“Hallelin” jinstabu mohbijin f’ghalqa

Il-Pulizija tal-Mobile rnexxielhom isibu zewgt irgiel li allegatament kienu ghadhom kif ghamlu ‘hold-up’ fuq mara u bintha li jbieghu l-haxix fl-Imriehel f’inqas minn 20 minuta wara li wettqu dan ir-reat.

Nhar it-Tnejn ghall-habta tas-2.10 p.m. mara ta’ 43 sena u bintha ta’ 16-il sena, it-tnejn minn Hal Qormi, kienu ghall-affari taghhom qrib it-trakk li minnu jbieghu prodotti tal-haxix u frott qrib il-kwartieri tal-Bank of Valletta fi Fleur-de-Lys.

hu-fleur-de-lysDak il-hin resqu zewg irgiel u wiehed minnhom dahal fil-kabina. Kif il-mara bdiet tghajjat mar-ragel biex johrog mill-kabina tat-trakk, il-komplici tieghu pponta lejn ras il-mara dik li dehret bhala arma tan-nar. L-omm u bintha nhasdu u billi l-omm kienet qieghda tigi mhedda ma komplietx tghajjat. Fi ftit sekondi z-zewgt irgiel harbu minn fuq il-post bit-trakk b’kollox fid-direzzjoni tal-Qasam Industrijali tal-Imriehel.

Il-mara cemplet ghall-ajjut u fuq il-post marru diversi units mill-Iskwadra tal-Pulizija tal-Mobile immexxija mis-Surgent Luke Stivala. Kif kienu qeghdin ifittxu fl-inhawi tal-Qasam Industrijali, il-Pulizija nnotaw haxix f’ghalqa li kien jidher li xi hadd kien ghadu kif ghadda minn hemm. Ghaldaqstant il-Pulizija ccirkondaw l-inhawi fejn zewg membri tal-Mobile raw zewg persuni li kienu lebsin hwejjeg bhal dawk li wettqu l-‘hold-up’. Kif iz-zewg suspettati ndunaw bil-prezenza tal-Pulizija pprovaw jaharbu izda nzammu mill-istess Pulizija.

Sadanittant units ohra tal-Mobile komplew bit-tfittxija ghat-trakk fejn instab fl-istess inhawi. Il-Pulizija nnotaw li mit-trakk kien hemm nieqes il-cash register li skont il-vittmi kien hemm fih madwar €80. Ftit tal-hin wara l-istess Pulizija sabu l-cash register bi ftit muniti mxerrdin kif ukoll l-arma li ntuzat mill-allegat hallelin. Irrizulta li l-arma hija replika ta’ pistola maghmula mill-plastik.

Minn tfittxija fuq iz-zewg suspettati nstabu €80 fi flus. Iz-zewg persuni, Tony Zammit ta’ 33 sena mill-Gudja, li huwa maghruf sew mal-Pulizija tant li sa ftit ilu kien il-Habs ta’ Kordin, u Christopher Mifsud ta’ 23 sena, it-tnejn minn Hal Qormi, gew arrestati. L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Kevin Farrugia u s-Surgent Arthur Rizzo tad-Distrett u l-Ispettur Joseph Mercieca mill-Iskwadra ta’ Kontra l-‘Hold-Ups’.

Il-Magistrat Dr Silvio Meli ordna inkjesta u hatar diversi esperti flimkien mal-ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Dan kien it-32 ‘hold-up’ din is-sena li fihom kienu involuti 39 vittma.

Seraq b’madwar €40,000 f’apparat elettroniku

Il-Pulizija tal-Mobile kienu strumentali biex qabdu ragel barrani residenti Malta li allegatament wettaq serqa ta’ madwar €40,000 f’apparat elettroniku minn post f’San Giljan. Ir-ragel, li jidher li huwa Libjan, inqabad wara li l-Pulizija tal-Mobile grew warajh qalb it-tifrik ta’ dak li kien il-kumpless White Rocks u qalb l-ghelieqi f’Pembroke.??

