Sirjani arrestati wara girja sfrenata u tfittxija
Zewg Sirjani se jitressqu l-Qorti wara li mhux biss ippruvaw itajru Pulizija, izda wara girja f’diversi toroq b’sewqan eccessiv anke aggredewh. Mhux qed ikun eskluz li fost l-akkuzi jkun hemm attentat fuq il-hajja ta’ ufficjal tal-Pulizija.
It-Tnejn ghall-habta tal-10.20 a.m. PC 1606 Robert Vassallo mit-Taqsima tat-Traffiku kien ghaddej fuq xoghol bil-mutur tas-servizz minn Triq Notabile f’H’Attard fid-direzzjoni tal-Belt u kif wasal hdejn il-pompa tal-petrol innota vann Mazda li n-numri ta’ wara tant kienu mahmugin li bilkemm kienu jidhru. Ghaldaqstant PC Vassallo ghamel sinjal lis-sewwieq biex jieqaf u dan waqaf fuq stejg tal-linja.
Kif il-Kuntistabbli nizel minn fuq il-mutur, is-sewwieq tal-Mazda saq b’lura biex itajjar lill-Pulizija li izda rnexxielu jwarrab min-nofs. Kif is-sewwieq ra li ma kienx laqat lill-Pulizija, saq b’velocità eccessiva, tela’ fuq ir-rawndebawt u dahal fi triq sekondarja fejn hemm pont zghir. PC Vassallo rega’ rikeb il-mutur u mar ghal wara l-vann. Kif dawn waslu fuq il-pont waqfu, izda kif PC Vassallo wasal qrib taghhom, is-sewwieq rega’ saq b’lura biex jibqa’ diehel fuq il-mutur tal-Pulizija li b’rifless f’waqtu Vassallo rrnexxielu jisgicca u ghadda minn hdejn il-vann.
Ghal darb’ohra s-sewwieq tal-vann rega’ beda jsuq b’velocità eccessiva u b’mod traskurat fit-toroq ta’ H’Attard u meta Vassallo pprova jaqbzu biex jisfurzah jieqaf, is-sewwieq gibed lejn il-lemin bl-intenzjoni li jolqot il-mutur tal-Pulizija u jwaqqa’ lil PC Vassallo.
Il-girja kompliet ghal madwar 25 minuta f’diversi toroq anke kontra l-‘one way’ li b’xorti tajba ma kienux gejjin karozzi mid-direzzjoni opposta. Minn hemm is-sewwieq gibed lejn dak li kien l-Isptar Santa Katerina, x’aktarx ghal Triq il-Ghenba u ghal Triq l-Ghennieqed fejn il-vann waqaf hesrem meta wasal kantuniera ma’ Triq Pawlu Borg f’H’Attard stess.
Meta PC Vassallo haseb li s-sewwieq u l-passiggier li kien hemm mieghu kienu se jcedu, mill-vann hareg is-sewwieq, li rrizulta li huwa Kasem Al Saleh ta’ 27 sena – Sirjan residenti Guardmangia, li mar fuq il-Kuntistabbli u beda jaggredih.
Wiehed mir-residenti fl-istess triq qal lil KRONAKA f’MALTA li sema’ s-serena tal-Pulizija u kif hareg jara x’gara ra lil Saleh hiereg mill-vann u beda jaggredixxi lill-Pulizija. Vassallo pprova jzommu u anke ordnalu biex icedi, izda Saleh kompla jaggredixxih fejn PC Vassallo qabdu minn ghonqu u t-tnejn spiccaw fl-art bis-Sirjan ikompli jaggredixxi lill-Pulizija. F’daqqa wahda hareg il-komplici tas-Sirjan mill-vann, Hamed Maher – Sirjan ta’ 18-il sena residenti Sta Venera fejn deher jaghti bis-sieq lill-Pulizija meta kien ghadu fl-art jissielet ma’ Saleh.
Meta PC Vassallo ra li Saleh kompla jaggredih kien kostrett juza l-‘pepper spray’ u mmanettjah. Izda Maher harab bil-giri minn fuq il-post fejn bdiet tfittxija ghalih.
