Din id-darba bl-arja kundizzjonata tahdem
Fil-jiem li gejjin il-Pulizija tal-Iskwadra tal-Mobile kif ukoll vetturi ohrajn ta’ taqsimiet diversi se jkunu qeghdin izanznu flotta gdida ta’ karozzi. Dawn se jkunu qed jirriflettu l-mod kif il-Korp tal-Pulizija qed jimmodernizza tant li ghall-ewwel darba se jkollhom is-sistema tal-arja kundizzjonata tiffunzjona. Mhux l-istess izda jista’ jinghad ghall-Pulizija fid-Distretti.
Il-Gimgha filghodu fil-kumpless tal-Pulizija tal-SAG f’Ta’ Kandja ntwerew il-vetturi l-godda b’investiment ta’ €1.22 miljun. Mill-fond tal-Pulizija nxtraw 22 karozza Ford Focus li se jiehdu post il-karozzi li ghandha l-Iskwadra tal-Mobile. Dawn ghandhom stil differenti bil-kulur griz minflok bojod u l-‘beacon lights’ differenti u aktar moderni.
Mill-fond tal-Fruntieri Esterni, il-Korp tal-Pulizija nghata 80% tal-finanzi biex xtara 12-il karozza ohra ukoll Ford Focus li se jintuzaw ghal skorti, zewg Panel vans, erba’ Landrovers ghat-Taqsima tal-ALE u SAG, zewg trakkijiet bil-‘floodlights’ biex jintuzaw f’postijiet mudlama waqt xi investigazzjonijiet u zewg ‘dinghies’ biex jintuzaw fuq rondi madwar ix-xtut kontra l-immigrazzjoni illegali.
Prezenti ghal din ic-cerimonja kien hemm diversi ufficjali gholjin tal-Korp tal-Pulizija fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo. Il-Kappillan tal-Korp tal-Pulizija, Fr Raymond Bonnici, bierek dawn il-vetturi fil-prezenza tal-Ministru tal-Intern Carm Mifsud Bonnici.
Sadanittant sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li hemm diversi Distretti li qed jittammaw li dawn il-karozzi l-godda jinhargu immedjatament. Dan mhux ghax hemm xi karozzi godda ghalihom izda biex forsi jmisshom xi karozzi li qed jintuzaw minn tal-Mobile li huma hafna ahjar minn dawk li ghandhom bhalissa.
L-istess sorsi qalulna li dan l-ahhar fl-Ghassa ta’ San Giljan ilhom madwar gimaghtejn minghajr vettura u qed jissellfu Skoda mill-garaxx tal-Pulizija. Dan ghax il-karozza Ford Station Wagon ghandha xi hsarat. Anke l-Iskoda li hemm fl-Ghassa ta’ San Gwann iddahhlet wara li zviluppawlha hsarat fil-brejkijiet. L-ghada li nghatatilhom regghet spiccat fil-garaxx tal-Pulizija wara li zviluppawlha hsarat godda.
Dawn mhux l-uniku zewg Ghases li ghandhom nuqqas ta’ karozzi u ghalhekk aktar ma l-karozzi l-godda jinghataw malajr lill-Iskwadra tal-Mobile, aktar tissolva malajr il-problema f’uhud mid-Distretti. Dan minkejja li se jkunu qeghdin jinghataw karozzi uzati.
This entry was posted on Saturday, May 12th, 2012 at 09:17 and is filed under ALE, Ghassa tal-Pulizija, Korp tal-Pulizija, Kummissarju tal-Pulizija, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, SAG. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Jidher li kien hemm bdil ta policy rigward vetturi b’AC’s u Patris, et Filii,
MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Uffi?jali u Rivedut) IL-?DAX-IL PARLAMENT
Seduta Nru. 223 It-Tlieta, 18 ta’ Mejju, 2010
Stampat fl-Uffi??ju tal-Iskrivan Kamra tad-Deputati
ONOR. CARMELO ABELA: Sur President, huwa minnu li l-air conditioners li kien hemm f’karozzi tal-Pulizija, anke dawk li mhumiex ?odda, tne??ew? Jekk iva, x’inhi r-ra?uni g?al dan?
MR SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Te?isti l-policy li l-air conditioners fil-karozzi tal-Pulizija ji?u skonnettjati. Ir-ra?uni hi li l-Korp i?oss li meta wie?ed ikun qed jag?mel u?u minn dawn il-karozzi g?andu j?omm it-twieqi miftu?in biex ikun jaf dak kollu li jkun qieg?ed ji?ri fl-akkwati tieg?u. Jekk jintu?a l-air conditioner, wie?ed ikollu j?omm it-twieqi mag?luqin u allura ma jkunx jista’ jisma’ mill-patrolling u l-policing li jkollu b?onn jag?mel.
MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut) IL-HDAX-IL PARLAMENT
Seduta Nru. 223 It-Tlieta, 18 ta’ Mejju, 2010
Stampat fl-Ufficcju tal-Iskrivan Kamra tad-Deputati
ONOR. CARMELO ABELA: Sur President, huwa minnu li l-air conditioners li kien hemm f’karozzi tal-Pulizija, anke dawk li mhumiex godda, tnehhew? Jekk iva, x’inhi r-raguni ghal dan?
