Minn John Pisani | January 27, 2009 - 11:32 pm - Fil-Kategoriji Droga, Fatalita', Mewt, Overdose, Pulizija

Missier isib lil bintu mejta fuq is-sodda

fatal-od-26-01-09Kelly Micallef ta’ 26 sena minn San Gwann nhar it-Tnejn instabet mejta fuq is-sodda taghha minn missierha f’dik li qed tindika bhala mewt ikkawzata minn overdose tad-droga eroina. Hija nstabet mejta fir-residenza ta’ missierha stess fi Triq is-Sebuqa f’San Gwann.

Nhar it-Tnejn ghal habta ta’ 12.15 p.m. Mario Micallef, missier it-tfajla, thasseb kif bintu kienet ghadha ma qamitx. Ghaldaqstant mar fil-kamra tas-sodda taghha u nduna li kien hemm xi haga hazina peress li ma rrispondiet ghal ebda sejha lanqas meta caqlaqha. Dak il-hin fid-dar kien hemm ukoll oht il-vittma. Huwa hareg mid-dar u beda jitlob l-ghajnuna tant li kienu l-istess girien li sejhu lill-Pulizija.

Fi ftit minuti waslu fuq il-post il-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Martin Sammut u s-Surgent Ramon Mifsud Grech tad-Distrett. Kif dahlu fil-kamra indikata sabu liz-zaghzugha mejta u qrib taghha anke nstabu zewg qratas, wiehed li kien vojt u l-iehor kellu sustanza suspettuza x’aktarx id-droga eroina. Kelly Micallef kienet liebsa track suit u jidher li hija kellha d-droga ghandha mill-gurnata ta’ qabel peress li fl-ebda hin il-bierah hadd ma raha hierga mid-dar.   

B’din is-sejba l-Ispettur Sammut informa lill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga fejn l-Ispettur Dennis Theuma beda jinvestiga l-kaz flimkien mal-istess Spettur Sammut. F’xi hin dehru ukoll l-Assistent Kummissarju Pierre Calleja u l-Ispettur Chris Pullicino mid-DIK. Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Giovanni Grixti li ordna inkjesta u hatar diversi esperti fosthom lit-Tabib Forensiku Mario Scerri u l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat li elevaw l-oggetti kollha li nstabu fil-kamra ta’ Kelly Micallef u li huma relatati mal-abbuz tad-droga.

Kif kienu ghaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, kellha tissejjah fuq il-post ambulanza minhabba li l-missier hassu hazin.

Dan kien l-ewwel kaz ta’ overdose fatali din is-sena. Matul is-sena l-ohra kien hemm erba’ overdoses fatali.

Minn John Pisani | - 11:30 pm - Fil-Kategoriji Arrestat, Droga, Korp tal-Pulizija

Il-Pulizija jichdu stqarrija taghhom stess

B’nota bhala dritt ghar-risposta li baghtu s-CMRU f’isem il-Kummissarju tal-Pulizija dwar artiklu li kien ippublikat f’l-orizzont b’konnessjoni mal-kaz ta’ 30 kilo droga li fil-fatt irrizulta li kien biss sapun, il-Korp tal-Pulizija cahad stqarrija li hareg huwa stess.

Il-Kuntistabbli WPC255 Roberta Fenech, f’isem il-Kummissarju tal-Pulizija baghtitilna din in-nota: “Referenza qieghda ssir ghall-artiklu ‘Il-kaz tat-30 kilo droga li ma kinitx: Investigat negozjant li telaq minn Malta’, miktub minn John Pisani u ppubblikat nhar is-16 ta’ Jannar, 2009.

“Kuntrarjament ghal dak li stqarr l-artikolist fl-artiklu tieghu, fl-istqarrija li hareg il-Korp tal-Pulizija fid-29 ta’ Dicembru, 2008, fl-ebda hin ma ssemma li nqabdet 30 kilogramma ta’ droga, izda li nqabdu biss “tliet pakketti kbar”, qal il-Korp tal-Pulizija.

Din li gejja izda hija kelma b’kelma l-istqarrija tal-Pulizija tad-29 ta’ Dicembru, 2008 li ntbaghtet mis-CMRU lill-midja kollha. Il-kliem b’tipi skuri huma enfasi taghna.

“F’dawn l-ahhar granet il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienet qieghda tinvestiga diversi persuni li kien mahsub li kienu parti minn cirku kriminali li kienu qeghdin idahhlu d-droga raza tal-kannabis f’Malta permezz tal-bahar. B’kollox il-Pulizija qieghda zzomm taht arrest tmien persuni.

“Fil-fatt il-Pulizija kienet ilha diversi gimghat tinvestiga informazzjoni dwar importazzjoni ta’ droga raza tal-kannabis f’ammonti kbar u fil-fatt kienet waslet biex tidentifika il-post fl-imwarrab minn fejn normalment dawn kienu qeghdin idahhlu d-droga f’Malta.

“F’din l-investigazzjoni, il-Pulizija baqghet issegwi diversi persuni u gie stabbilit li dawn il-persuni kienu qeghdin jippjanaw biex idahhlu d-droga f’Malta nhar is-27 ta’ Dicembru, 2008. Ghaldaqstant il-Pulizija bl-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta, permezz tat-Taqsima Marittima u l-Air Wings, wettqet operazzjoni biex tigi intercettata din il-konsenja.

