Il-vittma kien qed ibiddel il-‘flex’ li jorbot it-tiben
Ir-rahal ckejken tax-Xewkija it-Tnejn filghodu kien ghadu qed jitkellem fuq it-tragedja li hasdet wiehed mill-istess rahal fl-ghalqa li ghandu fl-inhawi maghrufin bhala tal-‘Fessej’, qrib Imgarr ix-Xini, limiti tax-Xewkija, f’Ghawdex. Mario Bugeja kien qed jipprova jorbot balla tiben meta l-magna li tkebbeb it-tiben qabditu u miet fuq il-post.
Bugeja, li kellu 39 sena u missier ta’ zewgt itfal ta’ hames snin u tmien snin, nhar il-Hadd ghall-habta tat-8.30 a.m. kien fuq il-makkinarju meta kellu bzonn jorbot il-balla tiben b’habel maghruf bhala ‘flex’. Mhux maghruf ghaliex Bugeja ma tefix il-magna qabel nizel mill-kabina. Kif Bugeja tbaxxa biex jghaddi l-‘flex’ biex jorbot il-balla, inqabad minn rasu u sidhru bix-xfafar li jirromblaw it-tiben.
Il-feriti kkawzati bil-makkinarju stess kienu gravi tant li Bugeja miet fuq il-post. Kien kollega tieghu li meta mar jara jekk Bugeja kienx x’gralu xi haga sab xena xokkanti quddiemu u kien pront cempel ghall-assistenza. L-ewwel ma waslu fuq il-post kienu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mmexxijin minn Peter Mercieca kif ukoll ambulanza b’tim mediku. Izda ma kienx hemm bzonn tal-intervent medika ghax Bugeja kien digà mejjet.
Filwaqt li l-Magistrat Dr Paul Coppini qed imexxi inkjesta bl-ghajnuna tal-Prokuratur Legali Mario Buttigieg li nhatar bhala espert tal-Qorti, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Bernard C. Spiteri mill-Ghassa ta’ Victoria.
Huwa mifhum li dan l-ahhar Mario Bugeja kien ghadu kif ghamel investiment qawwi fil-makkinarju tieghu fejn anke nghata xi flus b’self u ghotja mill-UE peress li huwa rahhal fultajm.
Dan huwa r-raba’ kaz ta’ haddiem li tilef hajtu fuq il-post tax-xoghol. L-ewwel fatalità sehhet fit-2 ta’ Frar meta Ganc ta’ krejn waqa’ minn gholi ta’ madwar seba’ sulari u gie fuq Zaren Baldacchino ta’ 59 sena mis-Siggiewi. L-accident sehh fi Triq Sir Arturo Mercieca f’Tas-Sliema.
Fit-23 ta’ Frar Louis Cutajar ta’ 44 sena minn Birzebbugia waqa’ minn gholi ta’ hames sulari f’dak li se jkun l-i’Skyparks’ li jaghmel parti mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u t-tielet fatalità fuq il-post tax-xoghol sehhet fis-6 ta’ Marzu fil-Lukanda ‘Seabank’ fil-Mellieha meta cediet struttura u ntradam Maksims Artamonous ta’ 27 sena mil-Latvja.
This entry was posted on Tuesday, May 15th, 2012 at 07:28 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Fatalita', Haddiem, Kadavru, Mewt, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija ta' Ghawdex, Sahha u Sigurta'. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.