Ciklist jitlef hajtu wara li ntlaqat minn karozza li baqghet sejra

Se jghix f’ghajnejn haddiehor

Zaghzugh ta’ 21 sena mill-Hamrun qed jinzamm mill-Pulizija flimkien ma’ missieru ta’ 55 sena, ukoll mill-Hamrun, wara li l-iben laqat ciklist u baqa’ sejjer. Ic-ciklist, Clifford Micallef ta’ 45 sena mis-Swieqi, missier ta’ tliet ittfal miet fuq il-post li mad-daqqa sofra griehi gravi f’rasu. L-accident fatali sehh kmieni l-Hamis filghodu fi Triq il-Kosta f’Bahar ic-Caghaq.

fatali-micallef-30-07-09aIx-xahar ta’ Lulju kompla jgib it-tragedji meta b’kollox mietu tmien persuni f’seba’ kazi separati. L-accident tal-Hamis sehh ghal habta tal-4.50 a.m. meta Micallef, li kien qieghed jitharreg ghall-maratona tal-“Life Cycle Challenge 2009” li se ssir il-gimgha d-diehla minn Istanbul fit-Turkija sa Damasku fis-Syria biex jingabru fondi ghar-Renal Unit, intlaqat u thalla ghall-mewt. Il-Pulizija mill-ewwel identifikaw il-karozza, Opel Astra, li hija ta’ ragel mill-Hamrun minhabba li d-daqqa tant kienet qawwija li l-bumper ta’ quddiem inqala’ minn postu u spicca fuq in-naha l-ohra tat-triq bin-numru tar-registrazzjoni mwahhal mieghu.

Cliff kien izomm id-donor card f’kaz ta’ xi accident izda minhabba li miet fuq il-post l-organi ma setghux jittiehdu imma l-familja tal-vittma tat permess biex tittiehed wahda mill-kornea lid-Dipartiment tal-Ghajnejn tal-Isptar Mater Dei. Il-kornea l-ohra ma setghetx tittiehed minhabba li sofra griehi fiha f’dan l-accident.

Ftit wara li sehh l-accident fatali dan is-sit elettroniku kien fuq il-post isegwi mill-qrib dak li kien qed jigri. Impjegat ma’ Valhmor Borg Ltd., Anthony Degabriele ta’ 33 sena minn Wied il-Ghajn, qalilna li kien sejjer fuq xoghol fid-direzzjoni ta‘ Bugibba u kif kien se jaqbad in-nizla li taghti ghall-Isplash & Fun ra xi haga fit-triq. Minhabba li ma kienx ghadu sebah sew, Degabriele haseb li kienet xi borza bl-iskart li waqghet minn fuq xi trakk u ghalhekk gibed lejn il-lemin u kif mar ftit ghan-nofs it-triq laqat xi haga.

“Kif smajt hoss taht it-trakk gbit lejn il-genb tat-triq u waqaft biex nara x’kont qbadt. Kif hrigt u ttawwalt rajt rota. Harist lura u ndunajt li dak li hsibt li kienet borza bl-iskart filfatt kien bniedem”, qalilna Degabriele.

Jidher Micallef kien ghadu kif telaq mid-dar tieghu f’High Ridge u kien qed isuq ir-rota fid-direzzjoni tal-Isplash&Fun meta ntlaqat minn karozza li kienet sejra fl-istess direzzjoni. Mad-daqqa Micallef ittajjar ghal fuq il-windscreen kif ukoll ghal fuq is-saqaf tal-karozza u spicca jiehu tisbita ohra mal-art. Mhux maghruf jekk kienx Degabriele jew xi hadd iehor li cempel ghall-ajjut.fatali-micallef-30-07-09b

Fuq il-post intbghatet ambulanza b’infermiera izda ghalxejn kien l-intervent mediku ghax Micallef, li kien is-Segretarju attwali tal-Federazzjoni Maltija tac-Ciklizmu, kien digà mejjet. Meta l-Pulizija tal-Mobile, immexxija mis-Surgent Paul Cassar, u dawk tad-Distrett immexxija mis-Surgent Alan Buhagiar flimkien mal-Kuntistabbli Stephen Mallia mill-Ghassa tan-Naxxar, waslu fuq il-post sabu l-kadavru ta’ Micallef wiccu ’l fuq f’ghadira demm. Tul medda ta’ diversi metri kien hemm bicciet mill-karozza imma l-karozza ma kinitx hemm. Izda ma kienx difficli biex sid il-vettura jkun identifikat minhabba li nstabet il-pjanca bin-numru tal-karozza.