“Nhar is-27 ta’ Dicembru, 2008 ghall-habta ta’ xit-7.45 p.m., minn jott f’hin minnhom tnizzel ‘dinghy’ b’persuna fuqu u tnizzlu ukoll tliet pakketti kbar. Id-‘dinghy’ kien osservat javvicina l-irdum ta’ Migra l-Ferha fl-inhawi tal-Imtahleb, fejn il-pakketti ghaddew ghal fuq l-art. Ftit tal-mumenti wara l-Pulizija intercettat tliet persuni fuq l-art li kienu f’zewg vetturi separati u l-tliet pakketti nstabu f’vettura minnhom.

“Fl-istess hin, membri tal-Forzi Armati ta’ Malta mit-Taqsima Marittima flimkien mal-Pulizija intervjenew u arrestaw zewg persuni li kienu fuq id-‘dinghy’ u l-jott imsemmijin.

“Il-Magistrat tal-Ghassa Dr T. Micallef Trigona kien informat bis-sejba u hatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.

“Aktar tard illum ghal habta tat-3.00 ta’ wara nofsinhar il-Pulizija mistennija tressaq quddiem il-Qorti (quddiem il-Magistrat tal-Ghassa Dr D. Clarke), xi persuni b’konnessjoni ma’ din il-hidma b’akkuzi ta’ assocjazzjoni fit-traffikar ta’ droga raza tal-kannabis”, temmet l-istqarrija fejn il-kelma droga ssemmiet hames darbiet.

Izda dan mhux kollox ghax il-Pulizija stess akkuzaw erba’ persuni fejn wahda mill-akkuzi tghid “li fis-27 ta’ Dicembru, 2008 u fil-granet ta’ qabel, huma assocjaw ruhhom ma’ persuni ohrajn biex ibieghu jew jittraffikaw ir-raza tal-pjanta kannabis”.

Kien biss waqt il-kumpilazzjoni li espert tal-Qorti xehed li “d-droga“ fil-fatt ma kienet droga xejn imma sapun li jintuza biex wiehed jinhasel.

jolly-roger-27-01-09Sadanittant il-Pulizija ghadha zzomm il-jott involut fil-kaz, “Jolly Roger” fil-Bazi Marittima tal-Forzi Armati f’Xatt it-Tiben.

Ta’ min jinnota ukoll li l-Ammistrazzjoni tal-Pulizija hasset li kellha tirrispondi biss lill-gurnal l-orizzont dwar il-kaz u li kienu biss sapun u mhux droga. Meta l-erba’ akkuzati tressqu l-Qorti il-gurnali kollha, fosthom Times of Malta, The Malta Independent, In-Nazzjon, kif ukoll stazzjonjiet tat-televizjoni, radji u siti elettronici kollha rrapportaw li l-Pulizija kienet sabet 30kilo droga. Lil dawn kollha l-Amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija fl-ebda hin ma kkoregithom li l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienu intercettaw “tliet pakketti kbar” biss ta’ sapun u mhux droga.

Minn John Pisani | January 23, 2009 - 10:14 pm - Fil-Kategoriji Accident, Ambulanzi, Korp tal-Pulizija, Korriment, Periklu, Rabja, Sahha u Sigurta', Sptar Mater Dei

Surgent fil-periklu tal-mewt

Is-Surgent, PS125 Malcolm Mifsud, ta’ 33 sena minn Birkirkara stazzjonat mat-Taqsima tat-Trafiku, kien fil-periklu tal-mewt kawza ta’ griehi gravi li sofra f’accident tat-traffiku. Il-Pulizija minn din it-Taqsima ilhom snin jitolbu biex jinghataw ilbies protettiv fosthom elmu aktar sigur u affarijiet ohrajn.

malcom-mifsudL-accident sehh nhar il-Hamis ghal habta tal-11.30 a.m. fi Triq l-Assedju l-Kbir fil-Floriana jew kif inhi maghrufa ahjar bhala n-nizla tal-Excelsior. Dak il-hin PS Mifsud kien qed isuq mutur tas-servizz meta minhabba xi tip ta’ likwidu jizloq, x’aktarx diesel, u x-xita li kienet niezla, il-mutur skiddja b’konsegwenza li Mifsud spicca jitkaxkar u habat ma’ arblu tad-dawl. Minkejja li l-elmu tas-servizz li kien liebes kien maqful kif suppost, xorta hareg minn rasu.

Is-Surgent inghata l-ewwel ghajnuna minn kollegi tieghu stazzjonati mad-DIK li dak il-hin kienu ghaddejjin mill-istess triq. Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier li hadet lil Mifsud l-Isptar Mater Dei. Irrizulta li Mifsud kien qieghed isofri minn griehi gravi f’wiccu u rasu kif ukoll ksur fil-kustilji li laqtu l-pulmun u diversi griehi ohrajn. Kawza ta’ dawn il-griehi t-tobba ccertifikawh fil-periklu tal-mewt u wara li nghata l-kura mehtiega tpogga fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. B’dan l-accident gie nformat il-Magistrat Dr Tonio Micallef Trigona li ordna inkjesta u hatar diversi esperti tal-Qorti biex ihejju r-rapporti taghhom. Il-Pulizija tad-Distrett, kollegi tieghu mit-Taqsima tat-Traffiku u tal-Mobile ukoll marru fuq il-post.

