M’hemmx qomos ghal kulhadd
Mill-Gimgha, 1 ta’ Gunju l-Pulizija suppost li bdew jilbsu l-uniformi tas-sajf li tinkludi l-qmis bil-kmiem qosra. Izda mhux kulhadd seta’ jilbes din il-qmis ghax meta marru biex jigbru l-qomos tas-sajf mill-Quarter Master sabu li ma kienx hemm ghal kulhadd.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li l-aghar li marru huma dawk li jilbsu qomos size 16 jew 17 li huma l-iktar komuni u ghalhekk intlaqtu hafna Pulizija. Fit-18 ta’ Mejju l-Pulizija gew informati biex jibdew imorru ghall-qomos tal-kmiem qosra ghax mill-1 ta’ Gunju jridu jibdew jilbsu l-uniformi tas-sajf.
Kien hemm ftit li lehqu nqdew, imma ohrajn li ma setghux imorru mill-ewwel spiccaw bla qomos. L-istess sorsi qalulna li xi hadd mill-Quarter Master qalilhom biex icemplu kull nhar ta’ Tnejn u l-Gimgha biex jaraw jekk il-qomos b’dawk il-qisin kienux waslu.
Uhud mill-Pulizija qalulna li meta cemplu sabu lil xi hadd iehor u r-risposta li nghataw kienet – “Min qalilkom hekk, qalilkom hazin ghax dawk il-qomos mhux se jaslu qabel l-ahhar ta’ Awwissu”!!
Ovvja li dan ikun ifisser li jkun kwazi wasal biex jergghu jbidlu l-uniformi, qalilna kuntistabbli. Sors iehor stqarr mieghi li hafna Pulizija ma kellhomx ghazla hlief li jmorru ghand hajjat privat, jew ghand tal-familja fosthom in-nisa taghhom jew l-ommijiet, bil-qomos tal-kmiem twal biex jaqtaghu il-kmiem.
“Hawn min ghandu zewg qomos biss tal-kmiem qosra. Kif tista’ fis-shana tas-sajf ikollok tnejn biss? Kif se taghmel wara gurnata xoghol l-aktar issa li jibdew il-Festi?”, staqsew is-sorsi taghna.
Antikita
Mhux l-ewwel darba li kkritikajt il-karozzi tal-Pulizija kemm ghax mhumiex sura kif ukoll ghax antiki. Vera li issa l-Iskwadra tal-Mobile ghandhom flotta gdida kif jixraq mhux biss lil din l-Iskwadra imma l-Korp kollu.
Imma din il-gimgha stess rajt karozza Skoda Felicia tal-Akkademja tal-Pulizija. Tant hija antika li ghad ghandha n-numri tat-telefon minghajr in-numri prefiss 21.
Jekk mhux sejjer zball il-prefiss 21 kien gie introdott aktar minn ghaxar snin ilu meta l-kumpanija GO kienet ghadha Maltacom.
Jekk il-Korp m’ghandux flus jew karozza inqas antika minn din, zgur li mhux se tigih spiza biex ibiddel in-numri tat-telefon fuq karozza ufficjali tal-Korp tal-Pulizija.
This entry was posted on Sunday, June 3rd, 2012 at 09:09 and is filed under Akkademja tal-Pulizija, Appell, Korp tal-Pulizija, Pulizija, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Din bis-serjeta’? Dan ifisser li la m’hemmx qomos tas-sajf ghal kulhadd, m’hemmx flus biex jinxtraw dawn il-qomos, mhux hekk? Ahseb u ara kemm ser jithallsu dawk l-ghexieren ta’ membri tal-korp, inkuluzi ex-membri, li ghandom jiehdu eluf ta’ euro f-arretrati fuq overtime u allowances ohra!!!!!
strange but true…….. ha ha !!
L-qwa li ghandna l-IRHAM gewwa d depot u t turf fuq barra. Mela biex jithalsu l pulizija u jinxtraw l uniformijiet mhemmx flus pero biex jirranga depot bl irham ok. Hallina Tghidt li dawn l’ex membri li regajn diehlin tawwhom uniformi????????? Sur Pisani vera li lghawdxin daqsekk akkademja gewwa malta?????????? u vera ax li kien hemm 17 sejrin jirrizenjaw minn Ghawdex minhabba l akkademja issa l’ghawdxin mhux gejjin izjed?????????? Nispera li twegibni Sur Pisani grazzi