Hallelin serqu zewg vetturi
Is-serq ta’ karozzi u minn karozzi f’pajjizna kompla jizdied tant li saret xi haga normali li jigu rrapportati dawn it-tip ta’ reati. Izda mhux normali li hallelin jisirqu zewg karozzi mill-istess post fl-istess lejl.
Nhar il-Gimgha ghall-habta tat-8.20 a.m. zewg irgiel anzjani, Carmel Farrugia ta’ 68 sena minn San Gwann u huh Alfred ta’ 65 sena mis-Swieqi, li ghandhom mahzen fi Triq Misrah il-Barrieri fl-Imsida u li qabel kien jintuza bhala fabbrika, sabu li xi hadd kien dahlilhom fil-post u minn hemm serqulhom zewg vetturi.
Minn stharrig li ghamel KRONAKA f’MALTA jirrizulta li l-hallelin sgassaw tieqa tal-mahzen u kif kienu gewwa fethu l-bieb principali u serqu Toyota Starlet u Toyota HiAce. L-ahhar li l-ahwa Farrugia kienu fil-post kien il-Hamis ghall-habta tal-10.30 a.m.
Bis-serqa gew informati l-Pulizija fejn fuq il-post marru dawk mill-Ghassa tal-Imsida mmexxijin mill-Ispettur Jesmond Micallef u s-Surgent Ivan Caruana kif ukoll l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
Il-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett bdew tfittxija ghal dawn iz-zewg vetturi.
This entry was posted on Saturday, April 28th, 2012 at 07:50 and is filed under Anzjani, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Serq, SOCO, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.