Iz-zewg Sirjani taht arrest preventiv
Iz-zewg zghazagh Sirjani li l-gimgha l-ohra nghataw il-helsien mill-arrest wara li gew akkuzati li pprovaw iweggghu Kuntistabbli tal-Pulizija fost akkuzi ohrajn, regghu gew arrestati u ntbaghtu l-Habs ta’ Kordin taht arrest preventiv.
Al Saleh Kasem ta’ 26 sena, li joqghod Guardamangia u Maher Hames ta’ 18-il sena residenti Santa Venera, wiegbu li ma kinux hatjin li pprovaw iweggghu lill-Pulizija tat-Traffiku PC1606 Robert Vassallo kif ukoll li hebbew ghalih, li ghamlulu hsara fil-mutur u li m’obdewx l-ordnijiet tal-Pulizija. Huma kienu nghataw il-libertà provizorja mill-Magistrat Dr Anthony Vella fuq depozitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000 kull wiehed. Kasem wahdu kien mixli wkoll li saq minghajr licenzja u polza tal-assikurazzjoni kif ukoll b’manjiera perikoluza.
Nhar it-Tlieta l-Ispettur Elton Taliana, permezz tal-Ufficcju tal-Avukat Generali, appella mid-decizjoni tal-Qorti u l-Imhallef Dr David Scicluna laqa’ l-appell. Ghaldaqstant il-Qorti tal-Appell ordnat li z-zewg Sirjani jibqghu jinzammu taht arrest preventiv fil-Habs ta’ Kordin.
Il-kaz imur lura ghat-28 ta’ Mejju li ghadda meta PC Vassallo kien waqqaf vann Mazda misjuq minn Al Saleh Kasem fi Triq Notabile f’H’Attard minhabba li n-numri ta’ wara tant kienu mahmugin li bilkemm kienu jidhru. Kif il-Kuntistabbli nizel minn fuq il-mutur, is-sewwieq tal-Mazda saq b’lura biex itajjar lill-Pulizija li izda rnexxielu jwarrab min-nofs. Kif is-sewwieq ra li ma kienx laqat lill-Pulizija, saq b’velocità eccessiva u harab fejn dahal fi triq sekondarja fejn hemm pont zghir. Kif il-Pulizija wasal qrib taghhom, is-sewwieq rega’ saq b’lura biex jibqa’ diehel fuq il-mutur tal-Pulizija li b’rifless f’waqtu PC Vassallo rnexxielu jisgicca u ghadda minn hdejn il-vann.?Minn hawn Al Saleh Kasem beda jsuq b’velocità eccessiva u b’mod traskurat fit-toroq ta’ H’Attard u meta Vassallo pprova jaqbzu biex jisfurzah jieqaf, is-sewwieq gibed lejn il-lemin bl-intenzjoni li jolqot il-mutur tal-Pulizija.?Il-girja kompliet ghal madwar 25 minuta f’diversi toroq anke ‘one way’ li b’xorti tajba ma kinux gejjin karozzi mid-direzzjoni opposta. Minn hemm is-sewwieq gibed lejn dak li kien l-Isptar Santa Katerina, x’aktarx ghal Triq il-Ghenba u ghal Triq l-Ghennieqed fejn il-vann waqaf hesrem meta wasal kantuniera ma’ Triq Pawlu Borg.?Meta PC Vassallo haseb li s-sewwieq u l-passiggier li kien hemm mieghu kienu se jcedu, mill-vann hareg Kasem li mar fuq il-Kuntistabbli u beda jaggredih.? Vassallo pprova jzommu u anke ordnalu biex icedi, izda s-Sirjan kompla jaggredixxih fejn PC Vassallo qabdu minn ghonqu u t-tnejn spiccaw fl-art bis-Sirjan ikompli jaggredixxi lill-Pulizija. F’daqqa wahda hareg mill-vann Maher Hames, il-komplici tas-Sirjan, fejn deher jaghti bis-sieq lill-Pulizija meta kien ghadu fl-art jissielet ma’ Kasem. ?Meta PC Vassallo ra li Saleh kompla jaggredih kien kostrett juza l-‘pepper spray’ u mmannettjah. Min-naha l-ohra Hames harab bil-giri minn fuq il-post fejn ftit tal-hin wara ceda f’idejn il-Pulizija quddiem il-Knisja ta’ Hal Lija.
F’dan il-kaz PC Robert Vassallo sofra xi griehi. Wara li z-zewg Sirjani nghataw il-libertà provizorja, kienu diversi dawk li kkomentaw fuq dan is-sit. Dan wara li qed ikun hemm ta’ spiss kazi fejn membri tal-Korp tal-Pulizija qed jisfaw aggrediti u l-aggressuri jispiccaw lura fit-triq ftit tal-hin wara li jkunu tressqu l-Qorti.
