Ragel ta’ 51 sena mill-Mosta zgur li qatt ma basar li f’hajtu kien se jkollu accident bil-karozza fejn ziemel jibqa diehel fih.
L-accident sehh it-Tlieta ghall-habta tat-3.12 p.m. meta ragel kien qed isuq karozza Subaru J10 fi Triq Ta’ Kandja fil-limiti ta’ Hal Farrug qrib il-Lufthansa Teknik. Kif gie fid-dawra fejn hemm il-kumpless tac-Caqnu sab ma’ wiccu ziemel gej dritt ghalih minghajr il-gerrej u kien jidher li z-ziemel kien mahrub.
Ghalkemm ir-ragel ipprova jevita liz-ziemel, izda dan kif sab il-karozza quddiemu baqa’ tiela ghall-fuq il-bonnet u fuq is-saqaf. Bl-impatt qawwi l-windscreen inkiser u parti mis-saqaf tas-Subaru tghaffeg b’konsegwenza li s-sewwieq sofra griehi f’wiccu u jdejh.
Dak il-hin kien ghaddej Domenic Cassar, membru tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif il-Pulizija tal-SAG li waqfu jaghtu l-ewwel assistenza lis-sewwieq u anke sejhu ghall-ghajnuna medika.
Fuq il-post marru l-Pulizija fosthom dawk mit-Taqsima tat-Traffiku, tal-Kavallerija u tal-ALE li zammew iz-ziemel fejn iddahhal fil-kumpless tac-Caqnu filwaqt li ntalbet l-assistenza medika ghas-sewwieq. Fi ftit minuti waslet ambulanza b’infermiera li tat l-ewwel ghajnuna medika lir-ragel mill-Mosta u wara ddahhal fl-ambulanza u ttiehed l-Isptar Mater Dei. Huwa kompla jinghata l-kura mehtiega ghall-feriti gravi li sofra izda b’xorti tajba mhux fil-periklu tal-mewt.
Sadanittant il-Pulizija bdew bi tfittixja ghas-sid iz-ziemel, izda dan gie fuq il-post tal-accident wahdu. Huwa nstema’ jghid li huwa halla z-ziemel maqful fl-istalla li ghandu qrib lr-residenza San Vincenz de Pauli f’Hal Luqa, izda meta rritorna sab il-bieba tal-istalla miftuha u l-katnazz fl-art. Kif sar jaf x’kien gara mar fuq il-post tal-accident.
Il-karozza Subaru garbet hsarat estensivi filwaqt li z-ziemel deher li sofra feriti f’taht ghonqu, zaqqu u saqajh. Huwa mifhum li biex ikklamaw liz-ziemel biex ikun jista’ jigi trasportat, inghata injezzjoni biex ma jkomplix ibati.
Il-Pulizija tad-Distrett hejjew rapport tal-accident.
This entry was posted on Wednesday, May 16th, 2012 at 07:31 and is filed under Accident, ALE, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Kavallerija, Korriment, Mahrub, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tat-Traffiku, SAG, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Isa min ha jghamel tajjeb al dan ir ragel sfortunat? Linsurance? Le, ax insurance az zwiemel mawx. Isa jekk sid iz ziemel ikun ragel bizejed, ihalas id dani tar ragel u jekk le joqodu tilajn u nezlin il qorti. U milli jider sid iz ziemel diga mar fuq id difiza meta qal li kisrilu l katnaz!!!!