Zewg gruppi b’189 dahlu Malta fi ftit sighat
Fi spazju ta’ madwar 11-il siegha dahlu Malta 189 immigrant illegali f’zewg vjaggi separati bl-ewwel grupp ta’ 137 ikunu salvati mill-Forzi Armati u grupp ta’ 52 li dahlu b’’dinghy’ kbir f’Xrobb l-Ghagin. B’hekk it-total ta’ immigranti li dahlu din is-sena tela’ ghal 565 persuna.
L-ewwel grupp gie salvat mill-membri tal-ekwipagg tal-Patrol Boat P52 wara li nhar is-Sibt li ghadda c-Centru ta’ Salvatagg u Kordinazzjoni tal-FAM f’Hal Luqa gew informati li zewg skejjen Taljani kienu ntbaghtu jassistu grupp ta’ immigranti li kienu fuq ‘dinghy’ ta’ madwar 10 metri li kienu madwar 72 mil nawtiku fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Fl-istess hin mill-Bazi Marittima tal-FAM f’Xatt it-Tiben salpat il-P52 u mill-Bazi tal-Ajru f’Hal Kirkop ittajjar l-ajruplan ‘Kingair’ biex ikun jista’ jillokalizza d-’dinghy’. Fil-fatt l-ajruplan sab id-’dinghy’ ghall-habta tal-4.15 p.m. tas-Sibt li dak il-hin kien qed jingarr mill-kurrenti. Ghaldaqstant l-operazzjoni saret wahda ta’ salvatagg.
Kif il-P52 waslet qrib il-klandestini, sabu li fuq id-’dinghy’ kien hemm 136 persuna, fosthom 86 ragel, 43 mara u sebat itfal b’wahda minnhom kienet tat-twelid. Ftit tal-hin wara li dawn ittelghu ghal fuq il-P52, in-numru zdied b’iehor meta mara li kienet fl-ahhar tat-tqala, welldet it-tarbija taghha fuq il-Patrol Boat.
Dan il-grupp iddahhal f’Xatt it-Tiben ghall-habta tas-3.30 a.m. sbieh il-Hadd fejn fuq il-moll kien hemm jistennew tim mediku u l-Pulizija tal-Immigrazzjoni.
Dan kien l-ikbar grupp ta’ immigranti li dahlu Malta din is-sena izda n-numru kompla jizdied ghall-gurnata tal-Hadd meta ftit qabel is-2.00 p.m. intlemah ‘dinghy’ iehor, simili ghal dawk li uzaw immigranti ohrajn li dahlu Malta fl-ahhar vjaggi, fl-inhawi ta’ Xrobb l-Ghagin, limiti ta’ Marsaxlokk u z-Zejtun.
L-immigranti baqghu dehlin mal-blat u ftit tal-hin wara waslet fuq il-post il-Patrol Boat P22 kif ukoll il-Pulizija tal-Mobile mmexxijin mis-Surgent Nicholas Farrugia, dawk tad-Distrett immexxijin mill-Ispettur Kevin Pulis u s-Surgent Malcolm Pace kif ukoll il-Pulizija tal-Immigrazzjoni mmexxijin mill-Ispettur Nezren Grixti.
L-immigranti, 49 ragel, zewg nisa u tifla ta’ madwar sitt snin, ittellghu fuq il-blat fejn ghalkemm kollha dehru li kienu f’qaghda ta’ sahha tajba, uhud minnhom dehru ghajjenin. Meta KRONAKA f’MALTA staqsa lil wiehed mill-immigranti minn fejn huma, kemm kienu ilhom fuq il-bahar u minn fejn telqu, huwa qalilna li huma kollha mis-Somalja, li kien telqu mil-Libja u li kienu ilhom fuq il-bahar zewgt iljieli.
Dan il-grupp ittiehed lejn il-Kwartieri Generali tal-Pulizija f’zewg xarabanks tal-Pulizija skortati mill-Pulizija tal-Mobile ghal aktar stharrig u identifikazzjoni.
Kemm il-grupp li ddahhal filghodu kmieni u l-grupp li dahal waranofsinhar, tpoggew fic-Centri ta’ Detenzjoni hlief ghan-nisa, tfal u familji.
This entry was posted on Monday, May 28th, 2012 at 07:37 and is filed under Ambulanzi, Detention Centres, Emergenza, Harba, Immigranti, Infermieri, Klandestini, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Servizzi tad-Detenzjoni, Sptar Mater Dei, Tarbija, Tfittxija, Tobba, Twelid. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.