Nhar il-Tnejn ghall-habta tal-11.10 a.m. unit mill-iskwadra tal-Mobile kienu fuq ronda fl-inhawi ta’ Pembroke meta bejn strutturi li kienu jintuzaw bhala garaxxijiet f’White Rocks innotaw karozza Suzuki tal-kiri b’ragel fiha li deher suspettuz u li hasbu li mar hemm biex jarmi xi skart b’mod illegali. Il-Pulizija resqu aktar vicin u dahlu min- naha biex hu ma jkunx jista’ jahrab bil-karozza. Kif ir-ragel induna li ma setax isuq, hareg mill-karozza u harab qalb it-tifrik u r-rovina tal-White Rocks. Filwaqt li wiehed mill-Pulizija mar jigri warajh, il-Pulizija l-iehor baqa’ ghassa mal-karozza wara li nnota li fiha kien hemm xi laptops u apparat iehor. Fl-istess hin intalbet aktar ghajnuna fejn fl-inhawi marru units ohra tal-Mobile mmexxijin mis-Surgenti Geoffrey McCarthy u Nicholas Farrugia.?

Sadanittant il-Pulizija baqa’ jigri wara s-suspettat imma f’hin minnhom dan ma deherx aktar. Dan xorta ma qatax qalb il-Pulizija tal-Mobile li ccirkondaw l-inhawi. Ftit wara r-ragel deher jidhol minn tieqa mkissra f’wahda mill-kmamar bil-Pulizija jmur ghal warajh fejn ir-ragel beda jgara l-gebel fid-direzzjoni tal-Pulizija. L-allegat halliel irnexxielu jizgicca u stahba qalb il-haxix gholi u sigar tat-tin.?Pulizija iehor tal-Mobile, li minn fejn kien seta’ jsegwi kollox mill-gholi, ra lir-ragel mistohbi. Il-Pulizija dawru l-post u ordnaw lir-ragel biex johrog. Izda minflok ma obda l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija, ir-ragel beda jgara dak li sab ghal idejh fid-direzzjoni tal-Pulizija u rega’ harab bil-giri. Kien hawn li wiehed mill-Pulizija spara tir ta’ twissija fl-ajru biex ir-ragel waqaf.?

Meta l-Pulizija resqu lejn ir-ragel dan ipprova jirrezisti l-arrest tant li f’hin minnhom allegatament ipprova jaggredixxi wiehed mill-Pulizija li kien se jarrestah. Il-Pulizija kellha timmanettja lir-ragel minhabba li deher li kien aggressiv. Irrizulta li r-ragel ghandu madwar 39 sena, Libjan u x’aktarx mizzewweg Maltija.

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera minhabba li r-ragel sofra xi griehi x’aktarx b’waqgha hu u jahrab mill-Pulizija u xi grief li sofra mas-sigar meta kien qed jistahba. Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn inghata l-kura ghal griehi hfief li sofra.?

Sadanittant meta l-Pulizija ghamlu tfittxija fejn kien hemm il-karozza tal-allegat halliel, sabu mohbijin aktar laptops, flatscreens, cameras tas-sigurtà u apparat iehor barra dawk li kien hemm fil-karozza. Instabu ukoll ‘business cards’ li ma kienux tal-Libjan u meta l-Pulizija vverfikaw gie kkonfermat li dawn kienu nsterqu l-lejl ta’ qabel minn San Giljan mill-post li kien hemm fuq il-‘business card’. L-apparat misruq huwa stmat li jiswew madwar €40,000.

Minn John Pisani | - 6:32 pm - Fil-Kategoriji Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Spluzjoni, Vandalizmu

Spluzjoni ta’ murtal tal-festa

Kamra li tintuza bhala mahzen ghall-ghodda agrikola kif ukoll oggetti ohrajn garbet hsarat estensivi kawza ta’ splussiv li tpogga fil-ventilatur taghha.

Nhar il-Hadd ghall-habta tas-7.30 a.m. John Stellini ta’ 46 sena mill-Mellieha mar fil-kamra li ghandu qrib it-Torri l-Ahmar fil-Mellieha u sab il-hsarat ikkawzati minn splussiv x’aktarx murtal tal-festa.

Il-vittma ghamlet rapport mal-Pulizija tal-Qawra fejn beda jinvestiga l-kaz l-Ispettur Paul Bond. Bil-kaz gie informat ukoll il-Magistrat Silvio Meli li ordna inkjesta u hatar lill-Avukat Joe Mifsud u lill-Kaptan Jeffrey Curmi bhala esperti tal-Qorti.

