Nigerjan jintlaqat minn pajp kbir f’Hal Kirkop
Julius Aigbamian ta’ 45 sena min-Nigerja, residenti fic-Centru Miftuh ta’ Hal Far fejn kien jghix flimkien ma’ martu, il-Hamis tilef hajtu tragikament fuq il-post tax-xoghol. Din it-tragedja hija simili bhal dik li sehhet fit-2 ta’ Frar f’Tas-Sliema.
L-accident fatali tal-Hamis sehh ghall-habta ta’ 12.10 p.m. fl-impjant tal-konkrit fi Triq l-Industrija f’Hal Krikop. Dak il-hin Aigbamian flimkien ma’ haddiema ohrajn kienu qieghdin ihottu pajpiet ta’ madwar 3 pied maghmulin minn lasitku ohxon u li jintuzaw ghall-industrija tal-fishfarms.
Kif kien qed jitella’ pajp minnhom permezz ta’ krejn, jidher li tqaccat l-irbit b’konsegwenza li l-pajp waqa’ minn gholi ta’ madwar 50 pied. X’aktarx li Aigbamian induna fl-ahhar hin tant li jidher li meta pprova jwarrab seta’ tbaxxa wkoll tant li l-pajp, li jizen madwar tunellata, waqa’ fuqu u n-Nigerjan intlaqat f’qaghdu.
L-impatt kemm minhabba t-toqol tal-pajp kif ukoll ghax waqa’ minn gholi hafna, tant kien qawwi li Aigbamian miet fuq il-post minkejja t-tentattivi ddisprati tat-tim mediku li mar fuq il-post. Shabu, wkoll immigranti bhalu kif ukoll xi Maltin, dehru ixxukjati u mbikmin meta raw li siehibhom mejjet fl-art b’feriti li gew deskritti bhala gravi hafna.
Il-pajp li qatel lil Aigbamian deher li kellu ticpis ta’ demm filwaqt li l-habel li kien qed jintuza bhala rbit deher imqaccat u fil-qrib anke l-ganc inkiser.
Fuq il-post tal-accident marru wkoll il-Pulizija tad-Distrett immexxijin mill-Ispettur Kevin Pulis li qed imexxu l-investigazzjonijiet. Bil-kaz giet informata l-Magistrat Dr Miriam Hayman li ordnat inkjesta u hatret lit-Tabib Forensiku Mario Scerri fost l-esperti tal-Qorti kif ukoll lill-Pulizija tal-Fotografija. Stharrig iehor qed isir mill-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol li qed jitmexxew mill-ufficjal David Saliba.
Il-kadavru ta’ Julius Aigbamian ittiehed bil-hearse tal-Pulizija lejn il-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei fejn illum, il-Gimgha, se ssir l-awtopsja.
Dan kien ir-raba’ accident fatali fuq il-post tax-xoghol din is-sena. L-ewwel wiehed se fit-2 ta’ Frar li kien simili bhal ta’ Aigbamian meta ganc li kien jaghmel parti minn krejn tqaccat u spicca jaqa’ fuq Zaren Baldacchino ta’
59 sena mis-Siggiewi. Dan il-kaz sehh fi Triq Sir Arturo Mercieca f’Tas-Sliema.
It-tieni fatalità sehhet fit-23 ta’ Frar meta Louis Cutajar ta’ 44 sena minn Birzebbugia waqa minn gholi ta’ hames sulari minn dak li se jkun il-bini amministrattiv tal-MIA maghruf bhala Skyparks u li jaghmel parti mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fis-6 ta’ Marzu tilef hajtu Maksims Artamonous ta’ 27 sena mil-Latvja meta cediet struttura li qed tinbena fil-Lukanda Seabank fil-Mellieha.
Is-sena l-ohra kien gie rrapportat accident wiehed biss fatali fuq il-post tax-xoghol meta Alfred Mizzi ta’ 53 sena minnWied il-Ghajn kiex tghaffeg bejn lift u hajt fl-istabbiliment ta’ ACH Food & Beverages Imports Ltd  f’Hal Lija. Dan l-accident fatali kien sehh fis-26 ta’ Mejju 2011.
This entry was posted on Friday, June 8th, 2012 at 07:28 and is filed under Accident, Ambulanzi, Awtopsja, Esperti, Fatalita', Haddiem, Immigranti, Infermieri, Inkjesta, Kadavru, Kamra mortwarja, Mewt, MIA, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sahha u Sigurta', SOCO, Sptar Mater Dei, Tobba, tragedji. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
hhhhhhh