Barranin tajru l-ajruplan minghajr ebda permessi
L-uzu tal-ajruplan spija li ntuza mill-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Ghasafar (CABS) flimkien mal-istazzjon televiziv RTL tal-Germanja, sar minghajr il-permessi mehtiega u kontra r-regolamenti u l-permessi li jinhargu minn Transport Malta u l-Pulizija lid-delettanti kollha li jtajjru ajruplani modelli. Il-CABS digà ddikjaraw li se jerghu jigu b’aktar ajruplani spija fejn jidher li se jkunu qed jisfidaw l-Awtoritajiet Maltin.
Id-dikjarazzjoni ufficjali li l-CABS tajru l-ajruplan, maghruf bhala ‘drone’, minghajr il-permessi mehtiega saret fil-Parlament mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fuq mistoqsija li ghamillu d-Deputat Laburista Charles Mangion. Huwa staqs jekk id-‘drone’ li gie rrapportat li kien qed idur fuq il-pajjiz ricentament kienx qed jaghmel din l-attività bil-permess tal-Pulizija jew l-awtorità kompetenti u jekk persuna jew entità tistax tispjuna fuq persuni minghajr l-awtorizzazjoni minn awtorità kompetenti. In-Nutar Mangion staqsa wkoll jekk l-ebda permess ma kien hemm ghal dan id-‘drone’ spjuna, x’passi ttiehdu kontra l-persuna li kisret il-ligi. Fl-ahharnett staqsa tistax persuna mhix awtroizzata tiffilmja persuni ohra fil-proprjetà privata taghhom.
Fir-risposta tieghu l-Prim Ministru qal li jinsab infurmat li la l-Pulizija u lanqas Transport Malta ma taw permess lill-CABS itajru dan l-ajruplan. Huwa qal ukoll li l-istess attività qed tigi investigata mill-Kummissarju tal-Pulizija u li hija wkoll suggett ta’ ilment imressaq quddiem il-Kummissarju ghall-Protezzjoni tad-Data. Ghaldaqstant, qal Dr Gonzi, irridu nistennew l-ezitu tal-investigazzjonijiet imsemmijin.
Sadanittant KRONAKA f’MALTA jinsab informat li minkejja li l-CABS u RTL ma kellhom l-ebda permessi biex itajru dan l-ajruplan fejn iridu, kien hemm okkazzjoni fejn dawn tajru d-‘drone’ biex jispjunaw fuq il-kaccaturi u n-nassaba u li sar fuq propjetà privata waqt li ffilmjaw kollox, anke fil-prezenza tal-Pulizija.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalulna li l-Pulizija, x’aktarx anke l-Ufficcju tal-Avukat Generali, qed jaraw liema ligi nkisret qabel johorgu l-akkuzi kontra min huwa responsabbli li tajjar dan l-ajruplan mhux biss bla permessi izda wkoll barra zoni fejn ma jistax jintuza dan l-apparat.
Dan is-sit kompla jinvestiga u sibna li biex id-delettanti tal-mudelli tal-ajruplani li jittajjru bir-‘remote control’ jezercitaw id-delizzju taghhom, dan irid isir f’zona ristretta u riservata ghalihom.
“Ma tistax tixtri, jew tibni mudell, u tmur issib post u ttajru. Dan irid isir f’post fejn jinhreg il-permess u kull min itajjar dawn it-tip ta’ ajruplani jrid isegwi r-regolamenti”, qalilna wiehed mid-delettanti.
Huwa kompla jispjegalna li kien hemm kaz fejn id-delettanti kellhom parti minn Hal Far fejn setghu imorru jtajjru dawn il-mudelli, izda marru l-Pulizija u waqfuhom. Huwa qalilna li barra li ghandhom bzonn il-permessi mehtiega, iridu wkoll ikollhom polza tal-assigurazzjoni f’kaz ta’ xi accident fejn l-ajruplan jaqa’ fuq xi hadd jew fuq propjetà ta’ terzi persuni.
Punt iehor importanti, u dan jinsab fil-lista tar-regolamenti tal-‘Malta Model Aircraft Flying Association’, jghid li “jekk fl-inhawi jkun riesaq helikopter jew ajruplan microlight, iridu jnizzlu l-ajruplan taghhom immedjatament. It-titjir irid isir f’ragg ta’ madwar 150 metru mic-centru taz-zona tat-titjier. L-ebda titjier ma jista’ jsir fuq l-ebda bini fiz-zona imsemmija”.
