Il-Prim Ministru se evalwa l-klawsola wara tmin snin fl-UE
Minkejja li Malta issa ilha mill-2004 membru shih fl-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ghadu se jevalwa l-kundizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija biex ikunu bhal dawk ta’ pajjizi fl-UE fejn jidhlu t-tpingijiet, jew ahjar it-tattoos, fuq gisem ta’ dawk li japplikaw biex jidhlu membri fil-Korp.
Kien id-Deputat Laburista Joe Mizzi li staqsa lill-Prim Ministru, issa bhala Ministru tal-Intern ukoll, jekk ihossx li huwa anakronizmu li persuni li jridu japplikaw biex jidhlu membri tal-Korp tal-Pulizija qed jinzammu milli jaghmlu hekk jekk ikollhom tpengija fuq gisimhom, anki f’partijiet mhux visibbli.
Filwaqt li Lawrence Gonzi l-ewwel irrefera ghat-twegiba li kien ta l-eks-Ministru tal-Intern, Carm Mifsud Bonnici, meta qal li din il-kundizzjoni regghet intalbet fl-ahhar talba li saret ghal rekluti godda anke s-sena l-ohra, il-Prim Ministru issa qal li madankollu digà talab “biex din il-klawsola tigi evalwata anke fid-dawl ta’ applikazzjonijiet simili f’pajjizi ohrajn tal-Unjoni Ewropea”.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li dan ikompli juri kemm il-Ministeru tal-Intern kien maqtugh mir-realtà u tal-kundizzjonijiet tal-Pulizija fl-UE. Minkejja li Malta ilha tmin snin membru shih fl-UE xorta wahda hafna mill-kundizzjonijiet tal-xoghol, fosthom dawk tal-Pulizija, huma hafna inferjuri minn dawk tal-kollegi taghhom barranin.
Fil-25 ta’ Mejju li ghadha KRONAKA f’Malta u l-gurnal l-orizzont ippubblika artiklu bit-titlu “Jekk ghandek ‘tattoo’, insa li tidhol fil-Pulizija ta’ Malta!”. Dakinhar irrapportajna wkoll mistoqsija parlamentari li kienet staqsiet id-Deputata Laburista Marie Louise Coleiro Preca lill-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, Carm Mifsud Bonnici ghaliex l-applikanti ma jistax ikollhom ‘tattoos’ jew ‘piercing’ permanenti. Hija staqsiet jidhirlux li din il-kundizzjoni hijiex wahda diskriminatorja u ghaldaqstant illegali.
L-eks-Ministru Mifsud Bonnici kien wiegeb parti minn din il-mistoqsija parlamentari fejn qal li din mhix l-ewwel darba li dan ir-rekwizit intalab fis-sejha ghall-applikazzjonijiet ghad-dhul fil-kors ta’ tahrig ghall-kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija. Qal li dan kien digà fis-sehh fl-ahhar sejha li saret f’April tal-2011.
Meta dan il-gurnal ivverifika dwar it-‘tattoo’, il-kelliem ghall-Ministeru kien sostna li “ebda tattoo… tkun fejn tkun”.
Jien staqsejt lill-Pulizija Ingliza jekk huma jippermettux ‘tattoo’ anke fuq dawk li japplikaw biex jidhlu Pulizija. Ir-risposta kienet li sakemm it-‘tatoos’, li jkunu vizibbli ma joffendux lill-pubbliku jew lill-kollegi taghhom u/jew jistiednu provokazzjoni, allura jigu accettati. Izda ghalkemm dawn mhumiex accettabbli, dawk li jkollhom dawn it-tattoos li jistghu jikkawzaw xi offiza, jridu jitghattew bil-hwejjeg.
This entry was posted on Thursday, June 14th, 2012 at 08:22 and is filed under Korp tal-Pulizija, Pulizija, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Nahseb li tassew dawn l-affarijiet jigru f’Malta biss. onlyinmalta@police.com