Ghaldaqstant intbghatet unit tal-Mobile fl-indirizz fejn tghajjat lis-sid li joqghod il-Hamrun. Izda meta l-Pulizija waslu fuq il-post ma sabu lil hadd imma raw vann hiereg minn garaxx u minn informazzjoni li nghataw irrizulta li vann li deher jinsaq mill-garaxx kien tal-istess sid. Il-Pulizija marru wara l-vann u twaqqaf fl-inhawi ta’ bejn il-birrerrija Lowenbrau u l-istabbiliment Pavi f’Hal Qormi. Dak il-hin fil-vann kien hemm il-missier u ibnu. Ghaldaqstant il-Pulizija talbu lill-missier biex imur maghhom l-Ghassa tal-Hamrun minhabba li riedu jkellmuh dwar accident. B’hekk il-missier mar mal-Pulizija filwaqt li ibnu saq il-vann u mar Bugibba fejn bhalissa l-familja qeghda toqghod ghas-sajf.

Aktar tard il-Pulizija hadu lill-missier il-garaxx wara li allegatament ammetta li kien hu li kien involut fl-accident f’Bahar ic-Caghaq.

Sadanittant fuq il-post fejn sehh l-accident il-Pulizija komplew isibu bicciet kemm tar-rota kif ukoll tal-karozza. Qalb il-haxix, madwar 30 metru ’l boghod minn fejn kien hemm il-kadavru ta’ Micallef, fuq in-naha l-ohra tat-triq, instabet zarbuna li kien liebes ic-ciklist. Kien hemm ukoll torc u dawl iehor li kien juza Micallef bhala sigurtà li kienu ghadhom jixghelu.

fatali-micallef-30-07-09cKien it-tabib Chris Muscat li ccertifika lil Micallef mejjet. Sa dak il-hin il-vittma kien ghadu mhux identifikat. Ghal habta tas-6.26 a.m. kienu ghaddejjin zewg ciklisti fejn wiehed minnhom, Simon Mallia, gharaf lil Micallef peress li mhux biss il-vittma kien attiv bhala ciklist u s-Segretarju tal-Federazzjoni, imma ukoll jafu ghax kien qed jitharreg biex jiehu sehem fil-maratona tal-Life Cycle.

Sadanittant il-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett baqghu ghassa mal-karozza li laqtet lil Micallef fil-garaxx fil-Hamrun. Fl-istess hin fuq il-post tal-accident waslu l-esperti tal-Qorti, Mario Buttigieg, il-Perit Richard Aquilina u t-Tabib Forensiku Mario Scerri li nhatru mill-Magistrat Dr Miriam Hayman flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat kif ukoll l-Ispettur Kevin Farrugia. Wara li tlesta l-access, il-kadavru ta’ Micallef ittiehed bil-hearse tal-Pulizija lejn il-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei fejn illum se ssir l-awtopsja. L-oggetti personali tal-vittma, bicciet tal-karozza kif ukoll ir-rota, ittiehdu mill-Pulizija tad-Distrett peress li bhalissa l-Pulizija tal-Forensika jidher li m’ghandhomx fejn ipoggu din l-evidenza.

Meta l-Pulizija flimkien mal-esperti marru fil-garaxx fil-Hamrun biex jezaminaw il-karozza Opel Astra, il-missier baqa’ jghid li kien hu li kien qed isuq. L-Opel instabilha hsarat estensivi fis-saqaf, quddiem u l-windscreen li jindikaw li l-impatt mal-vittma kien wiehed qawwi. Minn aktar stharrig instabu tracci tad-demm fuq is-seat tal-passiggier li kien jindika li fil-karozza kien hemm persuna ohra. Dan minhabba l-fatt ukoll li r-ragel ma kellu ebda feriti. Kien hawn li l-missier allegatament qal li filfatt kien ibnu li kien qed isuq il-karozza u mieghu kellu tfajla Ingliza ta’ 17-il sena li sofriet griehi hfief. Huwa qal li ibnu kien fl-appartament taghhom f’Bugibba.cliff-torca

Kif saru jafu b’din l-informazzjoni l-Pulizija marru jfittxu liz-zaghzugh izda minkejja li habtu diversi drabi u anke pruvaw jaqbduh fuq il-mobile, dan baqa’ ma fetahx. Kien ftit qabel il-11.00 a.m. meta ngieb il-missier biex jiftah u sabu lit-tifel gewwa fejn ghall-ewwel allegatament baqa’ jinsisti li ma kellux x’jaqsam. Imma aktar tard ammetta li kif kien qed isuq u gie ghad-dawra allegatament sab lic-ciklist quddiemu. Wara li laqtu jidher li qabdu paniku u baqa’ jsuq. Huwa wassal lit-tfajla li kellu mieghu u baqa’ sejjer jghid lil missieru b’dak li gara. Qed ikun allegat li huma marru l-Hamrun flimkien bil-karozza u dahluha fil-garaxx.