Ghaldaqstant dak li ghamlu l-CABS u RTL imur kontra kull regolamenti li huma marbutin bihom l-assocjazzjoni, sahaq is-sors. Barra l-ksur tar-regolamenti, dawn ma hasbu xejn lanqas dwar l-interferenza li seta’ kkawza d-‘drone’ li tajru fejn seta’ kien hemm apparat li jahdem bil-frekwenzi tar-radju ghad-detriment ta’ persuni ohrajn fl-inhawi.
Delettanti ohrajn tal-avjazzjoni kienu digà lmentaw ma’ dan il-gurnal li l-CABS qabdu u marru jtajjru l-ajruplan qrib Dellimara u l-inhawi meta din iz-zona qieghda ezatt fejn ikunu nizlin l-ajruplani fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta maghrufa bhala ’l-approach’.
Is-sorsi li tkellmu maghna qalulna wkoll li x’aktarx li ghad hawn ligi f’Malta li hadd, jekk mhux bil-permessi mehtiega, ma jista’ jtajjar xi haga f’gholi ta’ aktar minn 200 pied (madwar 61 metru) li jinkludu anke tajra jew sahanistra buzzieqa.
Fis-26 ta’ April li ghadda l-ajuplan spija tal-CABS kien twaqqa’ jew waqa’ wahdu ghalkemm kien hemm rapporti li kienu jghidu li dan twaqqa’ minn xi kaccaturi li “bi zball hasbuh xi tajra”. Kelliem ghall-CABS f’intervista li kien ta lil stazzjon lokali kien qal li ghalkemm tilfu dan l-ajruplan, li baqa’ ma nstabx, la jergghu jigu Malta se jgibu maghhom erba’ ajruplani mhux wiehed.
“Issa wiehed irid jara kemm il-Pulizija u l-Awtoritajiet koncernati, li skont il-Prim Ministru Gonzi dawn m’ghandhom l-ebda permessi, jekk humiex se jhalluhom itajru dawn l-ajruplani meta jergghu jigu. Jista’ jkun li din hija sfida diretta lejn l-awtoritajiet fosthom lejn il-Pulizija u l-Prim Ministru nnifsu”, sahaq sors li tkellem ma’ KRONAKA f’MALTA.
This entry was posted on Wednesday, May 9th, 2012 at 08:22 and is filed under Abbuz, ALE, Kacca, Periklu, Pulizija, Qorti, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
F’dan il-pajjiz ma nafx, kulhadd ihawwad u jkewwes. Jekk il-pulizija kienet prezenti waqt il-mitjar u-l-iffilmjar, din mhux suppost taf il-ligiijiet. U nassumu li dawn il-ligijiet huma minnhom, mela ghalfejn il-pulizija ma haditx passi ? Fuq gurnal eletroniku iehor kien hemm miktub li sahansitra u ha nikkwota “He(Mr Hirschfeld) said the police had told CABS not to fly the aircraft too low or near the airport. However operations will continue.” Lil min ha taqbad temmen?
Li hu fatt li gie mikxuf (propjament ma gie mikxuf xejn) li hawn hafna attivitajiet illegali, ghallura ax l-awtoratijiet ma jiehux passi u jittajjar helicopter u jwaqqaf dan l-abbuz. Anke din tal-propjeta privata, L-awtoratijiet ghandhom jaraw li l-ewwel nett il-propjetajiet privati huma filfatt propjetajiet privati u mux ikkaparati billi niktbu ‘RTO’ u daqshekk.
Mur ghamel hekk f’pajjizhom dawn. L-Inglis jghid “Set your house in order, prior critiscising others” Ahjar jaraw x’qed jigri f’pajjizhom. veru li kieku l-gemel jara hotobtu, kieku jaqa u jmut zoptu. Vera gejna tajjeb, issa nghid li ergajna gejna KOLONJA.
veru laqa tal barrani, minn huma dawn il-cabs? fuq il-ligi? ghax ma joqodux pajjizhom u jaraw xi jsir hemm specjalment fil-Germanja dawn gew hawn ghamlu hsara lil pajjizna bil-gideb, gibdu filmat illegali minn jaf kemm dahlu fi bwiethom tal biegh tieghu mill RTL.
Dan l’istazzjon ghax ma iggibx documentarji ta’ niesu joqtlu miljuni ta Lhud, mela ghax il-kaccatur Malti johrog ghal tit ta zmien jipratika id-delizju tieghu, hawn hafna akter kaccaturi tal affari taghhom mill ftit li jiksru il-ligi, il-Pulizija Maltija hi bizzejjed ghax taghmel eluf ta’ spezzjonijiet u tressaq nies il-Qorti ma ghaniex bzonn il-barrani f’pajjizna jaghmel oxxenitajiet kontra pajjizna.
sewwa qieghed tghid sur bert