Immultat €3,000 u sena ma jsuqx
George Camilleri ta’ 23 sena minn H’Attard ammetta li sbieh il-Hadd filghodu tajjar tliet persuni bil-karozza tieghu f’zewg accidenti separati u baqa’ sejjer. Huwa gie mmultat €3,000 u l-licenzja tas-sewqan sospiza ghal sena.
L-Ispettur Luke Bonello ressaq lil Camilleri b’arrest u akkuzah li saq karozza Citroen C2 b’mod traskurat b’konsegwenza li tajjar lil Priscilla Seisun, lil Analise Mizzi u lil Douglas Gauci u kkagunalhom diversi feriti, li saq taht l-influwenza tal-alkohol, li kkawza hsarat f’karozza ohra u li harab minn fuq il-post taz-zewg accidenti.
Priscilla Seisun ta’ 37 sena kienet miexja fi Triq Sant’Andrija, f’San Giljan meta ttajret minn Camilleri li mad-daqqa spiccat tahbat ma’ karozza ohra. Ftit tal-hin wara Camilleri tajjar lil Analise Mizzi ta’ 18-il sena u lil Douglas Gauci ta’ 17-il sena f’Paceville Avenue fejn anke hawn is-sewwieq ma waqafx.
L-Avukat Steven Tonna Lowell qal lill-Magistrat Dr Edwina Grima biex il-Qorti li l-klijent tieghu kien ghadu kif mietlu missieru u anke telqitu t-tfajla li kellu u ghaldaqstant kien ghaddej minn perjodu difficli. Dr Tonna Lowell talab lill-Qorti biex Camilleri jinghata sentenza sospiza. Izda l-Qorti nnutat li dan ma kienx possibli ghal George Camilleri kien recediv. Min-naha tieghu l-Ispettur Bonello qal li l-akkuzat kellu bzonn jitghallem lezzjoni kif ukoll ried li jintbghat messagg lis-socjetà li dawn l-affarijiet ma jistghux jibqghu isiru.
Ghaldaqstant Camilleri gie mmultat is-somma ta’ €3,000 u li ma jistax isuq ghal perjodu ta‘ sena. Il-Qorti ordnat ukoll biex l-akkuzat ihallas ghad-danni kollha li sofrew il-vittmi.
Ara wkoll http://johnpisani.net/kronaka/?p=10022#more-10022
This entry was posted on Tuesday, May 1st, 2012 at 14:05 and is filed under Accident, Ambulanzi, Arrestat, Emergenza, Harba, Hit&Run, Infermieri, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Qorti, Sptar Mater Dei, Stharrig, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
jista xi hadt jispjegali ghalix meta tkun ricediex, xorta jinghataw dawn is sentenzi ?? ittajar 3 persuni tibqa sejjer u tehel elf ewro biss…. lm400 mil antiki kull persuna!!!
ha najdlek jin habib, halli issa ek imutlek missirek jew titilqek it tfajla tkun tista isuq bladocc u itajjar lin nis. malta pajjiz taz zufjett ek tinqabad b joint jamlu show bik u tehel anke habs pero itajjar lin nis ma tehel kwazi xejn!