Waqt l-istharrig taghhom fil-garaxx fil-Hamrun, il-Pulizija sabu karozza ohra, Mazda, li ukoll ghandha hsarat fuq quddiem u fil-windscreen u ghaldaqstant il-Pulizija hadu bil-lowloader iz-zewg vetturi ghal aktar stharrig.  

Aktar tard illum il-Pulizija se tressaq il-Qorti liz-zaghzugh b’konnessjoni ma’ din il-fatalità fejn mistenni jkun akkuzat b’‘Hit and Run’ u li kkawza l-mewt ta’ Micallef. 

Cliff kien mizzeweg lil Shirley u kellu tliet subien, Zach ta’ ghaxar snin, John John ta’ sitt snin u Max ta’ 15-il sena. Max huwa ukoll delettant tac-ciklizmu tant li din is-sena ha sehem fit-Tour ta’ Malta ghac-ciklisti ta’ taht il-15-il sena.

Dan l-accident fatali tat-traffiku huwa t-tmin wiehed li fihom mietu disa’ persuni. Barra minn hekk ix-xahar ta’ Lulju kien wiehed tragiku. Fit-8 ta’ Lulju mietu flimkien fl-istess karozza Paul Laus ta’ 52 sena minn Hal Qormi u Guzeppi Cassar ta’ 77 sena minn Tal-Pietà f’accident f’Hal Luqa. Fit-12 tax-xahar mietu Tanya Spiteri ta’ 26 sena minn Bormla u Tamara Psaila ta’ 24 sena minn Haz-Zabbar f’zewg kazi separati b’konnessjoni mal-bahar f’San Giljan u l-Qawra rispettivament. L-ghada, it-13 ta’ Lulju inqatlet Catherine Agius ta’ 40 sena minn Hal Tarxien b’daqqa ta’ sikkina. Dwar dan l-omicidju gie mixli zewgha Roger Agius. Fl-14 ta’ Lulju Daniel Aquilina ta’ 24 sena mill-Kalkara miet meta habat bil-mutur fi Triq Regjonali f’San Giljan u fis-17 ta’ l-istess xahar miet Dennis Cassar ta’ 39 sena minn Hal Tarxien b’xokk elettriku.

Il-Pulizija f’girja wara sfrenata fil-Belt wara l-‘Porporina’

Alfred Bugeja 53 sena mill-Belt maghruf bhala ‘il-Porporina’ rega’ gie fl-inkwiet mal-Pulizija wara li allegatament seraq zewg basktijiet minghand mara u nqabad wara girja sfrenata fit-toroq tal-Belt.

habta-poporinaNhar il-Hamis ghal habta tal-10.50 a.m. meta l-Pulizija tal-Mobile flimkien ma’ tad-Distrett tal-Belt kienu f’karozza wahda jfittxu persuna li nhar l-Erbgha wettqet serqa ta’ basket u kienu fi Triq il-Lvant, innuttaw ragel maghruf maghhom f’karozzaToyota.

Kif dawru ghaddiet karozza ohra Mini Minor blu b’velocità eccessiva li kienet qeghda tinsaq minn Bugeja. Il-Pulizija saqu ghal waraja u minn  hawn bdiet girja bil-karozzi.  Minn Triq il-Lvant Bugeja gibed lejn il-Pixkerija ghal Triq il-Mediterran u dar kontra t-traffiku fi Triq San Kristofru fejn laqat karozza tal-Ambaxxata Taljana. Minn hemm bil-Pulizija jsuqu warajh, ‘il-Porporina’ kompla jzid fil-velocità ghal Triq il-Punet dejjem kontra l-‘one-way’ ghal Triq San Mark fejn habat ma’ vann.

Peress li ma setax ikompli jsuq, ‘il-Porporina’ hareg mill-karozza u telaq bil-giri bil-Pulizija ukoll jigru warajh lejn Marsamxett imma kif wasal fejn dik li kienet l-Ghassa tal-Pulizija, Bugeja ma felahx jigri iktar u nzamm mill-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett.