MR SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Tezisti l-policy li l-air conditioners fil-karozzi tal-Pulizija jigu skonnettjati. Ir-raguni hi li l-Korp ihoss li meta wiehed ikun qed jaghmel uzu minn dawn il-karozzi ghandu jzomm it-twieqi miftuhin biex ikun jaf dak kollu li jkun qieghed jigri fl-akkwati tieghu. Jekk jintuza l-air conditioner, wiehed ikollu jzomm it-twieqi maghluqin u allura ma jkunx jista’ jisma’ mill-patrolling u l-policing li jkollu bzonn jaghmel.
first of all well done to the police forece, but on another note, poor mater dei hospital patient he/she is being “”served”" by 10 years old ambulances with no air condition, more over if they are out of order scrap uk second hand ones are being used!! it’s been years now that the emergency ward has been waiting for these new amnlances
This is very good news,Prosit
L-ewwel haga proset ta dawn il-vetturi il-godda ninsab cert illi permezz ta’ dan l-investiment il-korp ser ikun aktar efficjenti u il-pulizija jahdmu aktar ghal qalbhom. Minn naha l-ohra hija haga tal-misthija meta tara il-pulizija ghaddejin b xi skoda li issa qabzu it- 300,000 mil. ma nahsibx li dawn il-vetturi ghandom jintuzaw mill-pulizija. L-ghassa ta San Giljan hija wahda mill-aghar ghasses li hawn f’Malta min hu nteressat jasal wasla s’hemm u jara b’ghajnejh u jmiss b’idejh id-dizasjtru li hemm u dan kollu jafu bih l-ufficjali gholjin tal-korp.
LOL !! min jaf fil parlament il gdid hemmx AC s ????
prosit lil korp tal pulizija ghal akkwist ta dawn il vetturi. prosit tmur ukoll ghal dawk kollha involuti biex dawn il vetturi setghu jigu armati lokalment , specjalment dawk fil garaxx tal pulizija stess. investiment qawwi biex il pulizija jkollha ghodda gdida waqt il hidma taghha.
naqbel perfettament ta Salvu Azzopardi, li il korp tal pulizija jibdel il karozzi tal iskwadra mobbli kull 2 jew 3 snin, imma ghal kuntlarju, fl-isptar state of the art Mater Dei ghadhom qed jintuzaw ambulanzi antiki li ilhom fis servizz ghal kwazi 10 snin ( 4 minnhom), u ghal madwar 5 snin ( 3 ohra). dawn l ambulanzi jahdmu 24 siegha kuljum bla waqfien.
tajjeb wiehed isemmi, li il Mobile Squad tal pulizija ser ikollha 22 vettura biex tkopri il gzira taghna, filwaqt li Mater dei ghandu biss 7 ambulanzi ghal emergenzi biex ikopru isservizz tal emergenza madwar Malta kollha. x’ironija !!!! il pulizija ghandhom 3 darbiet + , ta kemm ghandu ambulanzi Mater Dei.
Xi haga sabiha tara l-progress, ahjar tard milli qatt. Din kienet il-Policy, tghid ghaliex din il- bidla issa? Nahseb li issa dawk l-Ispetturi godda fl-Iskwadri Specjalizzari bhas CID, Drugs Squad, Rcono,ic Crimes Squad u branches ohra ghandom cans li jinghataw karozza minn l-ex Mobile. U wara kollox wasal iz-znien ukoll li dawn l-Ispetturi jkollhom in-nirs posted maghhom bhall shabhom. Nistennew u naraw.
naqbel li qal ERN112 pero trid tara d-differenza tax -xoghol li jaghmlu l-pulizija tal-mobile squad li jridu jaghmlu l watch taghhom ta 8u nofs barra fix xemx u il haddiema li jahdmu fit taqsima ta l-ambulanzi…. ghax meta ma jkunx hemm xoghol li johorgu gewwa fl ewwel kamra kif tithol ikunu ghal air condition.
@ kop
jien ma kontx qed nifferi direttament ghal air condition, imma purament ghal vetturi.
ma gara xejn ta ….. forsi ma ftehmnix sewwa
il progress dejjem u f’kollox huwa sabih u bzonjuz ……. sakemm ma jgibx RIGRESS !!!!
ERN112, FORSI MA FTEMNIX, IMMA TRID TARA D-DIFFERENZA TAX-XOGHOL WKOLL HABIB…. HEMM DIFFERENZA LI JKOLLOK VETTURI JDURU L HIN KOLLU BHAL MA HUMA TAL MOBILE MILLI TKUN STAND BY BHAL MA HUMA L AMBULANZI , MHUX QED NGHID LI JKUNU WEQFIEN KULL HIN GHAX KIEKU L PAZJENTI MA JITHLU QATT L-ISPTAR.
Tafu x’se jigri bil-ford focus li qed jintuzaw bhalissa?
since 2005, its the 3rd time that the mobile squad received new vehicles and since 2005 its the 3rd time that the districts received 2nd hand vehicles !!!
i think that if a vehicle is not fit to be used by the mobile squad, (after about 250k miles) its not fit as well to be used by the district personnel
a feeling is also being generated that the district police are being treated as 2nd best in the police force !!!