Karozza qabzet is-cente strip u habtet f’karozza ohra
Tfajla sofriet griehi gravi izda mhix fil-periklu tal-mewt kawza ta’ accident tat-traffiku li fih iddahhlu l-isptar z-zewg sewwieqa wkoll.
L-accident sehh it-Tnejn ghall-habta tas-2.30 p.m. fi Triq Sant’ Andrija ma’ Triq is-Sirk f’San Giljan. Il-habta saret bejn karozza Toyota Vitz misjuqa minn Jean Pierre Dingli Attard ta’ 20 sena minn Birkirkara u li mieghu kellu lil Nadia Debono ta’ 19-il sena minn Hal Ghaxaq li kienu sejrin fid-direzzjoni ta’ Paceville u Fiat Panda li kienet gejja mid-direzzjoni opposta.
Kif Dingli Attard wasal qrib Triq is-Sirk, huwa tilef il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li tela’ fuq is-centre strip u parti mill-karozza spiccat fuq in-naha l-ohra tat-triq.
Fl-istess hin mid-direzzjoni opposta kienet gejja l-Fiat Panda misjuqa minn Klsch Zammit ta’ 42 sena ta‘ nazzjonalità Germaniza residenti San Pawl il-Bahar. Kif Zammit giet fil-liwa sabet ma’ wiccha l-karozza Toyota li baqghet diehla fil-Fiat.
Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera li hadet lit-tliet persuni l-Isptar Mater Dei. Minkejja l-impatt qawwi Zammit u Attard Dingli sofrew griehi hfief izda Debono sofriet griehi gravi izda mhix fil-periklu tal-mewt.
Fuq il-post tal-accident marru l-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku kif ukoll dawk tad-Distrett immexxijin mis-Surgent Ramon Mifsud Grech. Ghal xi hin it-traffiku li kien sejjer fid-direzzjoni ta’ Bahar ic-Caghaq kellu jghaddi min triq ohra.
This entry was posted on Tuesday, May 15th, 2012 at 07:27 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tat-Traffiku, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.