Minn stharrig li ghamlu l-Pulizija qed ikun allegat li aktar qabel ‘il-Porporina’  kien fil-karozza meta resaq lejn mara ta’ 65 sena mill-Belt u allegatament hatfilha l-basktijiet li kellha f’idha. Jidher li l-mara pruvat tirrezisti b’konsegwenza li meta Bugeja kompla jsuq u jzomm il-basktijiet, l-anzjan spiccat taqa’ fl-art u tkaxkret ghal xi metri. B’xorti tajba l-mara sofriet griehi hfief.

Fil-basket hija kellha madwar €400 u aktar minn €1,800 f’deheb kif ukoll xi dokumenti personali. Il-Pulizija arrestaw ukoll lir-ragel li kien fit-Toyota fejn qed ikun investigat fuq serqa ohra ta’ basket minghand mara liema serqa saret nhar l-Erbgha. Fil-basket il-mara kellha madwar €40.

L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mis-Supretendent Silvio Valletta flimkien mal-Ispettur Anthony Portelli mid-DIK u l-Ispettur James Grech tad-Distrett.

L-ahhar darba li ‘il-Porporina’ kien tressaq il-Qorti kien nhar it-Tlieta, 19 ta’ Mejju mill-Ispettur Keith Arnaud fuq akkuzi ta’ serq ta’ vann tal-marka Ford u iehor Toyota.

Minn John Pisani | July 30, 2009 - 8:40 am - Fil-Kategoriji Accident, Ambulanzi, Infermieri, Pulizija tal-Mobile, Sptar Mater Dei

Ragel jintlaqat minn karozza meta kien qed jaqsam it-triq

Ragel ta’ 56 sena mill-Mosta iddahhal l-Isptar Mater Dei isofri minn griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza misjuqa minn zaghzugh ta’ 19-il sena minn Tas-Sliema.

mosta-mva-29-07-09L-accident sehh l-Erbgha ghal habta tat-3.10 p.m. fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta. Iz-zaghzugh minn Tas-Sliema kien qieghed isuq karozza Opel fid-direzzjoni tal-Belt meta laqat lil Bastjan Saliba li kien qed jaqsam it-triq. Skont ma kif instema’ jghid iz-zaghzugh, ir-ragel hariglu minn wara xi trakk jew vettura ohra u nhasad kif rah quddiemu. Iz-zaghzugh prova jevita milli jolqot lil Saliba u ghafas il-brejk imma l-karozza baqghet titkaxkar ghal aktar minn 20 metru.

Persuna li rat l-accident issehh qalet lil dan is-sit elettroniku li mad-daqqa r-ragel deher jintlaqat f’riglejh u ghola diversi metri. Huwa ha l-ewwel tisbita mal-windscreen u l-bonnet tal-karozza u wara li baqa’ fuq il-karozza ghal xi metri, waqa’ fl-art hekk kif il-karozza waqfet fejn spicca diversi metri ohra ’l boghod minn fejn waqfet il-karozza. Is-sewwieq deher li kellu xokk kbir fuqu, qaltilna l-istess persuna.

L-ewwel ma mar jaghti l-ghajnuna lil Saliba kien Raymond Bonnici, sid il-hanut taz-zebgha R&G. Filfatt il-vittma kien se jmur jixtri minghandu meta ntlaqat. Minhabba li t-tarmak kien jahraq, Bonnici u xi persuni ohrajn poggew kartuna taht Saliba u kartuna ohra zammha l-istess Raymond Bonnici biex jilqaghlu x-xemx.

Fuq il-post marret ambulanza b’infermiera li tat l-ewwel ghajnuna medika lil Saliba fejn deher li kien f’kundizzjoni gravi imma konxju. Minn naha l-ohra s-sewwieq kellu xokk kbir fuqu. Hekk kif Saliba twassal fid-Dipartiment tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei u kompla jigi ezaminat instab li sofra griehi gravi kkawzati minn ksur f’riglejh feriti f’rasu. Filfatt l-impatt mal-windsreen tal-karozza tant kien qawwi li xi xaghar minn ras ta’ Saliba baqa’ mwahhal l-istess windscreen.

Il-Pulizija tad-Distrett, immexxija mis-Surgent Patrick Cassar mill-Ghassa tal-Qawra flimkien mal-Kuntistabbli Joan Farrugia u Darian Grima mill-Ghassa tal-Mosta, hejjew rapport tal-accident.

