Minn John Pisani | November 29, 2008 - 8:59 pm - Fil-Kategoriji Attentat, Pulizija, Serq

Habat fiha u heddidha b’arma tan-nar

Mara ta’ madwar 45 sena li kienet ghaddejja bil-karozza taghha minn triq ewlenija f’Hal Lija sfat mhedda minn ragel mghammad u armat wara li dahal fiha b’karozza ohra.

Il-kaz sehh nhar il-Gimgha ghal habta tal-9.45 a.m. meta l-mara li kienet f’karozza Ford Ka kellha tieqaf wara li Land Rover habat maghha fuq wara. Kif rat hekk il-mara bdiet tfittex il-formola tal-Front-to-Rear biex timlihom flimkien mas-sewwieq li dahal fiha. Izda qabel lehqet harget mill-karozza, ragel b’wiccu mghotti b’balaklava u nuccali tax-xemx, dahal fil-karozza tal-mara minn naha tal-passiggier u poggielha arma tan-nar ma’ rasha u ordnalha biex issuq.

Persuni li nzertaw ghaddejjin mit-triq qalu li minkejja x-xokk kbir li kellha fuqha l-mara, din deheret tissara mal-kriminal u b’xi mod irenexxielha tohrog mill-karozza taghha u harbet minn fuq il-post. Kif ra hekk il-kriminal mar fuq is-seat tas-sewwieq u telaq bil-karozza tal-mara bil-Land Rover issuq ghal warajh fejn x’aktarx kien hemm komplici tieghu.

Fuq il-post marru l-Pulizija fejn sabu lil mara b’xokk fuqha u bdew ifittxu ghall-karozza taghha u ghal-Land Rover. Aktar tard il-karozza tal-mara instabet abbandunata qrib l-Iklin. Mhux maghruf ezatt x’kien il-mottiv wara dan l-attentat jekk kienx li jahtfu lill-mara ghal xi skop jew biex jisirquha.

mva-bypass-bkaraMa rahx gej minhabba l-arbuxxelli

Accident tat-traffiku li sehh fi Triq Dun Karm, jew kif inhi maghrufa ahjar bhala l-Bypass ta’ Birkirkara, f’Birkirkara, skont wiehed mis-sewwieqa kien tort tal-arbuxxelli li hemm fuq ic-centre strip li minhabba fihom ma setax jara karozza li kienet qieghda ddur mar-rawndebawt.

L-accident sehh nhar l-Erbgha, 26 ta’ Novembru ghal habta tal-10.15 p.m bejn karozza Honda misjuqa minn zaghzugh ta’ 25 sena minn San Gwann u karozza Fiat misjuqa minn zaghzugh iehor ta’ 23 sena minn Hal Qormi. Tal-Honda kien sejjer fid-direzzjoni ta’ Hal Lija u meta wasal qrib ir-rawndebawt li hemm wara l-Knisja ta’ Birkirkara sehhet il-habta mal-Fiat li dak il-hin kien qieghed idur mar-rawndebawt.

Mad-daqqa l-Fiat daret thares bil-kontra filwaqt li l-Honda baqghet sejra dritt u waqfet ma’ cint li parti minnu inqala’ minn postu. Fi ftit minuti waslet ambulanza mill-Isptar Mater Dei li hadet liz-zaghzugh minn Hal Qormi l-isptar fejn instab li kien qieghed isofri minn feriti hfief.

Rapport tal-accident thejja mis-Surgent Kevin Grima flimkien mal-Kuntistabbli Silvio Bonello mill-Ghassa ta’ Birkirkara. Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili issejhu wkoll fuq il-post biex ixerdu r-ramel fuq xi zejt li hareg mill-karozzi.