Aktar tard fi stqarrija, il-Korp tal-Pulizija qal li l-qaghda tas-Surgent Mifsud, li xahar u nofs ilu sar missier ta’ tifla, giet certfikata bhala wahda stabbli.

Sadanittant diversi qraba tal-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku li tkellmu miegho jinsabu urtati ghal mod kif l-ilmenti ta’ zwieghom jew sieheb taghhom baqghu ma gewx milqughin.

Huma qalu li l-Pulizija ilhom snin jilmentaw li l-uniformi taghhom li jilbsu fix-xitwa meta taghmel ix-xita, mhix tajba biex tilqa’ ghal eventwalità ta’ accident simili. Il-Pulizija kienu talbu biex jinghataw elmu li jkun aktar protettiv fosthom li jghatti l-wicc kollu jew li jkun sod mal-geddum.

L-uniformi li jilbsu l-Pulizija tat-Traffiku hija l-istess uniformi li tinghata lill-Pulizija tad-Distretti, jigifieri dawk li jahdmu fl-Ghases.

Anke l-‘boots’ li jinghataw mhux wiehed li huwa sigur tant li hu l-istess bhal dak li jinghataw tal-Kavallerija. Il-gakketta m’ghandhiex protezzjoni ghad-dahar u lanqas mal-minkeb. Din il-gakketta lanqas mhi ‘waterproof’ tant li meta taghmel ix-xita, bhalma kienet f’dawn il-jiem, il-Pulizija jixxarrbu minn taht ukoll. Mal-qalziet ma hemm xejn biex jipprotegi l-irkobba u l-materjal tal-qalziet mhux tajjeb tant li f’kaz ta’ tkaxkira l-Pulizija jispiccaw jinbarxu.

pulizija-tat-traffikuIl-qraba tal-Pulizija qalu li Pulizija barra minn Malta, fosthom l-Inglizi, Irlandizi u Olandizi, kollha ghandhom uniformijiet li jipproteguhom. L-istess sorsi sahqu li kieku PS125 Mifsud kellu uniformi bhalma ghandhom Pulizija ohrajn f’pajjizi fl-UE, kieku ma kien jigrilu xejn gravi.

Dan ma kienx l-uniku accident fejn Pulizija tat-Traffiku sofrew griehi serji tant li fl-ahhar gimghat zewg Pulizija ohrajn ukoll kellhom bzonn il-kura medika.

Irham iktar importanti?

Punt iehor li semmew il-qraba tal-Pulizija  huwa li ghalkemm il-Kwartieri Generali tal-Pulizija ghandhom ikunu sbieh ghax fih mhux l-ewwel darba li marru persuni importanti anke barranin, setghu intefqghu inqas flus f’irham u xtara uniformjiet protettivi ghall-Pulizija.

Dan is-sit elettroniku qieghed jinvestiga dwar il-pagi tal-Pulizija. Jidher li kull Pulizija x’aktarx li hadem tliet ijiem ghar-Reppubblika ta’ Malta u  mhux se jithallas taghhom. Qed nistharreg ukoll dwar kemm regghu inhargu crimes dwar il-Litter Act.

Dawn fil-jiem li gejjin.

Minn John Pisani | - 10:08 pm - Fil-Kategoriji Guri, Pulizija, Qorti, Qtil

josette-sciclunaJIEN GHADNI HAJ! – il-hati lill-qraba tal-vittma

“Jien ghadni haj! Jien ghadni haj!”. Hekk qal David Norbert Schembri ta’ 33 sena minn Tas-Sliema lill-qraba ta’ Josette Scicluna bi tbissima hekk kif kien hiereg mill-awla wara li l-Imhallef Dr Joseph Galea Debono kkundannah ghal ghomru l-habs.

Kliem li xxokkja mhux biss lill-qraba tal-vittma, fosthom ohtha Dorothy Scicluna, imma ukoll lil kull min semghu. Minbarra li ntbaghat ghomru l-habs, l-Imhallef ordna ukoll f’izolament ghal perjodu ta’ 30 jum.

Nhar il-Hamis il-gurati sabu lil Schembri hati bi tmin voti favur u wiehed kontra ghall-akkuza ta’ omicidju volontarju u b’mod unanimu nstab hati li kellu fil-pussess tieghu arma tan-nar u munizzjon minghajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija. Il-gurati dahlu jiddeliberaw fl-10.00 a.m. u fis-2.30 p.m. hargu bil-verdett ta’ htija. Meta thabbar il-verdett Schembri ma ghamel ebda reazzjoni.

Sottomissjonijiet

Meta l-Avukat difensur, Dr Joe Brincat, kien qed iressaq is-sottomissjonijiet tieghu qabel ma l-Imhallef Galea Debono qara s-sentenza, Schembri deher ihares lejn kull rokna tal-awla u kultant jaghti harsa lejn il-gurnalisti prezenti fl-awla.