Fuq il-post waslu aktar Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku, tal-Mobile, mid-DIK u tad-Distrett immexxijin mis-Surgent Justin Camilleri. KRONAKA f’MALTA segwa mill-qrib dan il-kaz fejn stajna naraw li Saleh ma riedx jikkopera mal-Pulizija meta talbuh fejn jistghu jisibu l-komplici tieghu. Minflok huwa beda jitlobhom biex ixarbulu wiccu u ghajnejh. Minkejja li Saleh kien ghadu kif ipprova jwegga’ lill-kollega taghhom u allegatament anke joqtlu, l-istess Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku kienu gentili hafna u tefawlu l-ilma fuq rasu u wiccu kif talabhom is-Sirjan.
Irrizulta wkoll l-vann ghandu l-licenzja li ilha skaduta mill-ahhar ta’ Jannar 2012, li ma ghamilx it-test tal-VRT u lanqas huwa assigurat. Minn tfittxija li saret fil-vann il-Pulizija sabu katina u sikkina mohbijin wara s-seat tas-sewwieq.
Wara xi 20 minuta Saleh iddecieda li jikkopera u cempel lil siehbu u qallu biex icedi. Fil-fatt Maher cempel lill-Pulizija hu stess u qalilhom li kien se jmur jistennihom hdejn il-Knisja ta’ Hal Lija. Fil-fatt kif PC Vassallo kien se jittiehed l-Isptar Mater Dei biex jinghata l-kura ghal griehi li sofra u dahlet l-informazzjoni li Maher kien se jkun Hal Lija, mar hu stess flimkien mal-Pulizija tal-ALE, Mobile u tat-Traffiku u arrestawh.
Iz-zewg Sirjani ttiehdu l-Ghassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara fejn gew interrogati mill-Ispettur Elton Taliana. B’dan il-kaz gie wkoll informat l-Ispettur Stephen Micallef mit-Taqsima tat-Traffiku. Il-vann, li allegatament huwa ta’ Malti u li hemm numru sostaanzjali ta’ citazzjonijiet mhux imhalsin, ittiehed mill-Pulizija.
B’dan il-kaz giet informata l-Magistrat Dr Miriam Hayman li ordnat inkjesta u hatret lill-Prokuratur Legali Mario Buttigieg u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri bhala esperti tal-Qorti.
Sadanittant l-Ezekuttiv tal-Assocjazzjoni tal-Pulizija fuq is-sit socjali Facebook heggeg lill-Gvern biex immedjatament jillegisla pieni iktar horox li jirriflettu l-gravità ta’ dawn il-kazi. Huma fakkru li sakemm iz-zmien ghaddej, membri tal-Korp tal-Pulizija, ta’ kuljum qeghdin jaffaccjaw ruhhom ma’ kazi ta’ vjolenza kontrihom.
L-abbozz ta’ Ligi ilu pendenti minn Settembru 2011, qalet l-Assocjazzjoni.
This entry was posted on Tuesday, May 29th, 2012 at 07:34 and is filed under Accident, Aggressjoni, Armi, Arrestat, Attentat, Citazzjonijiet, Esperti, Ghassa tal-Pulizija, Girja, Harba, Imfittex, Infermieri, Inkjesta, Mahrub, mutur, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tat-Traffiku, Qorti, Rabja, Sptar Mater Dei, Tfittxija, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Oqghod irsisti biex thallas xi 700€ insurance imbaghad issib xi cuc bhal dan li min jaf kemm hawn minnhom jigru bla nsurance
Jekk dawn is-Sirjani jridu jkunu vjolenti, triq wahda hemm, nibghatuhom Home u jivvjolentaw lis-Sirjani bhalhom u mhux lill-Pulizija Maltin waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Hag’ohra, nispera li dawn ma jispiccawx b’xi probation jew Suspended Sentence. Tentattiv hekk gravi u reoetut ghadu jkun ikkastigat b’ta lanqas 10 snin prigunerija, forsi dawn l-annimali feroci jimmansaw xi ftit.