Mhux qed ikun eskluz li min pogga l-isplussiv ghamel dan bhala vendikazzjoni fil-konfront ta’ Stellini.

Minn John Pisani | June 28, 2009 - 10:50 am - Fil-Kategoriji Hold-up, Pulizija, Serq

Barrani sfurzat johrog il-flus mill-ATM

Tliet hallelin, x’aktarx armati b’sikkina u arma tan-nar, sfurzaw zaghzugh barrani biex johrog il-flus minn ATM waqt ‘hold-up’ li sehh nhar il-Gimgha ghal habta tal-4.00 a.m.  

Il-vittma, Asim Baig ta’ 24 sena mill-Isvezja u residenti Tas-Sliema, allega mal-Pulizija li meta kien mixi f’Paceville avvicinawh tliet irgiel li wiehed minnhom kellu sikkina f’idu u filwaqt li heddewh, haduh fl-eqreb ATM u ordnawlu johrog il-flus bil-card tieghu. F’hin minnhom Baig hass ma’ dahru bhal kanna ta’ arma tan-nar. Mill-ATM l-Isvediz hareg €200 u ghaddihom lil wiehed mill-hallelin u dan flimkien ma’ shabu harbu minn fuq il-post.

Kien aktar tard filghodu ghal habta tal-11.30 a.m. li Baig mar jaghmel rapport fl-Ghassa tal-Pulizija ta’ San Giljan. Dan il-‘hold-up’, il-31 wiehed din is-sena li nafu bihom ahna, qed ikun invesitagat mill-Ispettur Trevor Micallef u s-Surgent Brian Mifsud mill-Ghassa ta’ San Giljan u l-Ispettur Carmelo Magri mid-DIK.

Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Michael Mallia li hatar lil Vincent Giliberti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat bhala esperti tal-Qorti.

Huwa mifhum li l-Pulizija elevaw xi filmati migbudin minn cameras tas-sigurtĂ  ghal aktar stharrig.

Guvni involut f’accident fil-bahar

Ghaddas ta’ 26 sena miz-Zurrieq sofra griehi gravi fil-pala ta’ siequ l-leminja meta ntlaqat minn skrun ta’ dghajsa. Li kieku ma kienx ghar-rifless f’waqtu taz-zaghzugh kieku l-konsegwenzi kienu jkunu aktar gravi.

rescue-melliehaL-accident sehh nhar il-Hamis ftit qabel nofs in-nhar meta z-zaghzugh kien qed joghdos bin-nifs fl-inhawi maghrufin bhala “Taht il-Kappella tal-Ahrax” limiti tal-Mellieha. Minn stharrig li ghamilt jirrizulta li l-ghaddas kien ghadu kif tela’ fil-wicc meta sab ma’ wiccu dghajsa safra li b’rifless f’waqtu huwa rega’ nizel taht wicc l-ilma biex jevita li jintlaqat f’rasu. Kif nizel izda l-iskrun tad-dghajsa laqtu fil-qiegh tal-pala ta’ siequ l-leminija. Mhux maghruf jekk dak li kien fuq id-dghajsa ndunax li kien laqat lil xi hadd jew jekk baqax sejjer u ma waqafx jaghti l-ghajnuna.

Ftit tal-hin wara ghadda dinghy u dawk li kienu fuqu raw liz-zaghzugh fil-bahar qieghed jipprova jigbed l-attenzjoni bil-flipper. Kif resqu lejh qalilhom li kien ghadu kif intlaqat minn dghajsa u talabhom jghinuh ghax kien qed jitlef hafna demm. Huwa ttella’ fuq id-dinghy u wiehed minn dawk li salvaw liz-zaghzugh cempel ghall-assis­tenza fejn inghataw struzzjonijiet biex jersqu lejn l-eqreb art fejn intbghat helikopter Alouette mill-Iskwadra tal-Ajru tal-FAM. ??Ftit tal-hin wara z-zaghzugh ittella’ fuq il-helikopter u ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn ferita gravi. Irrizulta li l-iskrun ikkawzalu ferita minn naha ghall-ohra fil-qiegh ta’ siequ izda ma kienx fil-periklu tal-mewt. B’dan l-accident gew informati l-Pulizija fejn bdiet tinvestiga l-kaz l-Ispettur Therese Sciberras flimkien mas-Surgent Anton Buttigieg mill-Ghassa tal-Qawra.