Minn John Pisani | - 10:28 pm - Fil-Kategoriji Abbuz, Mewt, Mewt misterjuza, Pulizija

Zaghzugh ta’ 18-il sena jinstab mejjet f’kamartu

Il-Pulizija qieghda tistenna kemm ir-rizultat tal-awtopsja kif ukoll dawk tossikologici biex tistablixxi l-mewt ta’ zaghzugh ta’ 18-il sena li kmieni nhar il-Hamis filghodu nstab mejjet fis-sodda tieghu fir-residenza tal-genituri tieghu f’Birkirkara.

Il-Hamis, 27 ta’ Novembru ghal habta tal-5.20 a.m., omm iz-zaghzugh marret fil-kamra ta’ binha biex tqajmu izda sabitu mitluf minn sensih. Fuq il-post marru l-Pulizija mmexxija mill-Ispetturi Kevin Farrugia u Jesmond Borg. Minn tfittxija li ghamlu l-Pulizija fuq il-post ma sabu xejn illegali. Huma elevaw il-mobajl taz-zaghzugh biex ikun ezaminat mill-esperti. Ghalkemm ghadu mhux stabbilt il-hin tal-mewt taz-zaghzugh minn evidenza li sabu l-Pulizija jidher li sa l-10.00 p.m. ta’ nhar l-Erbgha huwa kien ghadu haj.

Bil-kaz giet informata il-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera li ordnat inkjesta kif ukoll awtopsja fuq il-kadavru taz-zaghzugh. Hija hatret bhala esperti tal-Qorti lit-Tabib Forensiku Mario Scerri, il-Perit Robert Musumeci, l-Ispizjar Godwin Sammut u lil Stephen Farrugia Sacco flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Minn John Pisani | - 10:25 pm - Fil-Kategoriji Appell, Gwardjani Lokali, Pulizija

citazzjoni-data

Citazzjonijiet kontra l-Protezzjoni tad-Data?

Meta sa ftit ilu l-licenzja tal-vetturi li titwahhal mal-windscreen kien ikollha d-dettalji personali, din inbidlet biex dawn id-dettalji ma jkun jafhom hadd. Izda minkejja dan il-pass pozittiv, meta tinhareg citazzjoni u titpogga mal-windscreen, jitnizzlu d-dettalji kollha personali ta’ sid il-vettura.

Wahda mir-ragunijiet li l-licenzja kienet inbidlet hija li kienet qed tkun facli ghal hallelin. Li kien jigri huwa li individwi b’intenzjoni hazina kienu jhufu hdejn xi sala tat-tiegijiet jew attività ohra li tiehu fit-tul u jfittxu ghal karozzi xi ftit lussuzi. Jiehdu l-indirizz minn fuq il-licenzja u jmorru f’dak l-indirizz fejn il-probabilità tkun li mhu se jkun hemm hadd id-dar u la darba dan ghandu karozza lussuza allura jkun tat-tajjeb u ghandu x’jisirqulu.

Issa d-dettalji ta’ sid il-karozza tnehhew minn fuq il-licenzji u dan anke minhabba l-Att tal-Protezzjoni tad-Data li tipprotegi lic-cittadin milli jkollu d-dettalji personali impercin il-hin kollu. Izda c-citazzjonijiet li jinhargu mill-Gwardjani Lokali u mill-Pulizija tat-Traffiku dawn jinhargu bid-dettalji personali fosthom l-isem, il-kunjom u l-indirizz kollu ta’ sid il-vettura.

Sakemm ic-citazzjoni tinghata f’idejn is-sewwieq, allura hadd mhu se jkun jaf. Imma meta din titpogga mal-windscreen, id-dettalji personali qieghdin jigu esposti ghall-kulhadd u allura l-mizura li ttiehdet li d-dettalji ta’ sid il-vettura tnehhew minn fuq il-licenzja, issa sempliciment citazzjoni twaqqa dan kollu.