Dr Brincat qal li l-verdett ma kienx unanimu u ghalhekk il-piena ta’ ghomor il-habs ma kinitx wahda tassattiva u l-Qorti setghet taghti piena baxxa. Huwa qal li l-klijent tieghu kkopera mal-Pulizija tant li wara li sehh il-kaz mar l-Ghassa tal-Pulizija u l-hati ma kienx qed jitlob hniena imma kien qed jitlob gustizzja.

Min-naha l-ohra l-Prosekuzzjoni, immexxija minn Dr Anthony Barbara, qal li l-espert tal-Qorti, Dr Mario Scerri, kien qal ukoll li qabel ma mietet, il-vittma kienet ghaddiet minn martirju u li l-hati kien ghamlilha feriti fuq il-parti genitali taghha, fuq sidirha u f’wiccha biex jisfregjaha. Dan kien kaz ta’ krudeltà estrema li sar fil-prezenza ta’ bintu stess.

Dr Barbara qal ukoll li David Norbert Schembri ma kien wera ebda hniena ma’ din il-mara fragli li kienet fid-dar taghha ghall-affari taghha taghti l-ikel lil bintha meta huwa dahal b’pistola u kwantità ta’ bullets u aggrediha darbtejn. Il-Prosekutur qal li kien rari f’din il-Qorti li tiltaqa’ ma’ krudeltà daqshekk kiefra.

Dr Gianella Caruana Curran, li dehret bhala parte civili ghall-familja tal-vittma, qalet li ghalkemm kull omicidju huwa ikrah, kien hemm omicidji aktar koroh minn ohrajn u dan kien wiehed minnhom. Il-vittma u bintha kienu ilhom jigu mheddin fil-bejta taghhom ghal hafna zmien mill-hati tant li Josette Scicluna kienet spiccat l-isptar darbtejn waqt li kienet ghadha tqila, qalet Dr Caruana Curran.

Hija kompliet tghid li wara li ta lill-vittma 49 daqqa ta’ sikkina, il-hati hareg fit-triq u qal lil wahda mill-girien “Cemplu lill-Pulizija issa”.

Dan id-diskors qalu ghax ftit qabel dakinhar stess kien ghadu kif ircieva telefonata minghand il-Pulizija biex imur ikellimhom dwar rapport li ghamlitlu l-vittma stess. Ghalhekk qal hekk, ghax kien ghamel li kellu jaghmel, sahqet l-avukatessa.

Gianella Caruana Curran appellat lill-Qorti f’isem il-familja tal-vittma li “rridu ssir gustizzja biex is-sentenza mhux biss isservi ta’ protezzjoni mill-hati izda ukoll ghan-nisa u rgiel ohrajn fil-konfront ta’ min huwa ‘bully’ maghhom”.

X’qal l-Imhallef

L-Imhallef Galea Debono qal li David Norbert Schembri ghandu 12-il kundanna mill-Qrati li tlieta minnhom wehel piena ta’ prigunerija effettiva u dan wara sensiela ta’ liberazzjonijiet kundizzjonati, ‘probation’ u multi. Fost dawn instab hati ta’ pussess tad-droga kannabis, eroina u kokaina fejn darba minnhom anke forna jew ipprokura d-droga lil persuni ohrajn.

Jirrizulta ukoll li l-hati kellu problema tad-droga u minkejja li l-Qrati ghamlu minn kollox biex jaghtuh l-opportunità li johroghu baqa’ ma harigx minnha. Forsi ukoll il-Qrati ghamlu zzejjed mieghu f’dan ir-rigward, qal l-Imhallef.

Dr Galea Debono qal li l-Qorti ma tistax ma tosservax li, kif jirrizulta mid-depozizzjoni tal-Probation Officer Marietta Lanzon fil-kumpilazzjoni tmint ijem qabel sehh id-delitt, minkejja li l-Probation Officer ta’ Schembri fl-24 ta’ April 2004, kienet informat lil Qorti ohra li ghalkemm huma kienu ezawrew dak kollu possibbli li setghu jaghmlu ma’ David Norbert Schembri, dak iz-zmien kien qed jittestja pozittiv ghall-kokaina.

Irrizulta ukoll lill-Probation Officer li Schembri kien beda jhedded lil Josette Scicluna u minkejja li kien taht probation, dik il-Qorti minflok ittrattat mal-hati u kkonvertietlu l-‘probation’ ghall-piena restrittiva tal-libertà u warrbitu mic-cirkolazzjoni, kienet estendietlu l-perjodu tal-‘probation’.

Forsi kieku sar hekk, dan id-delitt fahxi li gara biss tmint ijiem wara, seta’ jigi evitat ghal kollox u Josette Scicluna kienet tibqa’ tgawdi l-hajja ma’ bintha, irrimarka l-Imhallef.

Dr Joseph Galea Debono semma punti ohrajn fosthom li David Norbert Schembri anke prova jahrab minn Malta qabel beda ghaddej guri meta kien bil-libertà provizorja, l-agir tieghu u l-mod mill-aktar vjolenti biex dahal fid-dar tal-vittma, li kkaguna trawma indimentikabbli fuq bintu li fil-hin meta huwa spara hames tiri fil-bieb kienet qeghda tiekol ftit passi ’l gewwa mill-bieb.