Minn John Pisani | July 29, 2009 - 8:34 am - Fil-Kategoriji Accident, Aggressjoni, Pulizija, Pulizija tad-Distrett

Turisti u klijenti imwerwrin

Argument bejn impjegat u min ihaddmu liema argument allegatament beda minhabba zieda fil-paga, spicca fi glieda u xeni ta’ ghajb li werwer numru ta’ turisti u klijenti li kienu fi stabbilimenti tal-ikel f’Baystreet f’Paceville.

baystreetNhar it-Tnejn ghal ghal habta tas-7.10 p.m. zaghzugh ta’ 22 sena mill-Gzira, li jahdem f’wiehed mill-istabbilimenti tal-ikel f’Baystreet, kien qieghed jitkellem mas-sid tal-istabbiliment, ragel ta’ 45 sena minn Hal Tarxien fuq wahda mill-imwejjed. Huwa mifhum li f’daqqa wahda bdew jargumentaw x’aktarx dwar zieda fil-paga. L-argument sahan u qed ikun allegat li z-zaghzugh qam minn fejn kien u gholla l-mejda ghal fuq l-imghallem tieghu u anke allegatement aggredih. Waqt li t-tnejn bdew jiggieldu, habib tas-sid mar biex jaqbez ghalih u l-affarijiet marru ghal-aghar.

Il-glieda kompliet quddiem restorant iehor fejn gie allegat li dawk involuti fil-glieda bdew igarraw skieken, pozati ohrajn, imwejjed u siggijeit kif ukoll fliexken lejn xulxin. Kif raw hekk il-klijenti, fosthom anke turisti, qamu u telqu minn fuq il-post fejn dehru xxukkjati u mbezza’ bl-atteggjament ta’ dawk involuti fil-glieda. Klijenti ohrajn fi stabbiliment iehor ukoll telqu imwerwrin.

Meta fuq il-post waslu l-Pulizija mill-Ghassa ta’ San Giljan immexxija mis-Surgent Robert Said Sarreo flimkien mal-Kuntistabbli Terry Mallia u Joseph Mifsud, sabu biss lis-sid u s-sitwazzjoni kienet ikkalmat. Ghaldaqstant il-Pulizija taw struzzjonijiet lis-sid tal-lokal biex imur l-Isptar Mater Dei biex jinghata l-kura u jipproduci certifikat mediku.

Minn hemm ir-ragel mar fil-parkegg u kif kien sejjer lejn il-karozza tieghu allegatament twaqqaf miz-zaghzugh li kellu argument mieghu li dak il-hin kien akkumpanjat minn missieru, huh u zewg persuni ohrajn li allegatament bdew jaggreduh.

Kif il-Pulizija nizlu fil-garaxx raw lis-sid gej jigri lejhom bil-qmis imcarta jitlobhom l-ajjut ghax kienu aggredewh. Minn naha l-ohra missier iz-zaghzugh allega li kien ir-ragel li aggredixxa lil ibnu.

Sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit elettronku qalu li s-sid tar-restorant deher li kien qed isofri minn griehi f’wiccu filwaqt li l-impjegat tieghu deher li kellu gidma f’widnejh.

Bil-kaz gie informat l-Ispettur Trevor Micallef tad-Distrett li qed jinvestiga l-kaz. Huwa mifhum li l-Pulizija elevaw filmati migbudin minn cameras tas-sigurtĂ  ghal aktar stharrig.

Minn John Pisani | July 28, 2009 - 11:27 am - Fil-Kategoriji Accident, Aggressjoni, Klandestini, Protesta, Pulizija, Rabja, Theddid

Protesti fic-Centru Miftuh tal-Marsa

protesti-marsa-27-07-09aGrupp ta’ madwar 60 immigrant illegali, residenti fic-Centru Miftuh tal-Marsa, nhar it-Tnejn riedu jidhlu bil-forza ghal Kordinatur tac-Centru, Ahmet Bugrè, talli kien qieghed jiddiskrimina ma’ uhud minnhom. Waqt dawn il-protesti, kultant anke xi ftit vjolenti, gie aggredit Surgent tal-Pulizija li pprova jzomm lill-klandestini milli jidhlu fl-ufficcju ta’ Bugrè, li huwa mill-Ghana b’cittadinanza Maltija.

Kollox kellu l-bidu tieghu nhar il-Hadd meta wiehed mill-immigranti dahal fic-Centru Miftuh taht l-influwenza tal-alkohol tant li kien deskritt li kien “fis-sakra”. Jidher li kif dahal gie mizmum minn wiehed mill-immigranti li jahdem mal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem u qam argument bejniethom imma gie allegat minn uhud mill-immigranti li Bugrè ma ha ebda passi.

