Erba’ vjaggi fi tmint ijiem
Fi spazju ta’ tmint ijiem dahlu f’pajjizna 256 immigrant illegali f’erba’ vjaggi separati fl-ahhar vjagg ikun ta’ 73 immigrant li ddahhlu Malta it-Tnejn mill-Forzi Armati ta’ Malta. B’hekk it-total din is-sena tela’ ghal-376 immigrant ghalkemm 140 minnhom digà gew ripatrijati.
Il-grupp ta’ 73 immigrant kienu madwar 32 mil nawtiku fin-nofsinhar ta’ Malta meta gew salvati mill-ekwipagg tal-Patrol Boat P51 tal-Forzi Armati ta’ Malta, wara li c-Centru tas-Salvatagg tal-istess FAM f’Hal Luqa rcieva sejha ghall-assistenza. Fl-inhawi ntbghat il-helikopter Alouette mit-Taqsima tal-Ajru fejn sab dinghy bil-klandestini jingarr minn kurrenti u mewg gholi kawza tar-rih qawwi li kien hemm fl-inhawi.
Ghaldaqstant fuq il-post salpat il-P51 fejn waslet qrib l-immigranti ghall-habta tal-10.00 a.m. B’kollox il-grupp kien jikkonsisti minn 51 ragel u 22 mara, fosthom zaghzugh li jidher li ghadu taht l-età , li kollha dehru li kienu f’kundizzjoni ta’ sahha tajba.
Wara li gew trasferiti ghal dinghy li tnizzel minn fuq il-Patrol Boat bl-ewwel in-nisa u t-tfajjel, huma ttelgœu ghal fuq il-P51 u bahru lejn Malta fejn iddahhlu fil-Bazi Marittima tal-FAM f’Xatt it-Tiben ghall-habta tas-2.20 p.m.
Fuq il-moll f’Xatt it-Tiben kien hemm jistennew il-Pulizjia tal-Immigrazzjoni. Uhud mill-immigranti dehru kuntenti li kienu se jinzlu l-art wara vjagg pjuttost iebes minhabba l-bahar qawwi u s-sogru li hadu. It-tbissima u s-sinjal ta’ V minn xi whud mill-immigranti kien evidenti li l-holma taghhom kienet saret realtà .
L-ewwel li nizel minn fuq il-P51 kien it-tfajjel u warajh it-22 mara u l-irgiel. Dawn ittiehdu kollha l-Kwartieri Generali tal-Pulizija ghall-identifikazzjoni minkejja li kollha allegaw li huma Somali. Wara s-soltu interrogazzjonijiet l-immigranti ttiehdu lejn ic-Centri ta’ Detenzjoni.
Dan kien is-seba’ vjagg ta’ immigranti din is-sena bl-ewwel wiehed li wasal fil-15 ta’ Jannar f’58 ragel, disa’ nisa u tifel.
Sadanittant kmieni llum (it-Tlieta)kien hemm xnieghat li kien hemm vjagg iehor b’madwar 80 klandestin resqin lejn Malta,izda din l-informazzjoni ma setghetx tigi kkonfermata.
This entry was posted on Tuesday, May 15th, 2012 at 07:57 and is filed under Detention Centres, FAM, Immigranti, Klandestini, Patrol Boat, Pulizija, Salvatagg, Servizzi tad-Detenzjoni, Suldati. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Review the Dublin 2 Treaty , abhor the EURODAC pact – make this country a NATION – no more petty and lacky politics or else surrender Maltese citizenship and do away with our Flag and passports and i.d.’s – We are not delivering enough babies for posterity. We are dying out due to a chain of incompetence from our Govt. and brain poison from Religion. Forced Immigration is an act of condemming your own………We are condemned by our Govt. If it takes so called RACISM to save the Maltese race then let it be that way. This influx must stop now……..aid them in their own lands. In order to accommodate their cronies Our EU leaders are vehemently destroying what our forefathers died for.