Ghaldaqstant il-Qorti kkundannat lil David Norbert Schembri ghomru l-habs u multa ta’ €7,722.36. Kif l-Imhallef temm jaqra s-sentenza, Schembri dar lejn zewg qraba tieghu, deher ixengel ftit rasu u tbissem. Kif kien hiereg mill-awla, bi krozzi f’idejh, hares lejn il-lemin tieghu fejn kien hemm oht il-vittma u qraba ohrajn u bi tbissima instema’ jghid “Jien ghadni haj. Jien ghadni haj”. Din gabet reazzjoni immedjata mill-qraba li izda ikkontrollaw l-emmozzjonijiet taghhom malajr u ma nqalghu ebda incidenti.

Minn John Pisani | - 10:03 pm - Fil-Kategoriji Hold-up, Pulizija, Serq

L-ewwel talbuh ix-xoghol u jumejn wara serquh

Il-Pulizija mhix teskludi li zewg barranin, x’aktarx Bulgari, setghu kienu z-zewg hallelin li kmieni l-Erbgha filghodu ghamlu ‘hold-up’ fuq impjegat ta’ stabbiliment tal-ikel f’San Giljan.

Kien ftit qabel is-6.15 a.m. meta zewg hallelin b’wicchom mghammad b’kalzetti tan-nisa u armati bi skieken, dahlu fl-istabbiliment li jinsab fi Triq San Gorg u heddew lill-impjegat, ta’ nazzjonalità Torka, li dak il-hin kien wahdu.

Iz-zewg hallelin ma tkellmux izda bdew jaghmlu biss mossi bis-skieken li riedu l-flus mill-‘cash register’. Jidher li l-hallelin ma tkellmux biex ma jingharfux peress li l-istess kriminali x’aktarx li xi jumejn qabel kienu fl-istess stabbiliment fejn marru jfittxu mpjieg.

Wara li serqu madwar €300 li kien hemm fil-‘cash register’ huma mbottaw lill-vittma, sakkruh fit-‘toilet’ u harbu minn fuq il-post.

Kif il-vittma kien imsakkar cempel lill-imghallem tieghu bil-mobajl. Waqt li kienu qeghdin jaharbu, il-hallelin irmew is-skieken kif ukoll il-kalzetti li kienu lebsin, ftit metri ’l boghod.

Fuq il-post fejn sehh il-‘hold-up’ marru l-Pulizija mill-Ghassa ta’ San Giljan, immexxijin mill-Ispettur Martin Sammut flimkien mas-Surgent Brian Mifsud.

B’dan it-tieni ‘hold-up’ ta’ din is-sena gie nformat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li ordna nkjesta u hatar diversi esperti tal-Qorti kif ukoll l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Minn John Pisani | January 20, 2009 - 9:24 am - Fil-Kategoriji Esklussiva, Hmieg, Korp tal-Pulizija, Periklu, Pulizija, Sahha u Sigurta'

Drenagg u intejjen fil-qalba tat-turisti

Il-gimgha l-ohra wasluli diversi ilmenti dwar l-Ghassa tal-Pulizija li hemm fix-Xatt ta’ Pinto liema ghassa tinsab ezatt fil-qalba tat-turisti li jaslu Malta bil-cruise liners. Din l-ghassa hija mimlija drenagg u intejjen.

drenagg-ghassa-20-01-09Impjegati li jahdmu mal-Viset qaluli li tant is-sitwazzjoni hija gravi fl-Ghassa tal-Pulizija li l-Pulizija li kienu xoghol gew ospitati f’kamra li offrewlhom il-Viset faccata tal-istess Ghassa. Fil-jiem li ghaddew ghamilt ezercizzju fejn mort qrib l-Ghassa tal-Pulizja u tlabt koppja barranija li kienet ghadha kif waslet Malta biex tmur l-Ghassa tal-Pulizijza titlob direzzjoni lill-Pulizija u jghiduli jekk jinnuttawx xi haga stramba.

Kif hargu l-mara bdiet izzomm halqa filwaqt li zewgha beda jxengel rasu.

“My goodness. I thought you told us it was a Police Station. You should have told us it was a sewage plant. It is disgusting and unthinkable that anyone can work in those conditions especialy a Police Officer” (Hsibt li ghidtilna li kienet Ghassa tal-Pulizija. Imissek ghidtilna li l-post huwa impjant tad-drenagg. Hija disgustanti u lanqas wiehed jahseb li xi hadd jista’ jahdem f’dawk il-kundizzjonijiet specjalment Ufficjal tal-Pulizija), qalina r-ragel iddisgustat ghall-ahhar.

Il-problema ta’ zbroff tad-drenagg f’din l-ghassa issa ilha ghal xi zmien. Izda din mhix l-unika problema li hemm f’din l-Ghassa. Jidher li minhabba l-post fejn tinstab, hemm problema ta’ umdità fejn mhux l-ewwel darba li anke ceda xi gebel. L-ghamara, pjuttost gdida, digà qieghda tiswied minhabba l-umdità.

