Attentat ta’ qtil u ta’ suwicidju
Tard il-Gimgha filghaxija s-silenzju li ssoltu jiddomina Triq Has-Sajjied f’Birkirkara, triq zghira bi ftit residenti, inkiser b’ghajjat u storbju wara argument li nqala’ bejn koppja fejn qed ikun allegat li r-ragel ta daqqiet b’mus lil martu u wara dawwar l-istess arma fuqu nnifsu.
Minn stharrig li ghamel KRONAKA f’MALTA jirrizulta li l-koppja, ragel ta’ 35 sena u martu ta’ 30 sena miz-Zurrieq, bhalissa ghaddejjin minn kaz ta’ separazzjoni tant li l-mara qieghda tghix ma’ persuna ohra f’Birkirkara. Ftit qabel il-11.00 p.m. il-mara kienet fil-hanut tal-familja tas-sieheb taghha f’Birkirkara stess u ftit wara telqet lejn id-dar li tinsab fi sqaq fi Triq Has-Sajjied, fl-inhawi maghrufin bhala ‘Tal-Laxqija’, bil-karozza taghha Renault u maghha kellha lil hu s-sieheb, guvnott ta’ 15-il sena.
Minghajr ma kienet taf, warajha kien hemm karozza Hyundai misjuqa mir-ragel taghha li kien qed isegwiha. Kif dawn waslu fi Triq Has-Sajjied u l-mara pparkjat u harget mill-karozza, zewgha waqaf f’nofs it-triq u kif mar fuqha bdew jargumentaw. Kien hawn li allegatament ir-ragel hareg mus u taha diversi daqqiet u wara dawwar l-arma fuqu u nstema jghid li ried li jmutu t-tnejn flimkien.
Il-mara bdiet tghajjat u qalet liz-zaghzugh ta’ 15-il sena biex jitlaq minn hemm. Dan mar id-dar biex igib l-ghajnuna. Peress li l-familja tieghu qieghdin hafna ahwa, dawn hargu biex jassistu lill-mara, fosthom is-sieheb taghha stess. Kif dawn raw lir-ragel tal-mara bl-arma f’idejh daru ghalih biex jiddefendu lill-mara u anke hadulu l-mus fejn defsuh fil-hamrija ta’ qasrija.
Fi ftit minuti waslu l-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile u dawk tad-Distrett immexxijin mill-Ispettur Elton Taliana li sabu kommossjoni kbira bil-familja ta’ sieheb il-mara mdawrin mar-ragel taghha. B’xi mod il-Pulizija rrnexielhom iferxuhom u kklamaw is-sitwazzjoni fejn qed ikun allegat li r-ragel gie aggredit minhabba r-rabja li kellhom fuqhom ghar-ragel.
Fuq il-post intbghatu zewg ambulanzi bl-infermieri li hadu lill-mara u lir-ragel l-Isptar Mater Dei. Meta kienu ezaminati rrizulta li l-mara sofriet feriti gravi f’zaqqha u darha fuq in-naha tax-xellug fejn huwa mifhum li x’aktarx intlaqtet fil-milsa u l-firxa u giet iccertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.
Min-naha l-ohra r-ragel nstab li kellu ferita gravi f’zaqqu li kkawzaha hu stess b’konsegwenza li parti mill-imsaren hargu barra. Fl-ebda hin ma kien fil-periklu tal-mewt ghalkemm baqa’ jinzamm l-isptar ghal aktar kura.
Il-Pulizija elevaw l-arma kif ukoll il-karozzi kemm tal-mara kif ukoll tar-ragel. Bil-kaz gie informat il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Giovanni Grixti, li ordna inkjesta u hater diversi esperti fosthom lill-Perit Vince Ciliberti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispetturi Elton Taliana tad-Distrett u Chris Pullicino mid-DIK.
Huwa mifhum li madwar 30 sena ilu fl-istess post fejn sehh dan il-feriment kien sehh omicidju fejn mara li kienet barra fit-triq, x’aktarx hdejn id-dar taghha, intlaqtet minn tiri ta’ arma tan-nar li ma kienux intenzjonati ghaliha.
This entry was posted on Sunday, May 6th, 2012 at 08:29 and is filed under Aggressjoni, Ambulanzi, Attentat, Emergenza, Esperti, Feriment, Infermieri, Inkjesta, Korriment, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Sur Pisani,
ippermettili jekk nikkoregik ftit, il kaz li semmejt int ta dik il mara li kienet mietet b’tiri ta arma tan nar, imur lura aktar minn 50 sena u mhux 30 sena kif semmejt int. vera li forsi huwa irrelevanti imma dak il kaz kien sehh f’lulju, f’data vicin is 16 tax xahar, filghaxija, u il vittma kient bilqieghda ghal frisk fuq il pastagur tad dar li fiha kien joqghod l ewwel President ta Malta – Sir Anthony Mamo.
grazzi John talli izzommna dejjem infurmati.
Prosit ERN 112, nahseb li taf ukoll li min kien ikkommetta dak id-Delitt li kien mahsub ghal persuna ohra, kien ghadda Guri u nstab hati, serva diversi snin il-Habs u wara kien siefer. Wara hafna snin kien huwa wkoll ge assassinat u li wara hafna snin, yleita min-nies kienu tressqu l-Qorti. Tnejn minnhom qedhin iservu sentenza karcerarja, fil-waqt li liehor ghadda ghall gudizzju ferm aktar gholi mid-dak tal-bnedmin bhalu ghax kien miet fil-mori tal-kawza tieghu.