Il-kapsoli ma kienx fihom droga
Wara stennija ta’ diversi sighat biex ikun ikkonfermat jekk il-kapsoli li nstabu fl-istonku ta’ ragel mill-Mali kienx fihom id-droga, irrizulta li fil-fatt ma kellhomx droga izda kienu ghaxar pilloli medicinali. Ir-ragel iddahhal l-Isptar Mater Dei wara li ttajjar minn karozza li baqghet sejra u li s’issa ghadha ma nstabitx.
Dan il-kaz kellu l-bidu tieghu kmieni nhar il-Hamis ghall-habta tas-6.20 a.m. meta l-Pulizija kienet qed tinvestiga kaz ta’ ‘Hit&Run’ fejn ragel mill-Mali, Moussa Konare ta’ 27 sena residenti Birzebbuga, ittajjar fi Triq Ghar Dalam limiti ta’ Birzebbuga minn karozza li baqghet sejra.
Dak il-hin Moussa Konare kien qed isuq ir-rota tieghu fid-direzzjoni ta’ Bir id-Deheb. F’daqqa wahda karozza, x’aktarx BMW SUV sewda, giet minn warajh tatu daqqa fuq ir-rota ta’ wara. Mad-daqqa Konare ttajjar diversi metri u spicca f’ghalqa li hemm wara cint mal-genb tat-triq u s-sewwieq tal-karozza baqa’ sejjer b’velocità eccessiva fid-direzzjoni ta’ Bir id-Deheb.
Meta Konare kien qed ikun ezaminat fid-Dipartiment tal-Emergenza u ttiehdulu l-X-Rays biex jaraw jekk sofriex xi ksur, dawn urew li fl-istonku kellu madwar ghaxar kapsoli fejn qam suspett li seta’ kienu mimlijin bid-droga.
B’din is-sejba gew informati l-Pulizija fejn marru l-isptar dawk mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga biex ikellmu lir-ragel mill-Mali u stennewh jipporga l-kapsoli. Barra s-suspett li l-kapsoli kellhom id-droga, li wara rrizulta fin-negattiv, il-Pulizija dahlilhom suspett li l-accident seta’ ma kienx semplici kaz ta’ ‘hit&run’ imma xi hadd tajru ghax ma kienx ghaddilhom id-droga kif kien ippjanat.
Nifhmu li l-Pulizija ghadha ghaddejja bit-tfittxija ghall-karozza u s-sewwieq li tajjar lil Moussa Konare. F’dan l-accident Konare sofra griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt.
This entry was posted on Saturday, April 28th, 2012 at 07:50 and is filed under Accident, Ambulanzi, Attentat, Droga, Emergenza, Hit&Run, Imfittex, Infermieri, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Skwadra Kontra d-Drogi, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Nittamaw li min laqat lil Konari jinstab. Ma nahsibx li daqstant difficli la diga’ hemm suspetti x’kienet il-vettura. Ghax donnu li f’incidenti bhal dawn fejn involuti jkun hemm nies ta’ razza sewda, l-ligi timxi wisq bil-mod u tinghta l-imprssjoni li donnu ma gara xejn. Ninsew li dawn nies bhalna u jisthoqqilhom jghixu ta’ umani u jgawdu l-jeddijiet bhal kull uman iehor ta’ liema kulur hu.