Ufficjali tal-Viset li talabni biex ma nsemmihx b’ismu qal li s-sitwazzjoni f’din l-Ghassa tal-Pulizija ma taghmilx gieh lill-pajjizna. Lanqas li kieku kienet f’xi rahal zghir fl-imwarrab, ahseb u ara fejn ikun hawn eluf ta’ turisti. L-istess uffijal qal li l-probabilità hija li l-Kummissarju tal-Pulizija mhux konxju tas-sitwazzjoni hazina li tinsab fiha din l-ghassa ghax kieku kien jordna li tinghalaq minnufih l-ewwelnett minhabba s-sahhet il-Pulizija u t-tieni minhabba l-hsara kbira li qieghda taghmel lill-industrija tat-turizmu.

Sadanittant nhar it-Tnejn, 19 ta’ Jannar ghal habta tal-4.30 p.m. fuq il-post intbghat bowser mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma li beda jbattal id-drenagg mill-Ghassa tal-Pulizija.

Minn John Pisani | January 19, 2009 - 11:39 am - Fil-Kategoriji Appell, Esklussiva, FAM, Promozzjonijiet, Rabja

Ghadhom jistennew il-promozzjoni

Minkejja l-kliem sabih u weghdi li l-Gvern kien sab sistema kif jinghataw il-promozzjonijiet fil-FAM, is-suldati issa ilhom minn Novembru jistennew li jithabbru l-promozzjonijiet. Waslulna ukoll ilmenti dwar ordnijiet fl-1 Regiment fejn f’Regimenti ohrajn ma jezistux.

Kienu hafna suldati li lmentaw mieghi dwar il-promozzjonijiet li ghal darb’ ohra regghu wehlu x’imkien bejn Kastilja u l-Kwartieri Generali tal-FAM. Dawn il-promozzjonijiet suppost inghataw f’Novembru tas-sena l-ohra izda s’issa ghadu ma thabbar xejn. Kull ma semghu huma xnieghat li l-Gvern sa jhalli dawn il-promozzjonijiet fuq l-ixkaffa u se jinhargu meta tibda’ l-kampanja elettorali ghall-Membri Parlamentari Ewropej. Fil-fatt qed jinghad li s-suldati se jkollhom jistennew ghal April jew Mejju. 

Sorsi qrib l-Armata qalulna li barra din ir-raguni, qieghed jinghad ukoll li kien hemm xi suldati li saru jafu li mhux se jinghataw il-promozzjoni u b’rabja kbira avvicinaw lil xi Ministri u Deputati Nazzjonalisti li minn naha taghhom resqu l-ilmenti tal-kostitiwenti taghhom b’konsegwenza li twaqqaf kollox.

Meta f’Ottubru li ghadda, waqt il-Passing Out Parade tar-rekluti, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qal li l-Gvern kien beda sistema fi hdan l-Armata biex il-promozzjonijiet johorgu darbtejn f’sena. Is-sorsi taghna qalulna li jidher li din is-sistema jew ma bdietx tithaddem jew hija weghda ohra fiergha tal-Prim Ministru. Huma sahqu li meta jkun hemm promozzjonijiet ghall-fizzjali gholjin dawn isiru malajr u minghajr ebda dewmien ta’ xejn. Imma meta jigu ghas-‘suldat iz-zghir’, l-affarijiet jiehdu xejra ohra u l-process jibqa’ jittawwal u tibqa’ dejjem issir ingustizzja.

Fl-1 Regiment

Ilmenti ohrajn waslulna mill-1 Regiment dwar ordni li nghataw minn ufficjali biex jixtru badge bl-arma tar-Regiment li titwahhal fuq l-ispalla tal-uniformi. Din il-badge mhix parti ufficjali mill-uniformi u ghalhekk mhix obligatorja. Izda s-suldati tal-‘B’ Company gew ordnati li jridu jixtru din il-badge minn buthom.

Is-sorsi qalulna li veru li l-badge mhix gholja hafna, ¢4, imma filwaqt li Regimenti ohrajn ma gewx obligati b’ordni mis-superjuri biex jixtru din il-badge, huma ma nghatawx ghazla. Huma sahqu li la ufficjal johrog ordni, ghalkemm mhux bil-miktub, din trid tigi obduta. Izda din mhix l-unika haga li gew ordnati jixtru minghand l-Armata. Fil-fatt l-istess ufficjal ordnalhom biex kollha jixtru basket tal-Armata biex fih ikunu jistghu jiehdu l-affarijiet personali taghhom.

Minhabba nuqqas ta’ suldati, l-istess ‘B’ Company tal-1 Regiment qieghdin jithaddmu shift ta’ 12-il siegha ghassa bla waqfien. Fost l-ghases li jaghmlu hemm mal-Ambaxxata Taljana fil-Floriana u mar-residenza tal-Ambaxxatur Taljan f’Tax-Xbiex, mar-residenza tal-Ambaxxatrici Amerikana f’H’Attard u issa ghandhom ghassa gdida fil-Forti Sant’ Iermu.

Dawn is-suldati qieghdin ikunu ghassa f’dik il-kaxxa tal-injam, maghrufa bhala Gardjola, ghal 12-il siegha shah minkejja t-temp kiesah li qed jaghmel.