Minn John Pisani | November 23, 2008 - 11:21 am - Fil-Kategoriji Aggressjoni, Arrestat, Feriment, Klandestini, Periklu, Pulizija, Pulizija tal-Mobile, Qorti, Theddid

Aggredixxa ufficjali tal-Pulizija

Nhar is-Sibt il-Qorti kellha tiftah b’urgenza biex quddiem il-Magistrat Dr Miriam Hayman tressaq Ismael Obassa Hussein, ta’ 26 sena mill-Etjopja li gie akkuzat b’disa’ akkuzi serji fosthom li aggredixxa ufficjali tal-Pulizija. Minhabba li dan il-klandestin huwa perikoluz hafna, biex ittiehed il-Qorti kellu jkun eskortat minn zewg units tal-Pulizija tal-Mobile. Dan ma kienx l-uniku kaz ta’ dan il-klandestin.

L-immigrant illegali, residenti fic-Centru Miftuh tal-Marsa gie akkuzat li nhar il-Gimgha, 21 ta’ Novembru ghall-habta tal-5.00 a.m. fil-Marsa irrezista lil Surgent u zewg Kuntistabbli tal-Pulizija, ikkaguna ferita fuq il-persuna ta’ wiehed mill-Kuntistabbli, volontarjament ghamel hsara fuq vettura tat-tip Fiat Punto ghad-dannu ta’ persuna mill-Marsa, talli kemm fil-21 kif ukoll fl-24 ta’ Ottubru 2008 hedded lil Kuntistabbli li jaf fejn joqghod u li se jsib il-qraba tieghu. Din it-theddida Hussein ghamilha biex itellef lill-Kuntistabbli milli jaghmel xoghlu.

Akkuzi ohrajn li ngiebu kontra l-immigrant illegali huma li f’dati differenti kiser l-ordnijiet legittimi li taghtu l-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijietha, li fl-24 ta’ Ottubru ghall-habta tas-7.00 a.m. fil-Marsa u l-Hamrun irrezista bi vjolenza lil Spettur tal-Pulzija, zewg Surgenti u erba’ Kuntistabbli tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u f’diversi hwienet fil-Marsa kif ukoll fl-Ghassa tal-Pulizija tal-Hamrun u fit-Taqsima tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei kiser il-paci pubblika b’ghajjat u glied.

Aktar akkuzi kontra Hussein huma li meta kien fil-vettura Pulizija attakka Kuntistabbli iehor u tellfu milli jkollu kontroll assolut tal-vettura li kien qieghed isuq b’periklu ghal min kien fl-istess vettura, il-pubbliku, sewwieqa u vetturi ohrajn li kien hemm fit-triq kif ukoll li ghamel hsara volontarja fl-Ghassa tal-Hamrun.

Ismael Obassa Hussein wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjuba kontrih u talab biex jinheles mill-arrest izda l-Ispettur Joseph Agius, li mexxa l-Prosekuzzjoni, oggezzjona u l-Qorti cahdet it-talba ta’ Hussein u l-Magistrat Hayman ordnat li Hussein jinzamm fil-Facilita` Korrettiva` ta’ Kordin.

Din ma kinitx l-ewwel darba li Ismael Obassa Hussein gie fl-inkwiet mal-Pulizija. F’Settembru li ghadda l-istess immigranti hedded suldat bi hgiega mkissra. Dakinhar Hussein, ukoll qala’ l-inkwiet ghal habta tal-5.30 a.m. Huwa kien ghadu kif irritorna lejn i?-?entru u deher li kien taht l-influwenza tax-xorb alkoholiku. Kif wasal il-Marsa huwa mar fuq is-suldat u talbu sigarett u meta s-suldat qallu li ma kellux, Husein beda joffendi lis-suldat u anke jkellmu hazin. Hekk kif is-suldati ra li l-klandestin kien se jkompli jkun aggressiv, dahal f’kamra li tintuza mis-suldati u sakkar il-bieb u cempel lill-Pulizija.

