Zewg tfajliet fil-periklu tal-mewt
Zewg tfajliet jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li nbezqu minn karozza li kienu fiha meta din habtet ma’ cint. L-accident sehh nhar l-Erbgha ftit wara nofs il-lejl fi Triq Pantar f’Hal Lija.
Is-sewwieq, zaghzugh ta’ 21 sena minn Hal Gharghur, kien qed isuq karozza Fiat 127 u mieghu kellu erba’ zghazagh ohrajn, zewg guvintur ta’ 17-il sena minn Naxxar u mill-Mosta u zewg tfajliet ta’ 18-il sena minn San Giljan u l-ohra ta’ 16-il sena min-Naxxar. Kif dawn kienu nizlin fi Triq Pantar fid-direzzjoni tal-Mosta, is-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ diehel b’impatt qawwi ma’ cint li jifred kandott minn hajt. Mad-daqqa l-karozza daret u l-bieba ta’ wara infethet b’konsegwenza li dawk li kienu wara fosthom, iz-zewg tfajliet, inbezqu mill-karozza.
It-tfajliet spiccaw fil-kandott filwaqt li l-guvni spicca fl-art. Fuq il-post issejhet l-ghajnuna medika fejn intbghatu zewg ambulanzi b’infermieri kif ukoll it-Tabib Jonathan Joslin mill-ERT mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Ghalkemm fit-triq hemm id-dawl tal-Gvern, ezatt fejn sehhet il-habta, il-fanal li jixghel dik il-parti tat-triq huwa difettuz u beda jixghel u jitfi. Dan fixkel sew il-hidma tat-tim mediku biex jaghtu l-ewwel ghajnuna medika lill-feruti u kellhom ikunu l-Pulizija li permezz tat-torci taghhom li pprovdew id-dawl. Fil-fatt fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile kif ukoll tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Kevin Farrugia mill-Ghassa ta’ Birkirkara flimkien mas-Surgent Brian Cremona u l-Kuntistabbli Godwin Caruana mid-Distrett tal-Hamrun li kienu qieghdin ilehhqu d-Distrett ta’ Birkirkara ukoll. Il-Pulizija elevaw diversi oggetti personali tat-tfajliet mill-gandott.
Il-hames zghazagh ittiehdu l-Isptat Mater Dei f’zewg ambulanzi fejn il-guvintur instabu li kienu qieghdin isofru minn griehi hfief izda sfortunatament it-tfajliet sofrew griehi gravi u kienu fil-periklu tal-mewt. X’aktarx li zkuk tas-sigar li hemm fl-istess gandott fejn spiccaw it-tfajliet, naqsu l-impatt qawwi li t-tfajliet hadu mal-hajt.
Bl-accident giet infurmata l-Magistrat tal-Ghassa Dr Doreen Clarke li ordnat inkjesta u hatret lit-Tekniku Joseph Zammit, lill-Perit Mario Cassar, lill-Avukat Richard Sladden u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija.
Â