Minn John Pisani | - 11:37 am - Fil-Kategoriji Arrestat, Droga, Esklussiva, Girja, Pulizija

Bela’ cavetta tal-appartament

Ragel ta’ 34 sena mill-Mosta izda residenti San Pawl il-Bahar, nhar il-Hadd waranofsinhar bela’ c-cavetta tal-appartament biex il-Pulizija ma tkunx tista’ taghmel tfittxija fuq suspett li seta’ kellu d-droga fil-post.

Il-Hadd ghal habta tas-1.00 p.m. il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga waqfu lir-ragel, li ilu maghruf mal-Pulizija mindu kellu inqas minn 17-il sena, meta kien qed isuq il-karozza tieghu fl-inhawi ta’ San Pawl il-Bahar. Kif induna bil-prezenza tal-Pulizija, ir-ragel deher jarmi xi haga u kif hareg mill-karozza harab bil-giri.

Il-Pulizija grew ghal warajh fejn qabduh ftit tal-hin wara. Meta elevaw l-oggett li deher jarmi rrizulta li kienet kapsula li fiha kien hemm sustanza suspettuza li x’aktarx hija d-droga kokaina. Ir-ragel ittiehed l-Ghassa tal-Pulizija tal-Qawra biex jistennew sakemm tinhargilhom l-awtorizzazzjoni biex ikunu jistghu jaghmlu tfittxija.  Kif ir-ragel sar jaf li l-Pulizija kellhom l-awtorizzazzjoni, allegatament beda jhedded lill-Pulizija u anke nstema’ jinsulenta lill-istess Pulizija kif ukoll beda jidghi fil-pubbliku.

Kien hawn li r-ragel deher jaqsam ic-cavetta u bela’ parti minnha u wara anke bela’ cavetta ohra fost ghajjat u storbju. Minhabba t-theddid u kliem hazin, intervjena l-Ispettur Paul Bond li kien fl-Ghassa tal-Pulizija biex jikkalma s-sitwazzjoni u anke prova jipperswadih biex jittiehed l-Isptar Mater Dei biex jarah tabib minhabba li bela’ cavetta u nofs. Izda r-ragel baqa’ jirrifjuta li jikkopera u anke li jinghata l-ghajnuna medika.

Aktar tard issejhet is-siehba tieghu biex b’hekk il-Pulizija setghu jidhlu fl-appartament tar-ragel f’San Pawl il-Bahar u jaghmlu tfittxija.

Mhux maghruf x’sabu l-Pulizija fl-appartament tar-ragel. L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Victor Aquilina mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Minn John Pisani | January 17, 2009 - 10:07 pm - Fil-Kategoriji Accident, ERT, Esperti, Fatalita', Haddiem, Mewt, Pulizija, Sahha u Sigurta'

Haddiem jaqa’ gholi ta’ zewg sulari u nofs

Carmel Fench ta’ 53 sena mill-Mosta, missier ta’ zewgt it-tfal, is-Sibt filghodu kien ghadu kif beda l-gurnata xoghol tieghu meta ftit tal-hin wara, hajtu intemmet tragikament meta accidentalment waqa’ minn gholi ta’ zewg sulari u nofs.

rabat-fatali-17-01-091Din it-tragedja sehhet ghal habta tas-7.10 a.m. meta Fenech kien qed jahdem f’post li qed jinbena fi Triq Bir ir-Riebu fir-Rabat. Minn stharrig li ghamel dan is-sit elettroniku ftit hin wara li sehh il-kaz, sibna li Fenech kien f’parti miftuha ta’ gallarija biex inizzel xi gebel u bricks zejda li kienu fis-sular ta’ fuq. Fliemkien ma’ zewg haddiema ohrajn u operatur tal-krejn, huwa nizzel l-ewwel ruzata ta’ gebel izda kif kienu se jnizzlu t-tieni ruzata bil-bricks, parti mill-krejn laqat il-parti ta’ fuq tal-bini b’konsegwenza li t-tghabija bil-bricks daret u laqtet lil Fenech.

Mad-daqqa xi bricks waqghu ghal isfel u Fenech tilef il-bilanc u waqa’ gholi ta’ zewg sulari u nofs u spicca fil-kaxxa ta’ trakk tal-haddiema stess li kienu qieghdin jahdmu mieghu. Mad-daqqa Carmel Fenech sofra griehi gravi hafna f’rasu tant li miet fuq il-post.

Kienu shabu stess, minkejja x-xokk kbir li kellhom, li cemplu ghall-ajjut fejn fuq il-post tal-accident marret ambulanza b’infermiera kif ukoll Dr Jonathan Joslin mill-ERT.

Minkejja l-intervent mediku, Fenech gie ccertifikat mejjet fuq il-post. Il-Vici Arcipriet tar-Rabat, Fr Louis Farrugia, kien ukoll fuq il-post fejn ghamel xi talb u ta l-assuluzzjoni lil Fenech.