Tfajla salvata minn zijuha u ohrajn

Rebecca McGrath ta’ 27 sena mill-Mellieha giet salvata minn zijuha u xi nies ohrajn li harguha minn garaxx li kien mimli duhhan wara li kien hemm xi nirien li x’aktarx bdew minn spark tal-elettriku.

Il-kaz sehh il-Hamis ghal habta tan-12.30 a.m. f’garaxx fi Triq is-Sajjieda fil-Mellieha. Sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit telettroniku qalu li Marthese Formosa, li kienet ghaddejja minn qrib il-garaxx, semghet lil Rebecca tghajjat ghall-ajjut u meta sejhitilha semghata tghid li ma setghetx tiehu nifs. Kif Formosa resqet lejn il-garaxx, li kien imsakkar minn gewwa, hija stasqsiet lit-tfajla jekk kellix bzonn xi haga imma wara li regghet talbet lill-mara biex tghinha, it-tfajla ma baqghetx tirrispondi.

Ghaldaqstant Formosa ppruvat tiftah il-bieb tal-garaxx imma kemm minhabba li kien imsakkar kif ukoll li kien jahraq, ma rnexxielix. Hija kienet pronta u marret iggib l-ghajnuna fejn fost dawk li marru kien hemm Manuel Galea, iz-ziju ta’ Rebecca, li flimkien ma’ Joseph Abela u John Cutajar irnexxielhom jifthu l-garaxx fejn sabu lit-tfajla fl-art mitlufa minn sensiha. Fl-istess hin waslu l-Pulizija tad-Distrett li assistew lill-irgiel johorgu lil Rebecca barra fit-triq u bdew jaghtuha l-ewwel ghajnuna.

Ftit tal-hin wara waslu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzzjoni Civili kif  ukoll ambulanza. Dak il-hin inzerta kien ghaddej it-Tabib Forensiku Mario Scerri li waqaf jaghti l-ewwel ghajnuna lit-tfajla flimkien ma’ Dr Jonathan Joslin mill-ERT li minn naha tieghu ta l-ewwel ghajnuna medika lil dawk li dahlu fil-garaxx u belghu d-duhhan.

It-tfajla ttiehdet l-Isptar Mater Dei fejn tkompliet tinghata aktar ghajnuna medika izda ma kinitx fil-periklu tal-mewt.

Minn aktar stharrig irrizulta li x’aktarx in-nirien bdew minn numru ta’ plugs li kienu mwahhlin flimkien biex b’hekk inhloq ‘overload’ li kkawza spark. Fi ftit sekondi l-wajrs hadu n-nar li nfirex ghal aparat tal-HiFi, fosthom stereo u sett tat-televizjoni.

L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Therese Sciberras flimkien mas-Surgent Aaron Attard u l-Kuntistabbli Loren Vella mill-Ghassa tal-Qawra.

Minn John Pisani | June 25, 2009 - 9:12 pm - Fil-Kategoriji Ghassa tal-Pulizija, Korp tal-Pulizija, Pulizija, Pulizija tad-Distrett

Sitwazzjoni tal-misthija

cirkewwa-police-station2Persuna li kellha bzonn taghmel rapport hekk kif nizlet minn fuq il-vapur ta’ Ghawdex fic-Cirkewwa, baqghet mhux biss skantata bl-istat tal-misthija li tinsab l-Ghassa tal-Pulizija f’dan il-post, imma harget imwerwra meta minn taht il-ghajn rat grieden jigru minn naha ghal ohra.

Din l-istess persuna tkellmet ma’ dan is-sit elettroniku u rrakkontat l-esperjenza kerha li ghaddiet minnha. Hija qalet li l-ewwel haga din l-Ghassa mhux biss hija tal-misthija ghall-Maltin u ghat-turisti kollha li jkollhom bzonn jaghmlu uzu minnha, imma zgur li mhix fi stat li tintuza mill-Pulizija anke jekk din il-binja zghira se titwaqqa’.

