Mara ssofri griehi f’ghonqha
Habta ‘head-on’ halliet mara ssofri b’ugiegh f’ghonqha kawza ta’ accident tat-traffiku f’San Giljan kmieni s-Sibt filghodu.
L-accident sehh ftit qabel it-8.00 a.m. fi Triq il-Kbira fl-inhawi tal-Balluta meta Charles Vella ta’ 36 sena minn Tas-Sliema kien qed isuq karozza BMW minn Paceville lejn San Gijan. Dak il-hin kienet gejja Maryanne Vella ta’ 55 sena f’karozza Cordoba mid-direzzjoni opposta meta Vella tilef il-kontroll tal-BMW b’konsegwenza li z-zewg vetturi habtu ‘head-on’.
Fuq il-post issejhet ambulanza li hadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn instabet li kienet qed issofri minn griehi hfief. Rapport tal-accident thejja mill-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surgent Ramon Mifsud Grech.
This entry was posted on Sunday, June 17th, 2012 at 06:40 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
kumbinazzjoni BMW tilef il kontroll.mhux qed nwahhal fil karozza imma ???
Imma x’ghandu x’jaqsam ‘cittadin’?! Int ghandek xi toyota, fiat jew peugeot? Nies li jsuqu dawn mhux ukoll jitilfu l-kontroll jew int xi wiehed minn dawk li tkun lest tparla wara li jsehh accident bhall ma kien jigri fil-passat. Kienu jiehdu qata’ kif jaraw zaghzagh b’ xi Honda ghax bhallikieku mhux nies ta kull eta inkluz anzjani jikkawzaw l-incidenti… Ma nkunux bla sens u ghax il-BMW saret popolari maz-zaghzagh noqghodu nimmalafamaw!
miniex nimmalafama imma li qed nighd jien li hawn hafna li ghax ikollhom bmw second hand ta lingilterra li bi12000 kulhadd kapaci jixtrieh imma mhux kulhadd kapaci jzommu minghalihom lahu lalla u jibdew jaghfsu bladdocc imma meta jigu ghas si u no ma jkunux kapaci jimmanuvrawh!!!
ma nafx x’ghandu x’jaqsam imma nsomma… biex naqbel ftit ma l-argument tieghek nahseb li bnieden li ghadu bla esperjenza anke maruti 800 ma jkunx jaf jimmanuvra ghax meta ssuq oltre il-limitu li tiflah karozza tkun qed tipperikola hajtek u lil ta madwarek. U f’dan il-kaz ma nimmaginax li ta 36 sena m’ghandux esperjenza jew mhux matur, gifieri tghidx cucati ghax wara kollox anke int taht l-istess sema qieghed. Jew jekk Alla hares tigri lilek jew lil xi hadd familjari tibda tara f’min u fiex ha twahhal?!
naqbel ma cittadin.