Ingliz baqa’ diehel fi ‘Quad Bike’ u qatel lis-sewwieq
Velocità eccessiva u xorb alkoholiku zejjed jiffurmaw il-“cocktail” perfett biex jikkawza accident tat-traffiku, anke fatali. Hekk sehh is-Sibt meta, filwaqt li qed ikun allegat li ragel Ingliz kien qed isuq b’velocità eccessiva u li kien taht l-influwenza qawwija tal-alkohol, ikkawza accident fejn hu sofra griehi hfief filwaqt li ragel minn San Giljan miet kawza tal-accident.
Din it-tragedja grat ghall-habta tal-10.12 a.m. fi Triq Sant’ Andrija limiti ta’ St Andrews qrib dik li kienet il-Lukanda Forum. Dak il-hin Tony Grixti ta’ 60 sena minn San Giljan kien fuq il-‘quad bike’ tat-tip Kymco sejjer fid-direzzjoni ta’ Bahar ic-Caghaq meta waqaf biex idur fuq il-lemin biex jidhol lejn Pembroke. Grixti kien ghadu kif mar jixtri l-hobz, pasti u xi oggetti ohrajn peress li aktar tard filghaxija kien se jattendi ghal ‘Barbeque’ mal-familja.
Grixti kien wieqaf jistenna t-traffiku gej mid-direzzjoni opposta qabel idur. Dak il-hin minn warajh giet karozza Peugeot 107 misjuqa minn Justin West ta’ 39 sena ta’ nazzjonalità Ingliza u residenti San Pawl il-Bahar. Skont persuni li raw l-accident isehh qalu lil KRONAKA f’MALTA li semghu karozza gejja li skont il-hoss instemghet li kienet qed tinsaq b’velocità xi ftit gholja li baqghet diehla fuq wara tal-‘quad bike’. L-impatt kien qawwi hafna tant li mad-daqqa l-mutur b’erba’ roti gie imbutat fuq karozza Peugeot misjuqa minn mara ta’ 35 sena mill-Mosta li kienet wieqfa tistenna biex tohrog ghat-triq principali.
Mad-daqqa Grixti spicca jittajjar minn fuq il-‘quad bike’ b’konsegwenza li ha tisbita kbira kemm fuq il-karozza tal-Ingliz u anke fuq it-tarmak. Il-mutur spicca wkoll jahbat mal-hajt filwaqt li l-Peugeot li kien qed isuq l-Ingliz baqghet sejra ghal diversi metri, marret fuq in-naha l-ohra tat-triq, qabzet cint ta’ zewg filati u spiccat f’nofs triq sekondarja.
L-ewwel ma waslu fuq il-post kienu l-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile immexxijin mis-Surgent Luke Stivala u dawk tad-Distrett imexxijin s-Surgenti Terry Mallia u Ramon Mifsud Grech fejn sabu lil Grixti bid-demm hiereg minn rasu f’nofs it-triq. Ftit tal-hin wara waslu zewg ambulanzi bl-infermieri fejn l-ewwel wahda hadet lil Grixti l-Isptar Mater Dei u t-tieni wahda hadet lil West.
Kif twasslu l-isptar Grixti nstab li kien qed isofri minn griehi gravi hafna izda minkejja t-tentattvi tat-tobba u l-infermieri biex isalvawlu hajtu, Grixti miet. Min-naha l-ohra John West sofra biss griehi hfief x’aktarx daqqa f’riglejh. Is-sewwieqa l-ohra mill-Mosta b’xorti tajba ma gralha xejn ghalkemm dehret li kellha xokk fuqha.
Sorsi informati tajjeb qalu lil dan is-sit elettroniku li meta Justin West sarlu l-ezami tan-nifs irrizulta li kellu l-livell tal-alkohol gholi hafna minkejja li kien ghadu kmieni filghodu.
Qarib ta’ Grixti qalilna li ‘quad bike’ xtraha nhar l-Erbgha tal-gimgha l-ohra u li Tony kien dejjem attent u jsuq bil-mod. Huwa hareg filghodu biex mar jixtri xi affarijiet ghall-Barbeque. Fil-fatt minbarra bicciet tal-mutur, l-elmu, karkur u biccet tal-karozza li kien qed isuq l-Ingliz, fit-triq kien hemm ukoll il-hobz u l-oggetti li mar jixtri.
B’dan l-accident fatali giet informata l-Magistrat Dr Edwina Grima li ordnat inkjesta u hatret lill-Perit Richard Aquilina, t-tekniku Joseph Zammit u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija. Il-Pulizija tad-Distrett, immexxijin mill-Ispettur Trevor Micallef qed jinvestigaw il-kaz. Ghal hin twil it-triq kellha tinghalaq miz-zewg nahat mill-Pulizija tat-Traffiku.
Dan huwa t-tielet accident fatali tat-traffiku din is-sena.
Aggornament mill-Qorti
Il-Hadd il-Qorti infetah b’urgenza biex l-Ispettur Trevor Micallef mill-Ghassa ta’ San Giljan ressaq lil Justin West ta’ 39 sena, Ingliz residenti San Pawl il-Bahar u akkuzah li meta kien taht l-influwenza tal-alkohol ikkawza l-mewt ta’ Tony Grixti ta’ 60 sena minn San Giljan.
L-Ispettur Micallef akkuza lil West li nhar is-Sibt li ghadda bi traskuragni u nuqqas ta’ hila u nuqqas ta’ osservazzjoni tar-regolament tat-traffiku, ikkawza l-mewt ta’ Grixti. L-Ingliz jinsab akkuzat ukoll li saq karozza Peugeot b’velocità eccessiva u li kien taht l-influwenza qawwija tal-alkohol tant li l-volum tal-akohol fin-nifs u fl-urina kien hafna gholi minn dak preskritt fil-ligi.
West gie mixli li ghamel hsara fi tliet vetturi fosthom il-‘quad bike’ Kymco li kien qed isuq il-vittma, karozza Peugeot ta’ mara mill-Mosta u dik li kien qed isuq hu peress li din hija tal-kiri.
Justin West wiegeb li ma kienx hati tal-akkuzi migjubin kontrih u talab biex jinheles mill-arrest, izda l-Magistrat Dr Doreen Clarke cahdet it-talba tal-akkuzat u ordnat li jibqa’ jinzamm taht arrest preventiv fil-Habs ta’ Kordin.
This entry was posted on Sunday, June 17th, 2012 at 06:41 and is filed under Accident, Alkohol, Ambulanzi, Emergenza, Esperti, Fatalita', Infermieri, Inkjesta, Mewt, mutur, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Pulizija tat-Traffiku, Sptar Mater Dei, Tobba, tragedji. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.