Jiena naf ben fatt li hemm hafna minn dawn li isuqu vetturi bla licenzja u insurance, sa naf wiehed li ghandu mini minor moderna li fuq il-windscreen ghandu il-licenzja li skadiet Aug. 2011. Kull ma hemm bzonn huwa ta’ road block hdejn ir-roundabouts fejn hemm il-Mosque nhar ta’ gimgha fis-2pm.
sentenza wahda -barra mil pajjiz ghax fil habs ippappuha xorta wahda dan nies
PROSIT SUR BERT.
Ara vera qorti tal mickey mouse andna go dan l pajjiz. Twega pulizija u tehel probation u qedin jigru mas saqqajm mhux ax sirjani ta jistaw ikunu maltin ima haga bhal din ma nistax ghalija. Nahbseb jek twega bnieedem tat triq tehel izjed u imbad persuni li qedin fuq xol jiprotegulna hajitna jehlu probatin. Mbasta kolox bhal EU , ara barra min malta ala hares tmiss pulizija ax drit l habz. Jek tamel xolok sew taqlaha jek ma tamel xejn xortj taqlaha, x l ahjar?
Naqbel perfettament ma’ Rina però l-ewwel jiskontaw is-sentenza Malta u wara l-qorti tordna t-tkeccija minn Malta. Barra minn hekk meta l-pulizija tat-traffiku ha jkunu armati, meta jmut xi hadd? wara hafna cerimonji u miskin min ikun.
u jinghataw il bail!!!!!
prosit Qorti talli taghti hafna kuragg lill pulizija biex jahdmu….. ISTHU!!
AFTER SPEAKING WITH THE POLICE INVOLVED IN THIS AGGRESSION I AM GOING TO TAKE THIS OPPORTUNITY TO TELL YOU WHAT POLICE FORCE ARE WE IN……… WAS THE OFFICER INVOLVED IN THIS CRIME OFFERED AND HELP AFTER ?NO………THEY TRIED TO KILL HIM SEVERAL TIMES BY RUNNING HIM OVER AND THEN GOT OUT FOR A FIGHT WHICH LEAD TO INJURIES …… HE DID HIS BEST TO STOP TWO CRIMINALS FROM HITTING OR HURTING OUR KIDS OR SOMEONE AND LOOK WHAT HE GETS IN RETURN (THEY ARE OUT ON BAIL)SHAME ON YOU ALL.
THIS IS TO THE MINISTER CMB STEP A SIDE YOU ARE DONE WITH YOU ARE SITTING THERE DOING NOTHING .TO THE COURT OF LAW WELL WHAT THERE IS TO SAY ABOUT OUR COURT A LAUGHING THEATER . DID THEY GIVE HIM THE CHARGES OF ATTEMPTED MURDER ?PROSECUTION?
http://www.stltoday.com/news/local/crime-and-courts/man-charged-with-assaulting-fairview-heights-police-officer/article_d3904f64-a9f1-11e1-bc02-0019bb30f31a.html
AG PLEASE LOOK AT THIS AND DO SOMETHING ABOUT IT
THE OFFICIALS THEY HAVE IN GHQ OF POLICE MA GHAMLU XEJN.
Mela persuna li mhix Ufficjal Pubbliku jaqla xebgha, u min taghielu jigi akkuzat b’tentattiv t’Omicidju, u dawn ittentaw diversi drabi jtajjru Pulizija (UFFICJAL PUBBLIKU) waqt il-qadi ta dmirijietu Alla jbierek dal mhux daqshekk gravi li jigu akkuzati wkoll b’tentativ t’Omicidju. Kulhadd issa jaf x’gara fl-ewwel kaz u disgrazzjatament anke f’dan. Jiddispjacini li jkolli nikkritika b’dan il-mod, iva jien inhossni li ghadni Pulizija.
Shame on you Malta. People wonder why Malta is treated as a joke by all the international countries. Must be the only country in the world where you can get away with aggravating a law officer.