Zaghzugh mill-Imqabba fil-periklu tal-mewt
Zaghzugh li kien fi triqtu lejn id-dar kien involut f’accident tat-traffiku fi triq li probabbli ghadda minnha diversi drabi li hija Triq Hal Farrug limiti ta’ Hal Luqa li taghti ghall-Imqabba.
L-accident sehh kmieni l-Hadd filghodu ghall-habta tas-2.10 a.m. meta Sean Cassar ta’ 21 sena mill-Imqabba kien qed isuq karozza Fiat Punto fid-direzzjoni tal-Imqabba u kif wasal f’liwa ftit metri ’l boghod minn fejn hemm il-Lufthansa Teknik, Cassar tilef il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li baqa’ diehel f’hajt tas-sejjiegh fuq in-naha l-ohra tat-triq bid-daqqa qawwija tkun fuq in-naha tas-sewwieq.
Mal-impatt qawwi mal-hajt, il-karozza daret thares fid-direzzjoni opposta, regghet marret fuq in-naha l-ohra tat-triq fejn wara li habtet mal-bankina spiccat tieqaf mar-recint tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fuq il-post tal-accident issejhet ambulanza b’infermiera li hadet liz-zaghzugh l-Isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn griehi gravi f’rasu. Jidher li Cassar habat rasu mal-pilastru tal-bieba meta l-karozza hadet l-ewwel impatt mal-hajt u meta daret f’daqqa ras Cassar marret lejn il-lemin u habtet mal-pilastru. Kawza tal-griehi gravi li sofra z-zaghzugh gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
B’dan l-accident giet informata l-Magistrat Dr Edwina Grima li ordnat inkjesta u hatret lill-Perit Richard Aquilina u lill-Prokuratur Legali Mario Buttigieg bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija. L-istharrig qed jitmexxa mill-Ispettur Spiridione Zammit tad-Distrett.
Ghal xi hin it-triq inzammet maghluqa mill-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett.
Dan kien wiehed mill-hafna accident li sehhew fi tmiem il-gimgha fejn barra li kien hemm wiehed fatali f’St. Andrews (ara http://johnpisani.net/kronaka/?p=10434#more-10434), kien hemm ohrajn anke wiehed minnhom li halla zaghzugh iehor fil-periklu tal-mewt.
This entry was posted on Monday, June 18th, 2012 at 07:19 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Inkjesta, Korriment, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Hemm bzonn dixxiplina stretta fis-sewqan. Kemm ilhom li spiccaw ir-road blocks morna il-bahar. Rega hemm bzonnhom ghaliex illum wegga dan jaf ghada u pit ghada jwegga xi hadd minghajr htija ta xejn minhabba traskuragni ta haddiehor. J’ALLA dan iz-zaghzugh johrog mil-Isptar qawwi u shih.