Anzjan jirrezisti u jattakka lill-Pulizija
Guzeppi Camilleri ta’ 62 sena mill-Mosta ghas-sitt darba nqabad joqtol annimali illegalment fir-remissa li ghandu fil-qalba tal-Mosta u ghat-tieni darba konsekuttiva pprova jahrab biex ma jinqabadx mill-Pulizija. F’hin miinhom Camilleri anke ta bis-sieq lil Surgent tal-Pulizija u gie mbuttat ghal dahru fl-art. Camilleri spicca l-Habs ghax ma kellux flus biex ihallas id-depozitu biex jinheles mill-arrest.
Nhar it-Tlieta l-Pulizija waslilha rapport li kienet sehhet serqa ta’ xi naghag minn razzett f’Birzebbuga. Peress li Guzeppi Camilleri huwa maghruf mal-Pulizija fuq reati simili, nhar it-Tlieta ghal habta tat-8.10 p.m. is-Surgent Jonathan Vella flimkien mal-Kuntistabbli Mario Spiteri mill-Ghassa tal-Mosta marru biex ikellmu lill-anzjan.
Kif dawn habtu mal-bieb tar-remissa li tinsab fi Triq il-Lunzjata ma’ Triq il-Parrocca fil-Mosta stess u l-bieb tbexxxaq, raw lil Camilleri flimkien ma’ ragel ta’ nazzjonalità barranija u mara wkoll barranija. Kif dawn indunaw bil-prezenza tal-Pulizija, ir-ragel barrani, li huwa immigrant, u Camilleri taw salt u harbu mir-remissa filwaqt li l-mara qabdet il-basket li kien fih il-laham tal-annimali li nqatlu illegalment u wkoll harbet minn fuq il-post.
L-immigrant telaq jigri lejn fejn jarma l-monti fil-Mosta bis-Surgent Vella jigri warajh filwaqt li PC Spiteri arresta lil Camilleri ftit tal-metri ’l boghod. Il-mara hadet l-opportunità u rrnexxielha tahrab. Sadanittant PS Vella, filwaqt li kien qed jigri wara l-barrani, talab l-assistenza tal-Pulizija fejn fuq il-post waslet unit tal-Mobile u wara girja u bl-assistenza tal-pubbliku, il-Pulizija arrestawh qrib il-Pjazza tal-Mosta. Kemm il-barrani kif ukoll Camilleri ttiehdu l-Ghassa tal-Pulizija tal-Mosta.
Minhabba li fuq il-post kien ghad hemm hames nghagiet hajjien, intalbet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Harsien tal-Annimali fejn fuq il-post mar l-Ufficjal Emanuel Buhagiar. Ghaldaqstant biex il-Pulizija jkunu mxew mal-proceduri, marru jgibu lill-anzjan mill-Ghassa qabel ma saret spezzjoni fil-post biex din issir fil-prezenza ta’ tieghu.
KRONAKA f’MALTA, li kien fuq il-post isegwi l-operazzjoni, rajna lil Guzeppi Camilleri mhux biss joggezzjona li jittiehed fil-proprjetà tieghu izda rrezista bis-sahha kollha lis-Surgent Ronaldo Cremona u lill-Kuntistabbli Jurgen Falzon. Minkejja li kien immanettjat Camilleri baqa’ jirrezisti fejn hin minnhom intefa’ mal-art u ma riedx iqum minkejja l-ordnijiet tal-Pulizija. Kif PS Cremona ipprova jqajmu minn mal-art, rajna lil Camilleri jxejjer saqajh it-tnejn f’daqqa ghal fuq sider is-Surgent li mad-daqqa PS Cremona gie imbuttat u spicca jiehu tisbita ghal dahru.
Wara li rnexxielhom igibu lil Camilleri qrib ir-remissa dan xorta wahda ma riedtx jidhol u ntefa’ mintulu mal-art. Peress li kull ma kien liebes kien qalziet, il-Pulizija poggewh bilqieghda fuq targa u baqghu ghassa mieghu sakemm saret spezzjoni fir-remissa mill-veterinarju tal-Gvern.
Fuq gewwa nstabu hames nghagiet hajjien li kollha ma kellhomx it-timbru u lanqas it-tag u ghalhekk ma setghux ikunu identifikati jew intraccati. Wahda min-naghag kellha widna maqtugha li x’aktarx din inqatetilha barra ghax maghha kien hemm it-tag u b’hekk ma setghetx tigi intraccata minn fejn insterqet. Irrizulta li dawn l-annimali huma annimali tar-razzett u ghalhekk ma kienux f’posthom fejn instabu.
