Jallega li ttajjar minn ambulanza li baqghet sejra
Il-Pulizija qed tinvestiga kaz fejn qed ikun allegat li ragel safa milqut minn ambulanza li baqghet sejra. L-accident sehh f’Haz-Zebbug.
Nhar l-Erbgha ragel mar l-Ghassa tal-Pulizija fejn deher li kellu xi demm ma’ wiccu. Huwa qal lill-Pulizija li ghall-habta tat-8.00 p.m. kien qrib ix-showroom tat-Toyota f’Haz-Zebbug meta ghaddiet ambulanza li tajritu u baqghet sejra. Mhux maghruf xi griehi sofra r-ragel u jew x’tip ta’ ambulanza kienet jekk hux tal-Isptar Mater Dei jew tal-privat.
Il-Pulizija qalulna li ghalissa ma jistghux jinhargu dettalji minhabba li l-kaz ghadu qed ikun investigat. Kulma kkonfermawlna huwa li dan ir-ragel qed jaghmel din l-allegazzjoni.
AGGORNAMENT
Dwar dan l-accident irid jinghad li l-fatti huma xi ftit differenti imma gew irraportati hekk ghax meta staqsejna lill-Pulizija ma kkoregewnix, anzi qablu maghna. Biex nispjega ahjar. Meta jien cempilt biex nivverifika jekk kienx dahal rapport f’Ghassa tal-Pulizija fejn “ragel  intlaqat minn ambulanza li baqghet sejra”, ir-risposta kienet “iva imma ma nistghux naghtu aktar informazzjoni minhabba li ghadhom ghaddejjin l-investigazzjonijie”. Ergajt staqsejt jekk “dan ir-ragel hux anzjan jew le” u r-risposta kienet li “ghandu inqas minn 60 sena”. Id-diskors tal-kelliem tal-Pulizija kien dejjem jindika li huwa “ragel” li ntlaqat.
Il-Gimgha gejt ikkuntattjat mill-istess ufficcju tal-Pulizija fejn qaluli li ma kienx intlaqat ragel imma karozza li fiha kien hemm mara u li din l-ambulanza ghadha ma nstabitx.
Allura jien nistaqsi. La darba din l-informazzjoni li “ma kienx intlaqat ragel imma karozza li fiha kien hemm mara” setghet tinghatali, ghaliex ma qalulix mill-ewwel? Ghaliex ma kkoreginix meta staqsejt jekk hux ragel anzjan?
Ghaldaqstant filwaqt li niskuza ruhi mall-qarrejja ta’ dan is-sit ghall-informazzjoni zbaljata, irrid nghid li mhux it-tort tieghi sa barra.