Daphne ghall Qorti dwar vjolenza domestika
Il-gurnal l-orizzont ippublblika dan ir-rapport esklussiv fil-harga tieghu tas-Sibt, 30 ta’ Jannar.
Fil-gimghat li gejjin l-opinjonista kontroversjali Daphne Caruana Galizia mistennija titressaq b’citazzjoni fil-Qorti tal-Familja wara li allegatament aggredit lil zewgha waqt argument fir-residenza taghhom fil-Bidnija. Sorsi qrib id-Depot tal-Pulizija ikkonfermaw li nharget citazzjoni kontra Caruana Galizia.
L-allegat kaz ta’ vjolenza domestika sehh nhar it-Tlieta, 8 ta’ Dicembru 2009, ghall-habta tas-1.00 p.m. meta Daphne allegatament bdiet tgara l-platti lejn zewgha Peter ta’ 54 sena, li spicca biex intlaqat f’wiccu. Kien ir-ragel stess li mar ghamel rapport fl-Ghassa tal-Pulizija tal-Mosta. Huwa mifhum li r-ragel sofra griehi ta’ natura hafifa f’wiccu.
Sorsi li tkellmu mal-gurnal l-orizzont qalu li ghall-ewwel l-opinjonista ma riditx tikkopera mal-Pulizija tant li qatghet il-linja f’wicc il-Pulizija darbtejn u sahansitra qaltilhom biex ma jindahlux ghax dak huwa zewgha.
Kien madwar sitt sighat wara li Daphne marret l-Ghassa tal-Pulizija. Qed ikun allegat ukoll li Daphne ghamlet ukoll xi allegazzjonijiet kontra r-ragel taghha u li hi kellha ghalxiex tirrapportah.