Mhix skuza li ghax din l-ghassa se titnehha allura ma sar xejn xoghol ta’ tiswija fiha ghax il-Pulizija li jkunu xoghol iridu jghaddu l-parti l-kbira tax-shift taghhom f’din l-ghassa ghax jekk jinstabu li mhumiex f’posthom jistghu jigu fl-inkwiet mas-superjuri taghhom.??Dan l-ahhar mort sac-Cirkewwa u billi dak il-hin il-Pulizija kien qed jaqdi dmiru fuq barra ghax kien ghadu kif dahal vapur tal-Gozo Channel, ma stajniex nidhlu fl-Ghassa.?

L-ewwel haga li tolqtok hija li jekk tigi bzonn il-Pulizija se tkun impossibbli biex tkun taf fejn qieghda l-Ghassa ghax minn barra ma hemm l-ebda indikazzjoni. Fil-fatt il-bieb principali jinsab fuq in-naha ta’ wara fejn ma jidhirx. Fejn suppost hemm il-fanal il-blu u l-bandiera, li bil-ligi trid tittella’ kuljum ghax huwa bini tal-Gvern, kulma hemm huwa hadid imsaddad. La fanal u lanqas il-bandiera nazzjonali.

“Din biss digà hija insult ghall-pajjiz u ghall-Korp tal-Pulizija,” stqarr maghna ufficjal tal-Pulizija li ghal ragunijiet ovvji ma nistghux nizvelaw l-identità tieghu. Minhabba li l-ghassa kienet imsakkra, provajna nittawlu gewwa u rnexxielna ghax hemm xi hgieg imkisser. Dak li rajna fakkarna f’dawk il-kmamar li hemm abbandunati fil-White Rocks f’Pembroke.

Stajna naraw il-gir kollu niezel, zebgha imqaxxra, hmieg, terrappien u telqa kbira. Kulma hemm fil-post huwa bank, xi tliet siggijiet. F’kamra ohra stajna naraw xi tlieta jew erba’ nases tal-grieden mifruxin. Sorsi qrib il-Gozo Channel, li jahdmu qrib l-istess Pulizija, qalulna li l-Pulizija jisthu jiehdu lil xi hadd fl-Ghassa imma jkollhom jaghmlu dan kull darba li xi hadd ikollu bzonn jaghmel rapport. L-istess sorsi qalulna jithassru lill-Pulizija li jispiccaw jiskuzaw ruhhom mal-pubbliku, specjalment turisti, meta dawn ikollhom bzonn jaghmlu xi rapport.?

Waqa’ lura

Kollox jidher li din is-sitwazzjoni se tibqa’ ghal zmien twil ghax il-progett tal-moll tac-Cirkewwa waqa’ lura. Fis-sena 2001, Censu Galea, li dak iz-zmien kien il-Ministru responsabbli minn dan il-progett, kien qal li l-progett kien se jitlesta sa nofs is-sena 2003. Sena wara l-istess Ministru habbar li l-progett kien se jitlesta fis-sena 2004, waqt li f’Lulju tas-sena 2004, l-istess eks-Ministru Galea kien qal li x-xoghol fuq il-progett kien waqa’ lura u l-progett kien se jigi ridimensjonat.?F’Awwissu tas-sena 2004 kien tkellem il-Ministru Francis Zammit Dimech li min-naha tieghu kien qal li ma jemminx li l-pajjiz kellu bzonn li l-progett tal-mollijiet ikun fuq l-iskala li originarjament tfassal fuqha. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qal li l-progett tac-Cirkewwa kellu jitlesta fis-sena 2006.?Seba’ xhur wara l-istess Prim Ministru biddel il-verzjoni u qal li x-xoghol fuq it-terminal tac-Cirkewwa jibda x’hin jitlesta x-xoghol fuq it-terminal tal-Imgarr.

Sadanittant il-Ministru Austin Gatt, fit-30 ta’ Settembru li ghadda fil-Parlament kien iddikjara li “ninsab informat li l-progett tat-terminal tac-Cirkewwa mistenni jitkompla fit-tielet kwart (bejn Lulju u Settembru) tas-sena 2009. Id-disinji prezenti ta’ dan il-progett ghandhom jitlestew sal-ahhar tas-sena 2008, filwaqt li l-fazi tat-‘tendering’ mistennija ssir fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2009. Il-progett mistenni li jitlesta sal-ahhar tas-sena 2011.”??

