Dubji jekk hix kundizzjoni diskriminatorja
Meta f’April tas-sena l-ohra kienet harget sejha ghar-rekluti fil-Korp tal-Pulizija, wahda mill-kundizzjonijiet ghal dawk li riedu japplikaw kienet li ma jista’ jkollom l-ebda tattoo jew ‘piercing’ permanenti. Din il-kundizzjoni regghet intalbet anke meta dan l-ahhar regghet harget talba ohra ghal aktar rekluti liema kundizzjoni hemm dubji jekk hix diskriminatorja.
Dwar dan, id-Deputata Laburista Marie Louise Coleiro Preca staqsiet lill-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, Carm Mifsud Bonnici ghaliex ghall-ewwel darba fir-rekwiziti ghall-ingagg fil-Korp tal-Pulizija, hemm kundizzjoni li l-applikanti ma jistax ikollhom tattoos jew ‘piercing’ permanenti. Hija staqsiet jidhirlux li din il-kundizzjoni hija diskriminatorja u ghaldaqstant illegali u allura, jekk fil-Korp tal-Pulizija hemm membri li ghandhom tattoos jew ‘piercing’ permanenti, hux se jigu ddiskriminati jew mghoddija dixxiplina.
Min-naha tieghu l-Ministru Mifsud Bonnici irrisponda bicca biss minn din il-mistoqsija parlamentari fejn qal li din mhix l-ewwel darba li dan ir-rekwizit kien inkorporat fis-sejha ghall-applikazzjonijiet ghad-dhul fil-kors ta’ tahrig ghall-kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija. Fil-fatt dan kien digà fis-sehh fl-ahhar sejha li saret f’April tas-sena l-ohra, temm jghid Carm Mifsud Bonnici u naqas mill-jirrispondi l-kumplament tal-mistoqsija.
Biex niccaraw sew l-affarijiet, staqsejt lill-kelliem tal-Ministeru jekk xi hadd ikollu tattoo zghira f’parti tal-gisem fejn it-tattoo tidher biss jekk jinza bhal fuq il-warrani jew mal-pala ta’ siequ, ir-risposta kienet – “Ebda tattoo tkun fejn tkun”.
Peress li l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta dejjem mexa fuq il-passi tal-Pulizija Ingliza, KRONAKA f’MALTA staqsa lill-Pulizija tal-Ingilterra, li bhal Malta huwa pajjiz fl-UE, jekk huma jaghmlux l-istess kundizzjoni dwar persuni li jkunu interessati li jidhlu fil-Korp tal-Pulizija fir-Renju Unit.
Ir-risposta li tawna hija li tattoos li jkunu vizibli u li jigu dikjarati minn dawk li jkunu jridu jsiru Pulizija, jitqiesu bhala accettabbli. Tattoos li l-Pulizija Ingliza ma taccettax huma dawk li jistghu joffendu lill-pubbliku jew lill-kollegi taghhom u/jew jistiednu provokazzjoni; kwantità ta’ tattoos hdejn xulxin; dawk li jindikaw attitudni mhux accettabli fil-konfront tan-nisa, gruppi tal-minoranza u sezzjonijiet ohrajn tal-kommunità; tattoos li jindikaw alinjament ma’ gruppi partikolari li jistghu joholqu offiza lill-membri tal-pubbliku u lill-kollegi; tattoos li huma kkonsidrati psataz, indicenti, mahmugin, razzisti, sessisti, li ghandha x’taqsam ma’ xi setta, homofobija, vjolenza jew intimidatorja.
Ghalkemm dawn mhumiex accettabbli, dawk li jkollhom dawn tattoos li jistghu jikkawzaw xi offiza, jridu jitattew bil-hwejjeg, qalulna l-Pulizija Ingliza.
This entry was posted on Friday, May 25th, 2012 at 08:28 and is filed under Diskriminazzjoni, Korp tal-Pulizija, Pulizija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Ghax John, hemm min ghandu tattoos u hemm min it-tattoos tieghu invisibbli Ahjar pulizija mimli tattoo u taf fejn qieghed mieghu milli wiehed li ghandu tattoos invisibbli u jdur ma kull rih li jonfoh. Qed tifhem Johnny.
A policeman shouldn’t be tattooed.
Why do people still see tattoos as rubbish or ignorance??? ITS ARTTTTTTTTTTTTTT!!!
OLD MALTESE MENTALITY SUCKS!
Studenti tal criminologija bit tattoo ma gejniex accetati hemm minna b licenzji minghand armati barranin u nofshom besperjenza ta il fuq min 5snin training imma dawk le ghax ghandhom tattoo li qas bla hwejjeg ma tider ….. Imbghat xi hadd pespus uq ghandu 2 o levels acettat ghax bla tattoo arukaza ta tal misthija xoghol inqas ghal min jaghamel dan il kors
Il-ligi w’regolamenti supposi qeghdin ghall kulhadd. Jekk dawn in-normi huma sagrosanti, ghaliex kien jew ghad hemm membri fil-Korp li tant ghandhom Tattoo fuq dirghajhom, li l-anqas fl-eqqel tas-Sajf ma jilbsu qmis Short Sleeve u uhud huma fi grad aktar minn Surgent.
As far as I know and subject to be corrected, there is not a single provision which sunction Tatoo on any part of a Police Officer’s body promilgated in the Polise Actm Chapter 164 of the Laws of Malta, henvce could not understand the introduction, now of such a requirement in reqruiting of New Reqruits.
bla sens ta veru.. jien meta mort napplika l ewwel darba dahhlu r-regola li trid tkun 1.6m twila [ghan-nisa]… ghax jien kont 4cm inqas mill-minimu, gejt diskwalifikata u ma stajtx napplika.. allura dawn li ma jilhqux dak it-tul u li ga qeghdin fil-korp messhom inehhuhom ukoll ghax ma taghmilx sens..
Jahasra gharukaza haga bhal din!
Il mentalita tal Malt vera zibel!
It tpingija fuq il gisem hija arti mill isbah!
Messkom tisthu tghidu li persuna mandiex ikollha tatoos habba ix xoghol!!
Milli fimt sew , persuna b misluta tista tidhol ? (taqlaha)