Iqumu mistoqsijiet fuq il-kaz taâ zewg fizzjali
Parti mir-rapport tal-Ombudsman, il-Prim Imhallef Emeritus Joseph Said Pullicino, dwar il-promozzjonijiet tal-Armata qajmet mistoqsijiet fil-Kwartieri Generali tal-FAM dwar iz-zewg fizjali li tliet snin ilu qalulhom li huma taâ theddida ghas-sigurtĂ minghajr ma qatt qalulhom ghaliex.
Punt numru 5.3 tar-Rapport tal-Ombudsman jghid li l-Ufficcju tal-Ombudsman ma jara ebda raguni ghaliex il-Promotion Assesment Report (PAR), jew ahjar ir-rapport dwar il-promozzjoni taâ kull membru fl-Armata, ghandu jibqaâ kunfidenzjali bâtali mod li l-individwu ma jkolli ebda access ghar-rapport li jkun sar fuqu. Ghall-kuntrarju, qal l-Ombudsman, anke taht ir-regolamenti tal-Protezzjoni tad-Data u l-legizlazzjoni futura  tal-Informazzjoni Hielsa, membru tal-FAM jistaâ jkolli d-dritt ghal kopja tal-PAR tieghu kif ukoll kopja tar-Rapport Kunfidenzjali fuqu.
Dan qajjem mistoqsijiet dwar il-kaz tal-Logotenent Kulunell Mario Schembri u l-Maggur Pierre Vassallo li minkejja li gew akkuzati li huma taâ theddida ghas-sigurtĂ u ma nghatawx is-âSecurity Clearanceâ, bâkonsegwenza li ma jistghux ikomplu javvanzaw fil-karriera taghhom, baqghu ma nghatawx sodisfazzjon ghaliex. Ir-raguni mill-Awtoritajiet dejjem kienet minhabba l-Att tal-Protezzjoni tad-Data.
Anke meta fit-12 taâ Novembru 2006 intervistajt lid-Direttrici responsabbli mill-Affarijiet tal-Armata, Vanessa Frazier, kont staqsejta ghaliex lil Logotenent Kulunell Mario Schembri u l-Maggur Pierre Vassallo ma qalulhomx xâinhi r-raguni li ma nghatawx is-âsecurity clearanceâ, id-direttrici qaltli li ma jistghux jghidulhom ghax mhux suppost minhabba d-Data Protection Act.
Izda s-sorsi taghna fil-FAM issa qeghdin jaraw li l-istess prattika li qed jissuggerixxi l-Ombudsman dwar il-PAR, ghandha tigi uzata anke fâdawn iz-zewg kazi. Izda, sahqu s-sorsi, hemm minn qed jistaqsi jekk fil-veritĂ l-iskuza tad-Data Protection qeghda tintuza mhux biex ikunu protetti s-sinjuri Vassallo u Schembri imma biex ikun jew ikunu protetti dawk li hejjew ir-rapport.
L-istess sorsi sahqu li l-probabilitĂ hija li la l-Logotenent Kulunell Schembri u lanqa il-Maggur Vassallo ma jinterssahom min ghamel ir-rapporti imma ghandhom kull dritt li jkunu jafu r-raguni ghaliexâmhumiex fdatiâ.
âImmagina li jigi Pulizija wara l-bieb u jghidlek li int ksirt il-ligi imma minhabba d-Data Protection Act ma nistax nghidlek xâligi ksirt. Imma xorta se tiehu l-kastig. Tistaâ din tkun accettata fâsocjetĂ demokratika?â, sahaq sors maghna.
Issa, qalulna l-istess sorsi, anke l-Ombudsman qed jghid li kull membru tal-FAM ghandu d-dritt ikun jaf xâhemm fuqu.
Â