B’hekk il-progett tal-moll tac-Cirkewwa se jkun lest 11-il sena wara li jkun beda u tmien snin wara d-data stabbilita mill-Gvern. Ghaldaqstant il-Korp tal-Pulizija, biex jigbor giehu, jista’ jirranga biex minflok din is-suppost Ghassa, jista’ jpoggi kamra mobbli li fiha jinstalla apparat tal-arjakundizzjonata mobbli u bi ftit ghamara, qalilna haddiem tal-Gozo Channel.

Il-progett tac-Cirkewwa jikkontrasta bil-kbir ma’ bini u progetti ferm ikbar li saru snin ilu meta l-mekkinarju ma kienx modern daqs illum u t-teknologija ma kinitx daqstant avvanzata u tlestew fi frazzjoni ta’ zmien li qieghed jiehu dan il-progett. Fost dawn hemm is-CN Tower f’Toronto l-Kanada li huwa l-ghola struttura fid-dinja li beda jinbena 36 sena ilu fis-6 ta’ Frar 1973 u tlesta fi tliet snin u erba’ xhur, fis-26 ta’ Gunju 1976.

Bini iehor famuz li beda jinbena 79 sena ilu huwa l-Empire State Building f’New York. Dan bdewh fit-22 ta’ Jannar 1930 u tlesta fl-1 ta’ Mejju 1931 – sena u erba’ xhur wara.

Minn John Pisani | June 24, 2009 - 8:13 pm - Fil-Kategoriji Hold-up, Pulizija, Serq

Jinsterqu mat-€8,000

l-kriminalità f’pajjizna qieghda tkompli tizdied l-aktar f’hold-ups fejn s’issa din is-sena f’inqas minn sitt xhur sehhew 30 kaz li nafu bihom ahna. L-ahhar vittma huwa sid ta’ banka tal-Lottu fil-Marsa li zewg hallelin serqulu madwar €8,000 fi flus.

Dan il-hold-up sehh nhar it-Tnejn ftit wara l-10.00 p.m. meta Claudio Drago ta’ 45 sena minn Tal-Pietà kien ghadu kif ghalaq il-banka tal-Lottu, jew kif inhuma maghrufin issa bhala tal-Maltaco, li ghandu fi Triq it-Tigrija fil-Marsa li tinsab qrib it-Taqsima tal-Kavallerija tal-Pulizija u vicin ukoll il-korsa taz-zwiemel fil-Marsa.??Wara li ghalaq il-post, Drago saq fid-direzzjoni ta’ Triq Dicembru 13. Kif wasal biex johrog ghal Triq Dicembru 13 hu waqaf u kif kien se jerga’ jsuq ra ragel qed jaqsam it-triq u waqaf quddiem il-karozza tieghu fil-waqt li ragel iehor gie fuq in-naha tieghu u pponta arma tan-nar fid-direzzjoni tieghu. ??Iz-zewg hallelin kienu mghammdin u libsin ingwanti biex ma jhallu ebda tracci. Il-halliel li mar hdejn il-vittma filwaqt li beda jheddu, ordnalu biex johrog mill-karozza u jaghtih il-flus kollha li kellu. ??B’xokk fuqu, l-aktar minhabba li din kienet it-tieni darba li dan safa vittma ta’ hold-up, Drago ghadda l-flus kollha li kellu li dak li kien qed jipponta l-arma tan-nar lejh. Kif hataf il-flus, il-halliel u l-komplici tieghu telqu bil-giri fid-direzzjoni tal-korsa l-antika u fid-dlam ma dehrux aktar.??Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Robert Vella flimkien mas-Surgent David Portelli kif ukoll l-Ispettur Joseph Mercieca mill-Iskwadra li tinvestiga l-hold-ups. Bil-kaz gie informat il-Magistrat Anthony Vella li ordna inkjesta u hatar diversi esperti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Minn John Pisani | June 23, 2009 - 12:23 pm - Fil-Kategoriji Accident, Ambulanzi, Infermieri, Pulizija, Sptar Mater Dei

Tahbat ma’ zewg karozzi pparkjati

mva-blata-l-bajdaZewg karozzi li kienu pparkjati mal-genb tat-triq fi Triq Dicembru 13 qrib il-Blata l-Bajda, garrbu hsarat estensivi meta karozza ohra misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena minn Hal Qormi baqghet diehla fihom.