It-Tnejn ghal habta tas-1.40 p.m. waqt li kienu qeghdin jitqassmu c-cekkijiet li l-Gvern jaghti kull xahar lill-klandestini, qam xi storbju dwar l-attegjament ta’ Bugrè u numru minnhom riedu jidhlu bil-forza ghalih. Kien l-intervent tal-Pulizija, is-Surgent Noel Lapira u l-Kuntistabbli Wayne Spiteri, li kienu xoghol extra bhala sigurtà sakemm jitqassmu c-cekkijiet, li zammew lill-klandestini milli jidhlu ghal Bugrè.

Kien waqt l-intervent tal-Pulizija li PS Lapira safa aggredit minn wiehed mill-klandestini. B’xorti tajba s-Surgent ma sofra ebda griehi l-aktar minhabba li l-inforz minn naha tal-Pulizija tal-Mobile kien immedjat. Imma l-protesti ma waqfux u l-immigranti komplew jingabru biex jipprovaw jidhlu ghal Bugrè.

Fuq il-post bdew jaslu aktar Pulizija kemm tal-Mobile immexxija mill-Ispettur Tony Agius, tad-Distrett mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni mmexxija mill-Assisent Kummissarju Andrew Seychell u aktar tard waslu wkoll tal-SAG.

Wiehed mill-immigranti, Walid Mohammed mis-Sudan, qal lill-gurnalisti li huma mxebbghin bit-tmexxija ta’ Bugrè ghax mhux biss jiddiskrimina imma jrid li jsir dak li jrid hu biss. Walid allega li fic-Centru Miftuh ilha ghaddejja korruzzjoni u dan ipponta subghajh lejn Ahmet Bugrè fejn allega li Bugrè qieghed jikri s-sodod vojta lil dawk l-immgranti li lestu jhallsuh. “Dan huwa kaz wiehed biss ta’ korruzzjoni. Hemm hafna aktar kazi” allega Walid.

Din l-allegazzjoni giet michuda b’mod kategoriku mill-Maniger Generali tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem, Olivet Gatt. Huwa qal li jkun hemm granet fejn xi immigrant ma jmurx ic-centru ghax imur iqatta’ xi jiem ma’ xi hbieb. Ghalhekk jekk jinqala’ xi hadd is-sodda tinghata sakemm imur lura dak l-immigrant imma mhux bi flus, sahaq Gatt.protesti-marsa-27-07-09b

Walid kompla jghid li Bugrè jrid jaghmel grada biex ikun jista’ jdahhal lil min irid hu. Jekk issir din il-grada allura ma jibqax jaghmel sens ghax dan huwa centru miftuh.

Is-Sudaniz qal li l-immigranti qeghdin jitkeccew mic-Centru Miftuh ta’ Hal Far, fejn hemm il-kampijiet, b’konsegwenza li qeghdin jispiccaw barra fit-triq. Ghalhekk hemm minnhom li qeghdin ifittxu refugju fic-Centru Miftuh tal-Marsa. Walid qal li huma ma jridux jorqdu barra f’xi gnien ghax jafu li dan huwa illegali f’Malta, il-pajjiz li laqaghhom u accetta li jzommhom. Huwa ddiskriva l-ideat ta’ Bugrè bhala stupidi. Bhalissa fic-Centru Miftuh tal-Marsa hemm madwar 750 klandestin.

Mitlub jikkummenta dwar dak li sehh, Oliver Gatt qal li fic-Centru tal-Marsa ma jkunx hemm prezenza ta’ sigurtà u z-zewg Pulizija li kien hemm ilbierah marru minhabba t-tqassim tac-cekkijiet fejn il-klandestini jinghataw cekk fix-xahar bir-rata ta’ €4.66 kuljum.

Huwa qal li flimkien mal-Pulizija se jistudjaw il-filmati li ngibdu mill-kameras tas-sigurtà biex jaraw min kien dak l-immigrant li beda l-inkwiet il-Hadd kif ukoll dwar l-inkwiet li nqala’ it-Tnjen. B’hekk jekk jirrizulta li kien sar xi haga illegali jittiehdu l-passi necessarji mill-Pulizija.

Dwar il-grada li se titpogga fid-dahla tac-Centru, Oliver Gatt qal li din se ssir ghal ragunijiet ta’ kontroll biex fic-Centru jidhlu dawk biss li ghandhom il-permess li jidhlu u johorgu. Dan billi jipprezentaw il-Karta tal-Identità mal-persuna li tkun mal-grada. Dwar dawk li qeghdin jispiccaw bla saqaf fuq rashom, Gatt qal li l-Gvern ghamel ‘policy’ li wara certu zmien l-immigranti jridu johorgu minn dak ic-Centru Miftuh fejn ikunu biex jintegraw ma-socjetà.

