Allegat kaz ta’ “tpattija”
L-omicidju doppju tal-ewwel tas-sena f’Tas-Sliema, li sal-lum ghadu fuq fomm kulhadd minhabba l-misteri li huwa mdawwar bih, jidher li ha zvolta ohra fejn qed ikun allegat li l-aggressjoni li waslet ghall-mewt taz-zewg vittmi kienet “tpattija”. Jekk din l-allegazzjoni tigi ppruvata, allura l-argument li Duncan Zammit ta’ 33 sena u Nicholas Gera ta’ 26 sena ma kienux jafu lil xulxin, kif dejjem sostnew il-Pulizija u xi qraba, ma jibqax iregi.
Persuna li tkellmet ma’ KRONAKA f’MALTA u li ghal ragunijiet personali talbet biex ma tigix iddentifikata, qaltilna li jew il-Pulizija ma riedux jghidu jew damu biex indunaw li Zammit u Gera fil-fatt kienu jafu sew lil xulxin u hija hasra li wiehed mill-vittmi tpogga f’dell ikrah fejn inghatat l-impressjoni li dan wettaq delitt fahxi ghalxejn b’xejn u minghajr ebda provokazzjoni ta’ xejn.
“Nicky ma jafx x’intqal u dak li ghadu qed jintqal fuqu ghax issa mhux hawn. Izda l-familja tieghu u l-hbieb vera tieghu ghadhom imwegghin. Mhux gust li l-verità tibqa’ mistura minkejja li l-ebda wiehed minnhom qatt ma jista’ jigi lura”, qaltilna din il-persuna.
L-istess sors sahaq li hadd qatt ma emmen li Gera u Zammit ma kienux jafu lil xulxin. Din il-persuna sahqet li qatt ma ghamlet sens kif l-investigaturi baqghu jinsistu li Nicky Gera ghazel dak il-lejl, dak il-blokk bini u l-Penthouse tal-familja Zammit Xuereb minghajr ebda raguni ta’ xejn dahal minghajr ebda arma biex joqtol lil Duncan meta dawn ma jafux lil xulxin, dejjem skont il-Pulizija u l-familja ta’ mart Duncan.
Sadanittant sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li jekk jirrizulta li l-kaz idur fuq xi tip ta’ “tpattija”, l-investigaturi jridu jistabilixxu l-mottiv ghaliex wiehed ried ipattiha lill-iehor. Meta l-Pulizija jaslu biex ikunu certi minn dan, allura x-xenarju kollu li tpogga fis-sieghat biss wara li sehhet din it-tragedja li kissret zewg familji, jinbidel ta’ taht fuq.
Dan is-sit kif ukoll il-gurnal l-orizzont kienu minn ta’ l-ewwel li qatt ma emmnu t-tezi li Duncan Zammit u Nicholas Gera ma kienux jafu lil xulxin. Anzi fl-ewwel rapport taghna konna wzani t-titlu “Glieda vjolenti bi skieken ihalli zewgt ihbieb mejtin”.
Kien missier Claire Zammit Xuereb, il-mara ta’ Duncan, l-impreditur Anglu Xuereb li f’intervisti li ta lil xi mezzi tax-xandir li hareg jghid li z-zewg familji qatt ma kienu jafu lil xulxin. Ghal 22 gurnata wara li sehh dan id-delitt doppju, il-Pulizija f’konferenza tal-ahbarijiet ukoll harget bl-istess teorija.
Dan l-omicidju doppju sehh fl-1 ta’ Jannar 2012 ftit wara s-7.00 a.m. f’appartament fi Block Falcon House fi Triq il-Kbira f’Tas-Sliema li tinsab ftit metri ’l isfel mill-Knisja ta’ Stella Maris meta Duncan Zammit kien ghadu fis-sodda. L-ewwel indikazzjoni kienet li xi hadd kien dahal fuq il-koppja, li tliet xhur qabel kellhom tewmin, bl-intenzjoni li jwettaq serqa. Izda minn aktar investigazzjonijiet li saru t-tezi tas-serqa giet eliminata.
Il-Pulizija kienu kkonfermaw li Gera ma dahalx armat u li s-skieken li ntuzaw kienu fl-appartament tal-familija Zammit. Ikkonfermaw ukoll li Gera ma dahalx biex iwettaq serqa u lanqas kien fis-sakra ghalkemm kien “ha xi drinks”. Gera dahal fl-appartament billi l-ewwel dahal fi blokk biswit dak fejn joqghodu l-koppja Zammit u tela’ fuq il-bejt. Minn hemm qabez ghal fuq il-bejt tal-Penthouse ta’ Zammit u xxabbat ghat-terrazzin li hemm fuq in-naha ta’ wara. Il-Pulizija ma sabu l-ebda sgass u jidher li l-bieb tat-terrazzin ma kienx imsakkar.
Dan kollu kien ikkonfermat mill-Kap tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali l-Assistent Kummissarju Pierre Calleja.
Kull min dahal fil-Penthouse tal-familja Zammit kif ukoll f’appartamenti simili, izda xi ftit izghar, ikkomfermawlna li mhux facli, jekk mhux ukoll impossibli, li xi hadd jidhol fil-Penthouse meta qatt ma kien dahal qabel, u ma jkollu l-ebda diffikultà jdur fil-post bil-kumdità kollha.
