Fix-xahar ta’ Mejju dahlu Malta 598 immigrant
S’issa din is-sena dahlu Malta 718-il immigrant illegali fi 11-il vjagg li 598 minnhom dahlu fix-xahar ta’ Mejju fi tmin vjaggi separati. Nhar il-Hamis gew salvati minn gharqa 65 immigrant illegali fosthom tarbija ta’ madwar sentejn.
Kmieni nhar l-Erbgha filghodu l-Forzi Armati ta’ Malta gew informati li kien hemm ‘dinghy’ fl-ibhra territorjali Libjani li kien mimli bl-immigranti u li dawn dehru li kienu gejjin lejn Malta. Wara ftit tal-hin l-Awtoritajiet Taljani gew informati li dawn l-immigranti x’aktarx li kellhom bzonn l-assistenza. Ghaldaqstant fl-inhawi indikati ittajjar ajruplan Islander mit-Taqsima tal-Ajru tal-FAM li kkonferma li fil-fatt kien hemm ‘dinghy’ ta’ 12-il metru bin-nies fuqu.
Minnufih l-Awtoritajiet Taljani ghamlu kuntatt ma’ dawk Libjani kif ukoll vapuri tal-merkanzija li kienu fl-inhawi biex jersqu lejn il-post indikat biex jassistu lill-immigranti. Wara xi hin waslet fuq il-post il-lanca tal-Guardia Costiera Taljana is-‘Saettia’ li kienet fuq operazzjoni kontra sajd illegali tat-tonn.
Kif is-‘Saettia’ waslet qrib id-‘dinghy’ bl-immigranti, baqghu josservaw il-movimenti tieghu u fl-istess hin taw ordni biex il-vapuri merkantili biex ikomplu bil-vjaggi taghhom. Fuq id-‘dinghy’ kien hemm 47 ragel, 17-il mara u tarbija ta’ madwar sentejn.
Mill-midja Taljana hargu rapporti konflingenti tant li kien hemm minnhom li qalu li t-Taljani osservaw biss id-‘dinghy’ li kien qed isalpa lejn Malta sakemm waslet il-Patrol Boat Maltija u gabret lill-immigranti. Min-naha l-ohra midja ohrajn qalu li kienu l-ekwipagg tal-lanca ‘Saettia’ li salvaw lill-immigranti u wara dawn gew trasferiti fuq il-Patrol Boat P52 tal-FAM.
Fil-fatt li gara kien li meta l-lanca Taljana kienet qrib id-‘dinghy’ ghamlu xi hin jissorveljaw il-movimenti sakemm kien jidher li d-‘dinghy’ kien qed jaghmel l-ilma u l-immigranti kienu fil-periklu. Dawn ittellghu kollha fuq is-‘Saettia’ sakemm waslet il-P52.
It-trasferiment sehh l-Erbgha ghall-habta tat-8.30 p.m. meta dawn kienu 74 mil nawtiku ’l boghod minn Malta u 105 mil nawtiku minn Lampedusa. Ghaldaqstant l-iktar port qrib kien Malta. Wara li sar it-trasferiment il-P52 salpat lejn Malta fejn ghall-habta tas-1.43 a.m. il-Patrol Boat P52 trakkat mal-moll fil-Bazi Marittimu tal-FAM f’Xatt it-Tiben.
Irrizulta li l-immigranti gejjin mill-Eritrea u mis-Somalja. Huwa mifhum li whud minn dawn l-immigranti kellhom dokumenti u anke passaporti. Wahda mill-immigranti qalet lil l-orizzont li kienu ilhom erbat ijiem fuq il-bahar. Huma dehru li kienu kollha f’qaghda ta’ sahha tajba tant li f’Xatt it-Tiben ma ntalbitx l-ghajnuna medika.
Il-Pulizija, bl-assistenza tal-ekwipagg tal-P52, iddentifikaw zewgt irgiel bhala dawk li kienu responsabbli mill-vjagg jew li kienu huma li nnavigaw id-‘dinghy’. Dawn gew separati mill-grupp biex iktar tard gew interrogati mill-Pulizija.
Il-grupp kollu ttellghu fuq zewg xarabanks tal-Pulizija taht l-osservazzjoni tal-Pulizija mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni tad-Distrett u tal-Mobile li skortaw iz-zewg xarabanks sal-Kwartieri Generali tal-Pulizija. Wara li saru s-solitu investigazzjonijiet b’tentattiv li l-immigranti jigu iddentifikati u minn liema pajjizi joriginaw, uhud minnhom ittiehdu fic-Centri ta’ Detenzjoni u ohrajn f’centri differenti specjalment familji, nisa u t-tifel.
This entry was posted on Friday, June 1st, 2012 at 07:46 and is filed under Detention Centres, FAM, Immigranti, Klandestini, Patrol Boat, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Salvatagg, Servizzi tad-Detenzjoni, Suldati, Taqsima tal-Ajru, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Milli jidher gej xi sajf fejn ser ikollna mewga shiha ta’ immigranti. Ser tiehu azzjoni mmedjata l-U E biex tghin lil Malta taghna minn dan l-influss qawwi? Ahna zghar u ma nifilhux ghal dan l-ammont kbir ta’ nies!! Jew ninsabu minsijin ghaliex ahna zghar?
Laqwa li qedien f ewropa habib!!! Nahseb sewa kien jghid Norman lowell, li huma ghad jikmandaw lilna f pajjizna u inkunu ahna li naqbdu id dghajsa u nitilqu l hemm! B kull rispett lejn dawn in nies ta biex ma niftemx hazin. Pero ma nistawx nibaqaw sejrin hekk, U E ghanda tiehu azzjoni imedjata wara li ikunu waslu hawn, jew tibatom lura min fejn ikunu gew, jew jekk il kas taghhom ikun wiehed genwin, alura tifrixom madwar lewropa kollha.