Fl-art kien hemm intern u glud tal-annimali kif ukoll skieken u ghodda ohra li allegatament Camilleri kien qed juza biex joqtol, ihanxar u jqaxxar il-glud kif ukoll gancijiet fejn idendel l-annimali. Dawn gew elevati ghal aktar investigazzjonijiet mill-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
Il-hames nghagiet, tlieta minnhom ta’ mhux aktar minn sitt xhur ittiehdu l-biccerrija tal-Gvern. Minkejja li sibt koperazzjoni minn kull min kien prezenti fuq il-post, mhux l-istess jista’ jinghad ghall-Veterinarju Dr Patrick Caruana li ghal darb’ohra rega’ wera ostilità fil-konfront taghna. Meta staqsejt lil Dr Caruana kif inhi l-kundizzjoni tal-annimali li nstabu hajjien fir-remissa, il-Veterinarju b’ton arroganti qalli li “jekk ikun hemm bzonn tkun taf, nohorgu stqarrija ghax intom il-gurnalisti mhux ta’ min jafdakhom”. Meta staqsejtu jekk kienx hemm kaz partikolari, huwa nsista li “inthom il-gurnalisti mintkomx nies u ghalhekk minghandi ma tiehdu xejn”.
Sadanittant l-Erbgha waranofsinhar Guzeppi Camilleri tressaq il-Qorti mill-Ispetturi Gabriele Micallef u Edmond Cuschieri tad-Distrett quddiem il-Magistrat Doreen Clark. Fost diversi akkuzi l-anzjan gie mixli li naqas li josseva l-kundizzjonijiet tas-sahha tal-annimali, li qatel annimali ghal konsum uman u li naqas li josserva l-ligijiet konnessi ma’ caqlieq ta’ annimali hajjin.
Camilleri jinsab mixli wkoll li zamm biccerija minghajr permess, li ghamel hsara ghad-dannu tal-Kuntistabbli Mario Spiteri wara li kissirlu l-arlogg ta’ jdejh li jiswa madwar €200.
Akkuzi aktar serji li gie mixli bihom l-anzjan huma li rrezista l-arrest u aggredixxa uffcjal tal-Pulizija. Permezz tal-Avukat tieghu, Dr Anglu Farrugia, l-akkuzat wiegeb li mhux hati tal-akkuzi migjubin kontrih u talab biex jinheles mill-arrest. Il-Qorti laqghet it-talba bil-kundizzjoni li jhallas depozitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000, izda peress li Camilleri ma kellux il-flus biex ihallas id-depozitu huwa baqa’ jinzamm taht arrest preventtiv fil-Habs ta’ Kordin.
Minn stharrig li ghamlu l-Pulizija jirrizulta li r-ragel barrani kif ukoll il-mara kienu fir-remissa biex jixtru l-laham u ma kellhomx x’jaqsmu mal-operat tal-biccerrija illegali. Huwa mifhum li r-ragel barrani se jitressaq il-Qorti b’citazzjoni. Mhus maghruf jekk il-mara li kienet ukoll fir-remissa nstabitx.
Dan ma kien l-uniku kaz ta’ Camilleri tant li fl-1 ta’ Frar li ghadda kien inqabad f’cirkostanzi identici fejn ukoll kien ittanta jahrab imma kien inzamm minn Godric Marston, dak iz-zmien ufficajl fl-istess Dipartiment tal-Harsien tal-Annimali. Barra minn dawn l-akkuzi Camilleri ghandu pendenti erba’ kazi ohrajn dwar zamma ta’ annimali u operat ta’ biccerija illegali.
This entry was posted on Thursday, May 17th, 2012 at 08:12 and is filed under Abbuz, Aggressjoni, Animal Welfare, Arrestat, Attentat, Ghassa tal-Pulizija, Girja, Habs ta' Kordin, Harba, Hmieg, Immigranti, Mahrub, Mohqrija, Mohqrija ta' annimali, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Qorti, SOCO, Stharrig, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Sakemm ikun hemm id-domanda ghal dan it-tip ta’ laham maqtul b’dan il-mod allura se jibqa jkun hemm minn dawn il-kazijiet.
le habieb…… sakemm il qorti tibqa ratba mal kriminal hekk jibqa jigri.
Milli jidher dan l-anzjan ma jrid jisma’ b’xejn. Allura l-ahjar post ghalih hu li jibqa; maqful sakemm ”irabbi l-ghaqal”. U dan ghandu jghodd ukoll ghal min jahsibha bhalu.