Is-sitwazzjoni fic-Centru Miftuh giet lura ghan-normal madwar saghtejn u nofs wara meta Bugrè hareg skortat ’il barra mic-Centru Miftuh.

Ahmet Bugrè f’Settembru tas-sena l-ohra kien fl-ahbarijeit meta f’intervista li kien ta lil Neus Deutschland, gurnal Germaniz, kien ikkritika lill-Awtoritajiet Maltin, fosthom lill-Gvern, l-Armata, il-Pulizija u anke xi ftit lill-Knisja. F’din l-intervista Bugrè, akkuza lill-politici Maltin li huma razzisti.

L-intervista kienet ippubblikata nhar it-Tlieta, 16 ta’ Settembru 2008 taht it-titlu “Indhil mill-Militar u l-Pulizija hija okkorenza ta’ kuljum – Il-kundizzjonijiet tac-Centri tad-Detenzjoni tar-Refugjati f’Malta huma tal-biza’”.

Minn John Pisani | - 11:23 am - Fil-Kategoriji Accident, Protezzjoni Civili, Pulizija

Habta bejn sitt karozzi minhabba dizil

marsa-diesel-27-07-09Nhar it-Tnejn ghall-habta tat-8.30 p.m. parti kbira minn Triq Aldo Moro fil-Marsa kellha tinghalaq minhabba li kwantità kbira ta’ dizil fit-triq ikkawza habta bejn sitt karozzi.

Id-dizel hareg minn scammel li gratlu l-hsara kif wasal fa??ata tal-pompa tal-petrol fid-direzzjoni ta’ Rahal Gdid.

B’rizultat ta’ dan tliet karozzi habtu f’xulxin u ftit wara habtu tlieta ohra kawza taz-zlieq. B’xorti tajba hadd ma wegga’ imma l-hsarat kienu estensivi.

Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile, tad-Distrett u tat-Traffiku li ghalqu t-triq sakemm il-membri tal-Protezzjoni ?ivili ferrxu kwantità kbira ta’ ramel.

Sfaw misruqin sakemm marru l-Quddies

Koppja anzjana mix-Xewkija, f’Ghawdex, sfaw vittmi ta’ hallelin li dahlulhom f’darhom u serquhom sakemm marru ghall-Quddies tal-ewwel. Din kienet it-tieni serqa dan ix-xahar f’Ghawdex li l-vittmi huma anzjani u li hargu kmieni filghodu mid-dar biex imorru l-Knisja.

Nhar il-Hadd il-koppja, ragel ta’ 84 sena u martu ta’ 69 sena, mix-Xewkija hargu mid-dar taghhom ftit qabel il-5.00 a.m. u meta madwar siegha wara rritornaw id-dar sabu l-bieb ta’ barra sgassat. Kif dahlu nnuttaw li kmamar kollha kienu imqalbin u ghalhekk cemplu li xi qraba taghhom u dawn cemplu lill-Pulizija.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mis-Surgent Johan Said fejn sabu lill-koppja anzjana fi stat ta’ xokk. Irrizulta li l-hallelin dahlu fid-dar x’aktarx billi uzaw lieva u bdew iqalbu kull kamra. Jidher li mir-residenza tal-koppja anzjana serqu madwar €1,000  fi flus u xi oggetti tad-deheb..

B’din is-serqa gie informat il-Magistrat Dr Paul Coppini li ordna inkjesta u hatar diversi esperti tal-Qorti. Il-Pulizija tal-Mobile ghamlu tfittxija ghall-hallelin imma din irrizultat fin-negattiv. L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Frank Tabone mill-Ghassa ta’ Victoria.

Jidher li f’Ghawdex hemm dawk li qeghdin jissejhu “il-hallelin tal-anzjani” fejn jinnuttaw min johrog kmieni hafna meta ma jkunx ghadu sebah sew u ghalhekk ma jkun hemm hadd barra. Serqa simili sehhet fid-9 ta’ Lulju fil-Qala meta l-hallelin serqu €3,000 minghand tliet ahwa nisa anzjani li ghandhom 82 sena, 78 sena u 72 sena.

Girja mill-Pulizija wara pazjent li harab mill-Mater Dei

Il-Pulizija tal-Mobile kienet involuta f’girja wara pazjent li harab mill-Isptar Mater Dei ghax ma riedx li jintbghat l-Isptar Monte Carmeli ghall-kura minhabba problemi bid-droga.

