Ir-ragel jinghata daqqiet ta’ sikkina… martu arrestata
Koppja minn Sierra Leone kellhom argument shun tard nhar it-Tlieta filghaxija li spicca bir-ragel jissielet ghall-hajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Meter Dei filwaqt li martu nzammet arrestata biex tghin lill-Pulizija.
Sorsi li tkellmu ma’ KRONAKA f’MALTA qalu li l-koppja, Samuel Bangua ta’ 28 sena u martu Sandra David ta’ 22 sena, kienu ilhom xi jiem bil-problemi tant li nhar is-Sibt li ghadda anke nstemghu jargumentaw. Jidher li nhar it-Tlieta ghall-habta ta’ 12.10 a.m. il-koppja rega’ kellhom xi jghidu meta kienu fl-appartament taghhom fi Triq il-Barbagann f’San Gwann.
Qed ikun allegat li ftit tal-hin qabel Sandra kienet qeghda ssajjar u l-argumetn kompla jishon sew tant li Samuel Bangua allegatament beda jagredixxi lill-martu fejn qed ikun allegat li anke taha xi daqqiet ta’ ponn u gebidha minn xagharha.
Huwa mifhum li l-mara rrnexielha tmur fil-kamra tas-sodda fejn kompla l-argument. Qed ikun allegat ukoll li l-mara qabdet sikkina u xxejjirtha fid-direzzjoni tar-ragel bil-konsegwenza li laqtitu fejn ikkagunatlu ferita ta’ madwar zewg centimetri fuq sidru u feriti ohrajn f’idejh x’aktarx fuq il-polz.
Bid-demm hiereg mill-feriti, Samuel Bangua hareg barra mill-appartament b’martu tohrog tigri ’l barra u bdiet titlob ghall-ajjut. Fuq il-post marret ambulanza b’tim mediku kif ukoll il-Pulizija. Wara li Bangua nghata l-ewwel ghajnuna medika fuq il-post, huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kawza tal-feriti gravi li sofra gie ccertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija tad-Distrett, immexxijin mill-Ispettur Rosianne Debattista, bdew bl-istharrig taghhom. Minn tfittxija li saret fl-appartament instabet is-sikkina li allegatament intuzat f’dan il-feriment li giet elevata mill-Pulizija. Din instabet taht is-sink tal-kcina. L-Ufficjali tax-Xena tar-Reat iffotografaw il-post fosthom ticpis tad-demm kemm fl-art kif ukoll mal-hajt.
Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Francesco Depasquale li ordna inkjesta u hatar diversi esperti tal-Qorti biex ihejju r-rapporti taghhom.
AGGORNAMENT MILL-QORTI
Tibqa’ tinzamm taht arrest preventiv
Kif kien mistenni l-Hamis il-Qorti fethet b’urgenza biex l-Ispetturi Tony Cachia u Rosanne Debattista resqu b’arrest quddiem il-Magistrat Dr Miriam Hayman lil Sandra David ta’ 22 sena, mwielda n-Nigerja jew Sierra Leone izda residenti San Gwann.
Hija giet akkuzata li f’residenza fi Triq il-Barbagann, San Gwann dolozament bil-hsieb li toqtol jew li tqieghed il-hajja ta’ Samuel Bangua ta’ 28 sena mis-Sierra Leone f’periklu car, uriet dan il-hsieb b’atti esterni u tat bidu ghall-esekuzzjoni ta’ dan id-delitt billi tat daqqiet ta’ strument li jaqta’ u bil-ponta, liema delitt ma giex esegwit minhabba xi haga accidentali u indipendenti mill-volonta` taghha. Hija giet akkuzata wkoll li permezz tal-istess arma kkagunat ferita ta’ natura gravi fuq Bangua.
Sandra David wiegbet mhux hatja ghall-akkuzi bil-Magistrat Hayman tordna biex il-mara tibqa’ tinzamm fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin peress li l-Pulizija u l-Qorti ghad iridu jisimghu dak li ghandu xi jghid il-vittma.
This entry was posted on Thursday, June 7th, 2012 at 09:01 and is filed under Aggressjoni, Ambulanzi, Armi, Arrestat, Attentat, Emergenza, Esperti, Immigranti, Infermieri, Inkjesta, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, SOCO, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.