Marru jaraw in-nar u spiccaw bil-karozza mahruqa
Familja mill-Mosta kellhom tmiem il-gimgha tintemm hazin ghalkemm kienu ffortunati li ma ma korrewx serjament meta l-karozza li kienu fiha hadet in-nar. Il-familja marru l-Belt biex jaraw il-festival tan-nar fil-Port il-Kbir.
L-accident sehh nhar il-Hadd ghall-habta tal-10.45 p.m. fix-Xatt tal-Belt meta ragel ta’ 53 sena flimkien ma’ ommu u zitu ta’ 79 sena kienu ghadhom kif dahlu fil-karozza Fiat Regatta wara li kienu ghadhom kif tpaxxew bil-loghob tan-nar fil-Port il-Kbir. Kif ir-ragel dawwar ic-cavetta u kien se jsuq, xi nies li kienu fil-qrib gibdulu l-attenzjoni li minn taht il-karozza kien hemm fjammi tan-nar.
Is-sewwieq, ommu u zitu hargu malajr mill-karozza u fi ftit minuti l-Fiat spiccat vampa nar. Fuq il-post marru l-membri tal-Protezzjoni Civili li kkontrollaw in-nirien izda l-karozza lehqet garbet hsarat estensivi.
This entry was posted on Tuesday, May 1st, 2012 at 14:15 and is filed under Accident, Anzjani, Hruq, Nirien, Protezzjoni Civili. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.