Kien hawn li l-klandestin beda jaghti fuq il-bieb u rnexxielu jkisser wahda mill-partijiet tal-hgieg. Hussein qabad bicca mill-hgiega li kisser huwa stess, dahhal idu l-leminija mill-bieb u beda jxejjer il-hgiega biex jipprova jolqot lis-suldat. Kien l-intervent tal-Pulizija li waslu fil-hin qabel mal-klandestin dahal fuq is-suldat li beda jheddu.

Wara dan il-kaz Ismael Obassa Hussein kien intbghat l-Isptar Monte Carmeli izda nheles ftit wara.

Minn John Pisani | - 11:18 am - Fil-Kategoriji Aggressjoni, Pulizija, Qorti

Mixli li gara toaster lis-supervisor tieghu

Nhar is-Sibt l-Ispettur Joseph Agius mill-Ghassa tal-Hamrun ressaq il-Qorti b’urgenza porter li jahdem mal-ambulanzi wara glieda li qamet fil-garaxx tal-ambulanzi fi Gwardamangia.

Kollox beda meta nhar is-Sibt stess ghal habta tat-8.15 a.m. George Camilleri ta’ 44 sena minn Paola u residenti Santa Venera kellu argument ma’ John Psaila minn Hal Luqa, li huwa s-superjur tieghu. Jidher li l-argument sahan sew tant li z-zewgt irgiel spiccaw fl-idejn b’Camilleri sahansitra gara taoster fid-direzzjoni ta’ Psaila.

Aktar tard waranofsinhar Camilleri tressaq quddiem il-Magistrat Dr Miriam Hayman mixli b’diversi akkuzi. L-Ispettur Agius akkuza li George Camilleri li minghajr il-hsieb li joqtol jew li jqieghed il-hajja ta’ Psaila f’periklu car billi tefa fid-direzzjoni ta’ Psaila oggett li jista’ jissejah arma irregolari, liema delitt ma giex ezegwit minhabba xi haga accidentali imma li kkawzalu feriti hfief. Huwa gie akkuzat ukoll li attakka jew ghamel resitenza ta’ xorta ohra bi vjolenza lill-istess ragel, ghamel offiza ta’ natura hafifa fuq il-vittma, ghamel hsarat fuq diversi oggetti propjeta’ tal-Gvern ta’ Malta, hedded serjament lir-ragel u qal kliem oxxen jew indicenti u li ghamel gesti oxxeni biex b’hekk offenda l-morali, l-imgieba xierqa jew id-dicenza fil-pubbliku.

George Camilleri wiegeb li mhux hati ghall-akkuzi migjubin kontra tieghu u talab biex jinheles mill-arrest. Il-Qorti laqghet it-talba tieghu u nghata l-liberta’ provizorja fuq garanzija personali ta’ €2,500 u li jiffirma fl-Ghassa tal-Pulizija tal-Hamrun.

Minn John Pisani | November 20, 2008 - 8:43 pm - Fil-Kategoriji Esklussiva, Hold-up, Pulizija, Serq

police-badge

Insterqu aktar minn €3 miljuni f’46 kaz

• Illum kulhadd huwa konxju kemm il-kriminali huma sofistikati u li hafna drabi jkunu pass qabel il-Pulizija. Dan jafuh anke l-istess Pulizija. Ghaldaqstant mhux ta’ b’xejn li l-kriminalità f’pajjizna kompliet tizdied tant li mill-2002 sal-lum saru 346 ‘hold-up’ li nafu bihom ahna. Izda llum se nharsu biss lejn 46 ‘hold-up’ li sehhew f’dan il-perjodu li nqisuhom bhala kbar u cioè fejn insterqu iktar minn €11,747 (Lm5,000) u li sa fejn nafu ahna ghadhom ma gewx solvuti. Interessanti l-fatt li minn din l-istatistika johrog li minn dawn is-46 ‘hold-up’, 19 minnhom saru fil-gurnata tat-Tnejn meta l-vittmi jkunu qieghdin igorru l-flus ta’ tmiem il-gimgha.

F’dawn is-46 ‘hold-up’ insterqu b’aktar minn €3,015,165 (Lm1,294,410) fi flus u gojjelli.