Il-glieda bejn iz-zewgt irgiel bdiet fil-kamra tas-sodda fejn anke nstabu tracci tad-demm fuq is-sodda. Minn hemm iz-zewgt irgiel komplew jissarraw b’mod vjolenti fl-istess kamra u wara hargu fil-kuridur tal-appartament. Kien allegat li Zammit u Gera komplew jissarraw izda kawza tal-feriti li sofrew it-tnejn spiccaw fl-art fil-kuridur b’Duncan Zammit kellu madwar 15-il daqqa maghmulin bis-sikkiena u numru ta’ daqqiet ohrajn li b’kollox kellu iktar minn 20 daqqa ohra fosthom tbengil. Min-naha l-ohra Nicky Gera nstabulu madwar sitt daqqiet ta’ sikkiena u daqqa ohra f’ghonqu kif ukoll diversi tbengil iehor ukoll. Gera spicca mejjet fuq Zammit li sorsi li tkellmu maghna qalulna li kienu litteralment f’bahar ta’ demm.
Is-sorsi li tkellmu maghna xorta ghadhom jemmnu li setghet kienet Claire Zammit Xuereb stess li filfatt marret ghat-tieni sikkina mill-kcina u wzatha biex tiddefendi lil zewgha Duncan mill-aggressjoni ta’ Gera. Din it-teorija taghmel sens ghax il-Pulizija kkonfermaw li ma kienx hemm tracci ta’ dmijja fil-kcina u ghaldaqstant xniegha li harget li Zammit mar ghas-sikkina fil-kcina biex jiddefendi lill-familja u lilu nnifsu wara li kien digà safa aggredit fil-kamra tas-sodda, ma tregix lanqas.
Wara 22 gurnata mindu kien sehh dan l-omicidju doppju, il-Pulizija kissru s-silenzju u ndirizzaw lill-gurnalisti fejn il-kobba tal-misteri dwar dan il-kaz iktar kompliet tithabbel u l-Pulizija jaghzlu li ma jirrispondux ghall-mistoqsijiet semplici tal-gurnalisti “biex ma nfixklux l-investigazzjonijiet” jew “ghax ghad iridu jsiru aktar ezamijiet forensici”.
Dakinhar il-gurnalisti gew indirizzati mill-Assistent Kummissarju Pierre Calleja, fejn beda biex qal dak kollu li kien digà gie rrapportat fil-midja fosthom fuq dan il-gurnal.
Li kien intqal kien li l-Pulizija ghadha ma waslet imkien biex tistabbilixxi l-mottiv u qed tappella lill-pubbliku li jista’ jaf xi haga biex icempel fuq in-numru 119 fejn il-Pulizija qed taggarantixxi l-kunfidenzjalità. S’issa dan l-appell baqa’ qatt ma gie rtirat u ghalhekk nifhmu li l-Pulizija ghadha qed titlob l-ghajnuna tal-pubbliku.
Esperti Forensici lura fl-appartament
Mhux konvinti minn dak li kien qed jinghad, nhar it-Tlieta, 21 ta’ Frar u cioè aktar minn 50 gurnata wara li sehh id-delitt, l-esperti forensici, akkumpanjati mill-Magistrat Dr Edwina Grima, regghu marru fl-appartament biex jaghmlu tfittxija intensiva b’apparat speccjalizzat. Din it-tfittxija aktarx li saret “ghax l-ispjegazzjonijiet tal-uniku xhud, Claire Zammit Xuereb ma kkonvincewx ghal kollox lill-investigaturi”. Dan l-apparat tal-‘ultra violet’ jintuza biex jinstabu tracci ta’ demm u likwidu iehor fosthom sperma li jistghu jkunu ta’ ghajnuna.
L-esperti forensici, flimkien mal-Pulizija u l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat, komplew l-ghada filghodu ghal madwar hames sighat ohra. Kull kampjun li gie elevat mhux biss gie analizzat hawn Malta izda wkoll barra minn Malta.
B’hekk il-misteri dwar dan il-kaz komplew b’hafna mistoqsijiet li baqghu mhux imwiegbin.
This entry was posted on Monday, May 7th, 2012 at 07:40 and is filed under Aggressjoni, Appell, Armi, Awtopsja, Emergenza, Esperti, Fatalita', Inkjesta, Kadavru, Korp tal-Pulizija, Mewt, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Qtil, SOCO, tragedji. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Malta needs foreign police experts ,”Ic-Cwiec Maltin” m’ghandhomx hila.
Good one vella
Il-fatt hu li Gera dahal fl-appartament illegalment. Imma hafna ghax hu barrani u adottat pingewh bhala vittma innocenti. Fuq penthouse qed nitkellmu ta mhux palazz, ma tridx tkun gharef jew xi perit biex issib il-kcina.
dik il penthouse biex tithol go fija trid tkun tafa sew penthouse imkejla fuq 500 metru kwadru. penthouse btul ta zewg ibjut fdaqqa. biex tkun taf kif imqasmin il kmamar trid tkun mtihla ta dar sewwa jew jkollok pjanta. Il-fatti huma li hadd mhu iblah ha jmur go hwejjeg ta` haddiehor, jithol fnofs ta lejl b`2 trabi ta twelid go dar u joqtol alxejn bxejn.. min hawwad fil borma ikun jaf xfija. Iblah dak li jemmen kollox.minghajr fatti u provi