This entry was posted on Wednesday, June 6th, 2012 at 09:13 and is filed under Aggressjoni, Arrestat, Attentat, Girja, Habs ta' Kordin, Immigranti, Korp tal-Pulizija, Korriment, mutur, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tat-Traffiku, Qorti, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Well done to inspector Elton taliana good man sir you are ,this gives us hope and the guts to work harder .
Jiddispjacini al pc vassallo, imma minn naha lohra it tort taghkom ax dawn n-nies mandniex xi rriduhom f’pajjizna ax daqt jispiccaw jiklu minn fuq rasna
Ma nistghax nifhem kif dan pc vassallo,dejjem hu jisfa aggredit u kull darba fl ahbarijiet, biex imbaghad hemm min qala swat ferm aghar minn xi hadd iehor u ma jissemma xejn
Veru li sirna Pajjis tal-Mickey Mouse, meta ser ikun hemm linearita fid-Decizjonijiet tal-Qorti? prosit lill-Imhallef Dr David Scicluna. Sa fejn naf jien Ligi wahda hemm u ghanda tkun applikata dejjem l-istess u minn kull Gugikant!!!
Nahseb li dan Pc Vassallo dejjem jigi msawwat ghax JAGGEL fuq xogholu u ma jafx jahdem ax missu jitlob al assistensa u jkollu approach man- nies ahjar. Mhux ax liebes l-uniformi “your judge and jury”. Naf li jhobb jahdem pero jiddispjacini nghidt li ma tantx idum fil korp jekk jibqa sejjer hekk.
Naqbel perfettament mieghek nico, nhoss li dak li jaghmel jghamlu ghal ghajn in nies biex jghidu ara kemm hu pulizija tajjeb,u mbaghad niehdu l mertu…imma jghaggel u minghalih xi haga,jien bhalu nilbes uniformi bhal tieghu u dhalt mieghu fis servizz, minn dejjem kien jidher li hu pulizija tajjeb imma l buffunati u xeni u teatrini mhuma tajbin ghal hadd ghax kemm se jdum jixxowja u jghaggel man nies, fl ahhar tal mazzita,jsib iz zbiba
Nico min ma jilhaqx l gheneb jajdlu qares habib. filkas uza banketta nico
listatistika turi modd iehor.
BY THE WAY TAF TAQRA NICO ?(Il-kaz tal-Pulizija li (-PRUVAW )itajruh u aggredewh)JIEN SMAJT MGHAND MIN KIEN FUQ IL POST META GARA IL KAS IBQA CERT LI PRUVAW ISAWTUH IMMA IDEFENDA RUHU.U BIL FORS IRRID JAGEL GHANZI IRRID JAGEJ HAFNA GHAX MA KIENX JILHAQOM U KIENU JAHARBULU……
Maltese Cop, jekk int pulizija veru taf li dan pc vassallo minghalih superman… Ta xejn hadha x shield tal pulizija tas sena…. Hallina trid?
Jew superman u ha jkolli nibda nemmen f dawn l affarijiet jew inkella tal affari tijaw u joserva hafna u ma jidejaqx jahdimom u mux idawar wiccu naha lohra ifimni ghaw min jahsbu black hawk u ghaw min huwa superman
Maltese cop, Black Hawk, Nico 2 and Nico…….pls do behave like adults.
If you do have something between yourself, do meet at your section and talk privately.
You all do work at the same area (MT) so, it’s not a problem to meet and solve it behind closed doors.
Come on, you’re wearing the same uniform, and you are colleagues.
Good luck
I do have nothing personal for pc robert vassallo, but i hate it that ourjob isn’t praised and he is like god in the news and meda…. I am sure he publicies his job with them so as to be famous and this is against the vow he took 16yrs ago
Kif tista tikseb il fiducja tan nies meta bejnitkom hemm nies jejru bhalek BH u jamlu allegazjoni serja bhal din. Missek tisthi taf li dan il kuntistabli qijad ferut. Fejnu ir rispett? Attent x’qed tghid habib jista jfittxek kemm il kuntistabbli u kemm tal media. Ahjar taghmel apologija.
Ok ten letmme apologise for my previous comments… Sorry again but nothing can change my opinion about what i think
Sinjuri,xtaqt nikkoregi ftit ruhi jekk forsi b xi mod ftehmna hazin,ma ridx infisser li pc vassallo jinforma hu lil media imma semplicement li x xoghol li jwettaq huwa xi haga li jigbed l-attenzjoni tal media. Niskuza ruhi tal inkonvenjent… Black Hawk