Inqabdu ftit wara mill-Pulizija tal-Mobile
Zewg zghazagh, maghrufin mal-Pulizija, gew arrestati ftit tal-hin mill-Pulizija tal-Mobile wara li allegatament kienu ghadhom kif wettqu serqa fuq anzjana f’Bormla.
Il-kaz sehh l-Erbgha ghall-habta tas-6.50 p.m.meta z-zewg zghazagh, x’aktarx it-tnejn minn Bormla, wettqu serqa maghrufa bhala ‘snatch&grab’ minn fuq anzjana fejn serqulha gizirana. Il-Pulizija gew informati u nghataw deskrizzjoni kemm tal-karozza, Peugeot Junior bajda, li kienu qed juzaw iz-zewg hallelin kif ukoll ta’ x’kienu libsin.
Ghaldaqstant il-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile bdew bi tfittxija ghal allegat hallelin. Inqas minn siegha wara dawn dehru fl-inhawi ta’ Rahal Gdid u wara li kienu segwiti mill-Pulizija dawn twaqqfu fi Triq Fr Charles Plater kantuniera ma’ Triq Ghajn Dwieli ftit qabel il-mini li jaghtu ghall-Bormla.
Minn tfittxija li ghamlu kemm fil-karozza kif ukoll fuq il-persuni taz-zewg zghazagh, il-Pulizija sabu balaklava, ingwanti, arma tan-nar li x’aktarx hija imitazzjoni, borza tal-plastik b’ammont sostanzjali ta’ sustanza suspettuza, siringi u ammont ta’ flus kontanti. Dwar il-flus il-Pulizija jidher li sabu l-istess ammont fuq iz-zewg suspettati li jista’ jindika li kienu digà helsu mill-gizirana li serqu minghand l-anzjana tant li din ma nstabitx.
L-allegat zewg hallelin gew immanetjati u arrestati minghajr ma offrew ebda rezistenza u fil-prezenza taz-zewg zghazagh stess, il-Pulizija elevaw l-oggetti li nstabu u wara haduhom il-Kwartieri Generali tal-Pulizija fejn qed jinvestiga l-kaz l-Ispettur James Grech mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali. Il-karozza li kienu fiha wkoll giet elevata fejn qed tkun investigata ghax hemm suspett li setghet intuzat f’xi reati kriminali.
This entry was posted on Thursday, June 14th, 2012 at 09:03 and is filed under Anzjani, Armi, Arrestat, Droga, Pulizija, Pulizija tal-Mobile, Serq, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
A big well done guys! Prosit!
prosit prosit
Well done to all concerned.
Teamwork at it’s best.
I would simply like to say “Well Done”
oggggggggggggggggggg