Inqabad minn helikopter mistohbi qalb il-haxix fl-MIA
Tliet immigranti irregolari li kienu qed jinzammu fic-Centru tad-Detenzjoni f’Hal Safi, nhar il-Gimgha rrnexielhom jaharbu. Wiehed minnhom inkixef fejn kien qed jistahba qalb il-haxix bir-rih tal-helikopter. Sadanittant immigrant li harab il-gimgha l-ohra mar lura wahdu.
Ghall-habta tal-5.45 p.m. tliet immigranti taw salt u rrnexielhom jaharbu minn taht il-kustodja tal-membri tas-sigurtà . Wiehed minnhom gera lejn il-pjattaforma fejn ikun hemm id-delettanti tal-ajruplani u qabez ir-recint u spicca fil-mitjar tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Kif inghata l-allarm li kien hemm xi hadd fuq il-mitjar, bhala mezz ta’ prekawzzjoni u sigurtà , it-Torri tal-Kontroll tal-MIA tat struzzjonijiet biex minnufih ma jsir l-ebda inzul jew tluq ta’ ajruplani. Dak il-hin kien hemm ajruplan kummercjali wiehed biss li kien qed javvicina biex jinzel kif ukoll il-helikopter tal-Missjoni Militari Taljana f’Malta.
Sorsi qrib l-MIA qalu lil din il-gazzetta li l-pilota tal-helikopter offra l-assistenza tieghu biex jaghmel tfittxija fil-baxx ghal dan l-emigranti u mhux ma jithallix javvicina.
Wara li nghata l-permess mehtieg u kien awtorizzat jassisti fit-tfittxija mill-ajru, il-pilota beda jtir qrib ir-recint fil-baxx hafna. Ir-rih qawwi li kienu ggenerati mill-iskrejjen tal-helikopter beda jifrex il-haxix u kien hawn li l-immigrant deher jistahba qalb il-haxix.
Ir-ragel, x’aktarx Nigerjan, ma kellux ghazla ohra hlief li jibqa’ fejn kien sakemm waslu l-membri tas-sigurtà u arrestawh.
Din kienet it-tielet harba ta’ immigranti fi spazju ta’ ftit aktar minn gimghatejn. Iz-zewg harbiet l-ohrajn saru mic-Centru ta’ Detenzjoni ta’ Hal Far. Barra t-tlieta li harbu l-Gimgha, fiz-zewg harbiet l-ohrajn harbu madwar 14-il immigrant li hafna minnhom ghadhom ma nqabdux.
Sadanittant sorsi qrib id-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni allegaw ma’ KRONAKA f’MALTA li wiehed minn dawn l-immigranti mar lura Hal Far u kif wasal hdejn il-kancell tal-FAM talab lis-suldat biex jidhol lura, izda dan qallu li ma setax jidhol hemm. Meta l-immigrant qallu li hu kien wiehed minn dawk li harbu, dan baqa’ jinzamm sakemm waslu fuq il-post ufficjali mid-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni.
This entry was posted on Sunday, May 6th, 2012 at 08:27 and is filed under Arrestat, Detention Centres, FAM, Harba, Immigranti, Klandestini, MIA, Runway, Servizzi tad-Detenzjoni, Suldati, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.