sit. Dan il-kantun spicca fit-triq taht il-bankina. B’xorti tajba dak il-hin ma kien ghaddej hadd u haddiema ohrajn li kienu fuq is-sit dak il-hin kienu f’partijiet ohrajn.
Fuq il-post marru l-membri tal-Protezzjoni Civili fosthom dawk tal-Hazmat immexxijin mill-ufficjal Mark Zammit. Marru wkoll il-Pulizija tad-Distrett immexxijin mill-Ispetturi Elton Taliana u Jonathan Ransley flimkien mas-Surgent Maria Scicluna.
Minhabba li fuq is-sit kien hemm riha qawwija ta’ xi tip ta’ gass, saru ezamijiet ghal-livelli tal-gassijiet b’apparat apposta fejn irrizulat li l-livelli kienu baxxi hafna u ma kien hemm ebda periklu serju. Minhabba li l-ufficjali mill-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol u dawk tal-kumpanija ma setghux jaslu ghal xi konkluzjoni, inhatar il-Professur Alfred Vella bhala espert fejn intuza apparat iehor li rrizulta li kien hemm tahlita ta’ kimika u drenagg. Huwa mifhum li taht ir-radam instab kwantità kbira ta’ drapp li tnehha kollu biex ikun evitat aktar periklu.
Bhala prekawzzjoni marru wkoll fuq il-post tal-accident il-membri mill-Explosive Ordinance Unit tal-FAM.
This entry was posted on Saturday, June 23rd, 2012 at 09:25 and is filed under Accident, EOD, FAM, Gass, Haddiem, Periklu, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Spluzjoni. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
L-ewwel karozza taqbad fir-roundabout ta Mater Dei, imbad taqbad ghalqa u chemical store fl-industrial estate u imbad spluzjoni fil-construction site ta biomalta…qisu kollox fl-istess area qed jinqala !!