Inqaleb bil-karozza u baqa’ diehel f’cint
Zaghzugh ta’ 18-il sena mill-Mellieha sofra griehi hfief f’accident li seta’ kellu konsegwenza aktar gravi tant li kif wasalna fuq il-post u rajna l-karozza parti minnha mghaffga hadna l-impressjoni li s-sewwieq seta’ kien aktar gravi.
L-accident sehh it-Tlieta ghall-habta tal-10.10 p.m. fi Triq tal-Wilga li mit-triq ta’ Ghajn Tuffieha taghti ghal Manikata limiti tal-Mellieha. Dak il-hin iz-zaghzugh kien qed isuq il-karozza tieghu Volkswagen Golf fid-direzzjoni tal-Manikata meta tilef il-kontroll b’konsegwenza li qabad il-hajt tas-sejjiegh li hemm fuq il-lemin u l-karozza inqalbet x’aktarx aktar minn darba sakemm din habtet b’tisbita kbra ma’ cint mibni minn gebel kbir u konkrit. Mad-daqqa l-karozza giet lura fuq ir-roti u spiccat f’dahla ta’ ghalqa.
Persuni, fosthom diversi zghazagh, li kienu ghaddejjin mill-inhawi waqfu jaghtu l-assistenza u anke cemplu fuq in-numru tal-emergenza l-112. Fi ftit hin waslu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mill-istazzjon tax-Xemxija kif ukoll il-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surgenti Ivan Mifsud u Ronnie Attard u l-Kuntistabbli Loren Vella.
Sakemm waslet l-ambulanza b’zewg infermieri, wiehed mill-membri tal-Protezzjoni Civili dahal fil-karozza u zamm lill-vittma stabbli. Wara li z-zaghzugh inhareg minn qalb it-tifrik, huwa tpogga fuq strecer, iddahhal fl-ambulanza u ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn wara li gie ezaminat mit-tobba fid-Dipartiment tal-Emergenza nstab li qed isofri minn griehi hfief.
This entry was posted on Thursday, May 17th, 2012 at 07:29 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
forsi kien tiela bl10kmph
Forsi jek ma tikkumentax ahjar
Jien nghid li kien tiela bil-15km/h!!!! U ejja mhux ovja li kien tiela sparat min triq li bil-kemm tghaddi l-karozza. Wenzu ma nkunux tfal….pls
Sinjuri jien wiehed minn dawk li hafna drabi nwahhal fi sewqan b’velocita eccessiva meta jkun hemm xi incident. Pero jista jkun wkoll li dan il-guvni vera ma kienx ghaddej b’velocita u xorta gralu li gralu. Ma tridx hafna biex tinqaleb karozza anke meta tkun ghaddeja b’velocita baxxa. Mill banda l-ohra jekk saq b’negligenza allura nittama li ha taghlima. Nispera li dan il-guvni ma weggax sew u li jfieq ta’ malajr. Ta’ tmintax il-sena baqalu hafna x’jitghallem u futur quddiemu. Dejjem suqu bil-ghaqal.
Its a miracle that you didn’t not suffer any bad injuries!! take care dude!!
@ Joe
ix xufier u min rah bis jista jikkumenta!!!! Setra kien tila bil 50 u seta kin tiela bil mija fiz zewg kazi ma kienx ha jgarraba zewg !! j alla qatt ma jkolok incident ima jek ikolok u jigri xi haga simili imbghad tindunka kif mux il velocita kollox
Min ma jifimx ma jikkummentax, ghax memx alfejn tkun addej bi speed eccessiv biex jigri ekk. La ma kontux flok ix-xufier titkellmux! Haga ohra ghatu kas il kundizzjonijiet tat toroq!!!!!!
l-ewwel nett, nawgura lil dan ix-xufier fejqan ta malajr u nispera li ha t’ghalima min dak li gralu.
Ghall min qed jikkummenta rigward jekk hux kundizzjoni ta triq jew speed etc. Kunu ghafu li qed turu kemm tikkummentaw mil-kumdita tal-pultruna tghakhom. Jien nuza dik il-partikolari triq kull weekend u nista nikkummenta li din it-triq ghanda ‘tarmac’ gdid u prattikament m’hemmx hofra wahda. Li hu zgur huwa li din it-triq fiha hafna kurvaturi u jekk ma tkunx attent u prudenti, facli tahbat ma hajt jew tibqa ghaddej dritt specjalment jekk l-speed ikun eccessiv u nuqqas ta attenzjoni. Il-konkluzzjoni inhallija ghall-’esperti’.
Please could u shed some light on when the rubble of the wall will be removed? another accident is waiting to happen as one needs to go on the other lane to pass