Nhar it-Tnejn ghal habta tal-11.30 a.m. il-Pulizija waslilha rapport li kien hemm ragel li allegatament kien qieghed jaghmel xi hsara fir-residenza tieghu f‘Hal Tarxien u li allegatament kellu argument ma’ persuni ohrajn. Ftit tal-hin wara huwa deher isuq karozza griza b’mod perikoluz u ghalhekk intalbet biex tintervjeni l-Iskwadra tal-Pulizija tal-Mobile fejn intercettat lir-ragel qrib Bulebel.

Ftit tal-minuti wara l-Pulizija tal-Mobile waqfu lir-ragel fejn irrizulta li dan l-ahhar kien iddahhal l-Isptar Mater Dei ghall-kura minhabba li allegatament kien instab b’overdose ta’ sustanza illegali. Bhala procedura pazjenti simili jittiehdu l-Isptar Monte Carmeli ghall-aktar kura izda r-ragel ma riedx li jittiehed hemm.

Jidher izda li l-Pulizija tal-Mobile irenexxielhom jipperswadu bil-kelma t-tajba lir-ragel li ceda u mar l-Isptar Mater Dei skortat mill-istess Pulizija.

Minn John Pisani | July 27, 2009 - 7:49 am - Fil-Kategoriji Appell, Kunsilli Lokali, Vandalizmu

FEJN HU D-DAWL?

 “Int rajtu d-dawl?” Mistoqsija li smajniha diversi drabi waqt avviz biex ma nahlux dawl ghalxejn. Imma id-dawl irid ikun jidher il-hin kollu l-aktar dak tas-sinjali tat-traffiku.

hal-warda-lightsDawn it-traffic lights jinsabu fi Triq Hal Warda f’H’Attard ezatt hdejn l-iskola Primarja tal-Gvern. Dan l-ahhar is-sigar thallew jikbru z-zejjed b’konsegwenza li d-dawl fuq in-naha tax-xellug fid-direzzjoni lejn il-Mosta, litteralment ma jidhrux filwaqt li tan-naha l-ohra jew intlaqtu jew spiccaw il-mira ta’ vandali li dawruhom. B’hekk il-karozzi kollha li jkunu sejrin fid-direzzjoni tal-Mosta fuq naha ma jistghux jaraw id-dawl ghax mohbijin bil-weraq u fuq in-naha l-ohra ghax imkisrin jew imdawrin.

Azzjoni immedjata tista’ tevità periklu. 

Komplici mal-Irlandiz

smith-wantedWara li gimghatejn ilu l-Pulizija Maltija arrestaw lil Joseph Anthony O’Connor, l-Irlandiz ta’ 58 sena li kien imfittex mill-Awtoritajiet Amerikani, nhar is-Sibt kien arrestat Amerikan li jinsab imfittex minn pajjizu b’konessjoni mal-istess akkuzi ta’ O’Connor. L-Amerikan se jigi estradit fil-jiem li gejjin.

Robert Fred Smith ta’ 46 sena minn La Mesa, f’Kalifornja, huwa mifttex mill-U.S. Environmental Protection Agency fuq akkuzi kontra l-Att tal-Ilma Nadif, li rema’ skart illegali li jhammeg l-ambjent, konspirazzjoni, li ghamel rapporti foloz u li rema skart li jhammeg fil-Port ta’ San Diego, f’Kalifornja. Huwa mifhum li Smith huwa komplici f’dawn ir-reat ma’ O’Connor.

L-arrest ta’ Smith sar mit-Taqsima tal-Pulizija tal-Crime Intelligence Unit (CIU) li fi spazju ta’ ftit jiem irnexxielha taghmel dawn iz-zewg arresti importanti u li gabu tifhir u apprezzament mill-Gvern Amerikan.

Smith gie arrestat nhar is-Sibt ghal habta tad-9.15 a.m. u madwar tliet sighat wara tressaq il-Qorti b’urgenza biex jibdew il-proceduri biex ikun estradit lejn San Diego fl-Istati Uniti minn fejn inhareg l-arrest internazzonali.

Robert Fred Smith ghazel minn jheddu li ma jistennix il-gimghatejn li ttih il-ligi sakemm jinstemmew is-sottomissjonijiet biex ma jkunx estradit. Smith filfatt ghazel li jintbghat l-Istati Uniti tal-Amerika fejn huwa mifhum li se jikkopera mal-Awtoritajiet Amerikani.

Smith kien assistit minn Dr Gianella Caruana Curran filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet minn Dr Donatella Frendo Dimech mill-Ufficcju tal-Avukat Generali u mill-Ispettur Christopher Galea Scannura mit-Taqsima tal-Interpol ta’ Malta.