Il-Pulizija tad-Distrett, immexxija mill-Ispettur Joseph Agius flimkien mas-Surgent Gerrard Debattista bdew minnufih bl-istharrig u anke infurmaw lill-Magistrat Dr Joseph Apap Bologna. Bhala esperti tal-Qorti gew mahturin it-Tabib Forensiku Mario Scerri u l-Perit Richard Aquilina flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija. Bil-fatalitĂ  gew inforamati ukoll l-Ispetturi mill-AwtoritĂ  tas-Sahha u s-SigurtĂ  Fuq il-Post tax-Xoghol fejn marru jinvestigaw l-ufficjali David Saliba, Norman Sultana u Charles Micallef.

Dan kien it-tieni kaz fejn haddiem miet fuq il-lant tax-xoghol din is-sena. Nhar it-Tlieta, 13 ta’ Jannar, Charles Balzan ta’ 37 sena minn Wied il-Ghajn, missier ta’ tfajla ta’ 14-il sena, miet meta waqghet fuqu pallet mimilija hgieg. Dan il-kaz sehh fi Triq is-Sidnku P.Vella f’Haz-Zebbug. Matul l-2008 kollha kienu sehhew erba’ accidenti fatali fejn haddiema mietu fuq il-post tax-xoghol.

Minn John Pisani | - 9:58 pm - Fil-Kategoriji Arrestat, Droga, Esperti, Pulizija, Qorti

Investigat negozjant minn Hal Qormi

Waqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ droga, il-Pulizija rrizultalha li allegatament kien hemm involut negozjant Malti minn Hal Qormi.

Wara li nzamm arrestat ghal 48 siegha, il-Pulizija helsuh peress li ma kellhomx provi bizzejjed biex iressquh il-Qorti. Izda ftit wara li nheles, il-Pulizija saret taf li n-negozjant kien halla Malta u x’aktarx mar il-Libja fejn sa nhar il-Gimgha kien ghadu ma rritornax lejn Malta.

Nhar is-Sibt, 27 ta’ Dicembru li ghadda l-Pulizija kellhom taht osservazzjoni jott li kien fl-inhawi tal-Imtahleb. Il-Pulizija ta’ Kontra d-Droga kienet ilha ssegwi diversi persuni fuq suspett li kienu parti minn cirku kriminali li kienu qeghdin idahhlu d-droga Cannabis f’Malta permezz tal-bahar.

Bl-ghajnuna tal-Forzi Armati, permezz tat-Taqsima Marittima u l-Iskwadra tal-Ajru, il-Pulizija wettqet operazzjoni biex tkun intercettata din il-kunsinna. Ghall-habta tat-7.45 p.m., il-Pulizija osservat li minn fuq il-jott, tnizzel ‘dinghy’ b’persuna fuqu u tnizzlu ukoll tliet pakketti kbar. Id-‘dinghy’ kien osservat javvicina l-irdum ta’ Migra l-Ferha fl-inhawi tal-Imtahleb, fejn il-pakketti ghaddew ghal fuq l-art.

Aktar tard gew osservati zewg karozzi li kienu intercettati mill-Pulizija b’wahda minnhom kellha titwaqqaf bil-forza meta l-Pulizija tal-SAG kellhom jisparaw tir fid-direzzjoni tar-‘radiator’ tal-karozza. Fil-karozza l-Pulizija kienu sabu dik li dehret bhala droga tant li fi stqarrija l-istess Pulizija qalu li b’kollox kienet inqabdet 30 kilo droga Cannabis.

Dwar dan il-kaz il-Pulizija ressqu l-Qorti lil Rupert Busuttil ta’ 34 sena mill-Marsa, Carmelo Borg ta’ 31 sena minn San Pawl il-Bahar, Marvin Debono ta’ 22 sena mill-Imtarfa u Paul Azzopardi ta’ 39 sena u li huwa residenti f’Dar ghal persuni bi problemi socjali.

Meta bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni u xehed l-espert tal-Qorti, dan qal li d-droga fil-fatt ma kinitx droga imma sapun. B’din il-prova l-Pulizija kienet ftit imbarazata izda rrizulta li l-erba’ akkuzati kienu konvinti li l-kontenut tal-kaxxi kienet droga u kienu thallsu minn negozjant Malti biex iwasslu d-droga. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Pulizija ghandhom suspett li filwaqt li kienet ghaddejja din l-operazzjoni, minn parti ohra ta’ Malta kienet qeghda tiddahhal konsinna vera ta’ droga f’pajjizna.

Sadanitant nhar il-Gimgha il-Magistrat Dr Miriam Hayman helset mill-arrest preventiv lill-erbat irgiel li jinsabu akkuzati b’assocjazzjoni ta’ importazzjoni ta’ droga fuq depozitu ta’ ¢93,172 bejniethom.

L-Avukati Gianella Caruana Curran u Manwel Mallia dehru ghal Carmelo Borg u Marvin Debono, l-Avukat Arthur Rizzo deher ghal Rupert Busuttil u l-Avukat Franco Debono deher ghal Paul Azzopardi. L-erba’ akkuzati nghataw il-liberta’ provizorja fuq depozitu ta’ ¢23,293 u garanzija personali ta’ ¢46,586 kull wiehed.

Il-Prosekuzzjoni qieghda titmexxa mill-Ispetturi Norbert Ciappara, Jesmond J. Borg u Johann J. Fenech.