Instab rieqed taht sigra f’H’Attard
Il-familja ta’ Philip Farrugia ta’ 50 sena mill-Gudja, specjalment martu, jistghu jserrhu mohhom hekk kif dan instab qawwi u shih it-Tnejn, ghaxart ijiem wara li gie rrapportat nieqes.
Philip Farrugia gheb mill-Isptar Monte Carmeli nhar il-Gimgha, 27 ta’ April u minn dakinhar hadd ma rah jew sema’ b’ahbaru. Ghal aktar minn darba l-Pulizija harget stqarrijiet titlob ghall-ghajnuna tal-pubbliku biex jghaddi informazzjoni fejn jista’ jinstab Farrugia. Saru wkoll tfittxijiet mill-qraba, il-Pulizija kif ukoll mit-Taqsima tal-Klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, izda din irrizultat fin-negattiv. L-ahhar appell tal-Pulizija sehh nhar il-Hadd li ghadda.
Izda meta bdiet tghib it-tama li Farrugia se jinstab qawwi u shih, ilbierah ghall-habta tas-2.00 a.m., mart Farrugia, Michelle, irceviet telefonata forsi l-isbah telefonata li qatt irceviet, fejn giet informata li Philip kien instab u li kien f’kundizzjoni tajba hlief li kien ilu ma jixrob u ghalhekk kellu nixfa kbira. Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn inghata l-kura mehtiega.
F’kumment li tat lil ONE News, Michelle Farugia qalet li lil zewgha sabuh bilqieghda taht sigra ftit ’il bogœod minn fejn gheb faccata tal-Isptar Monte Carmeli.
Hija qalet li Philip qalilha li huwa baqa’ hemm bilqieghda ghal ghaxart ijiem. Wara li nghata x’jixrob, huwu kien ezaminat minn tabib fejn instab f’kundizzjoni tajba.
This entry was posted on Tuesday, May 8th, 2012 at 07:20 and is filed under Appell, Imfittex, Neqsin/Missing, Persuni nieqsin, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Ringrazzjament, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.