L-accident sehh it-Tnejn ghal habta tas-2.35 p.m. meta t-tfajla kienet qed isuq Ford Escort fid-direzzjoni tal-Belt meta tilfet il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li baqghet diehla b’impatt qawwi f’karozza Polo li giet imbuttata fuq karozza ohra.

L-ewwel ma waslu fuq il-post kienu l-Pulizija tat-Traffiku li sejhu ghall-assistenza medika.

Fuq il-post marret ambulanza b’infermiera li hadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei fejn instabet li kienet qeghda ssofri minn griehi gravi x’aktarx minhabba xi ksur, izda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija mill-Ghassa tal-Hamrun marru fuq il-post tal-accident u kellhom jikkalmaw sidt il-karozza Polo li kif rat il-karozza taghha bi hsarat kbar hadet xokk kbir.

Minn John Pisani | June 21, 2009 - 8:10 am - Fil-Kategoriji Armi, Hold-up, Pulizija

Ifalli ‘hold-up’ fil-Fgura

Zewg hallelin armati u wicchom mghammad ippjanaw ‘hold-up’ ta’ eluf ta’ ewro sa l-icken dettal, hlief li qatt ma basru li fis-sighat bikrin ta’ filghodu setghu jigu mfixkla minn sewwieq li lanqas kien jaf x’qed jigri.

Nhar is-Sibt ghal habta tas-1.45 a.m. Joseph Farrugia ta’ 35 sena mill-Fgura u martu Jacqueline ta’ 38 sena kienu ghadhom kif waslu d-dar wara li kienu Hal Far fejn isiru t-tlielaq tal-kwart ta’ mil u li Joseph huwa l-kaxxier tal-Assocjazzjoni. Il-koppja Farrugia kienu f’zewg karozzi separati meta waslu fi Triq ix-Xemx u l-Qamar fil-Fgura.

Il-hallelin kienu digà serqu vann Toyota biex juzawh fil-‘hold-up’ u kif Joseph Farrugia waqaf bil-karozza tieghu b’martu tieqaf warajh ftit metri ’l boghod, il-vann Toyota waqaf hesrem hekk kif Farrugia hareg mill-karozza u f’idu kellu bagalja.

Kif il-vann Toyota, bin-numru LCJ012, waqaf f’nofs it-triq hargu z-zewg hallelin minnu u hallew iz-zewg bibien miftuhin u marru dritt fuq Joseph. Iz-zewg kriminali kienu libsin ilbies tax-xitwa u wicchom mghotti x’aktarx b’kalzetti. It-tnejn dehru li kellhom pistola f’idejhom fejn wiehed minnhom ipponta l-arma ma’ ras Joseph Farrugia u beda jheddu biex itih il-bagalja. Il-hallelin kienu jafu li Joseph huwa l-kaxxier u li kien qed igorr il-flus. Sakemm dak li beda jhedded lil Joseph bil-pistola, il-komplici tieghu mar ifittex fil-karozza.

Dak il-hin daret fl-istess triq karozza ohra li meta s-sewwieq ra l-vann Toyota f’nofs it-triq u ma setax jghaddi, daqq il-horn minghajr ma kien konxju li kien ghaddej hold-up. Il-hoss tal-horn gerfex  ghal kollox lill-hallelin li regghu dahlu fil-vann u harbu minn fuq il-post minghajr ma serqu xejn.

Kif ra l-hallelin jaharbu, Joseph kien pront dahal fil-karozza ta’ martu li sa dak il-hin kienet ghadha fil-karozza u marru dritt l-Ghassa tal-Pulizija tal-Fgura fejn ghamlu rapport. Ghalkemm il-koppja ma gralhom xejn, huma dehru jbatu minn xokk qawwi.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-attentat ta’ hold-up.