2002

It-Tnejn, 28 ta’ Jannar 2002 – Zaghzugh ta’ 17-il sena, kien il-vittma ta’ ‘hold-up’ li sar fil-hanut ta’ missieru bl-isem ta’ C&M Jewellery” li jinsab fil-qalba ta’ Wied iz-Zurrieq. Zewg hallelin mghammdin u wiehed minnhom armat b’pistola dahlu fil-hanut hekk kif iz-zaghzugh kien qed johrog ‘trolley’ mis-safe. Huma serqu b’madwar Lm17,000 (€39,600) f’oggetti tad-deheb.

Il-Hamis, 14 ta’ Marzu – Hallelin serqu b’Lm5,000 (€11,747) fi flus Maltin u barranin mill-fergha ta’ Thomas Cook f’Paceville. Zewgt irgiel b’wicchom mghotti dahlu fuq impjegata u wara li wiehed minnhom heddidha b’senter issegat, ordnawlha ttihom il-flus.

It-Tnejn, 30 ta’ Settembru – Erba’ hallelin, mghammdin u armati bil-pistoli, dahlu f’bar bl-isem ta’ “Blackbull Pub” f’Paceville u wettqu ‘hold-up’ fuq sid il-lokal. B’kollox insterqu madwar Lm4,500 (€10,482).

Il-Gimgha, 15 ta’ Novembru – Impjegati u klijenti li kienu fil-hanut Mambra f’Hal Luqa gew mheddin b’arma tan-nar. Il-hallelin serqu Lm5,000 (€11,747) fi flus.

Il-Hamis, 21 ta’ Novembru – Ghassies li kien xoghol fil-mahzen ta’ Delicata Winery f’Rahal Gdid, kien mahsud minn erba’ hallelin. Huma serqu s-‘safe’ b’kollox li kien fih Lm5,000 (€11,747) fi flus u ammont iehor ta’ cekkijiet.

2003

Is-Sibt, 1 ta’ Novembru – Mara mix-Xewkija, Ghawdex, li ghandha negozju f’H’Attard, twaqqfet fil-Marsa u wara li giet mhedda, sfat misruqa Lm10,500 (€24,458).

Is-Sibt, 20 ta’ Dicembru – Wiehed mid-diretturi ta’ Smart Supermarket, kien aggredit minn halliel u heddu b’pistola. Il-halliel seraqlu Lm11,000 (€25,623).

2004

Il-Gimgha, 30 ta’ Jannar – Direttur iehor ta’ kumpanija differenti safa vittma ta’ zewg hallelin li serqulu Lm5,600 (€13,044) meta kien fi triqtu biex jiddepozita l-flus.

It-Tnejn, 26 ta’ AprilZewg hallelin serqu Lm6,500 (€15,140) fi flus u cekkijiet f’’hold-up’ li sar f’Ta’ Xbiex fuq ragel li jahdem bhala kontrollur tal-finanzi ghall-kumpanija Monacra Ltd.

It-Tnejn, 30 ta’ Awwissu – ‘Hold-up’ sar fi Triq Fleur de Lys fi Fleur de Lys fuq ragel ta’ 57 sena minn 30-08-2004-fleur-de-lysTas-Sliema, impjegat ma’ Scott’s Supermarket. Zewg hallelin mghammdin u wiehed minnhom armat, serqulu Lm9,500 (€22,129).

Il-Gimgha, 22 ta’ Ottubru – Membri tas-sigurtĂ  tal-kumpanija Security Services sfaw vitttmi ta’ ragel ta’ karnaggjon iswed liebes ‘crash helmet’ bajda u barmil bil-fjuri f’idu u armat b’pistola. Huwa seraq Lm74,000 (€172,374) fi flus.

Is-Sibt, 13 ta’ Novembru – ‘hold-up’ iehor fuq impjegati tal-kumpanija Security Services li sehh f’Misrah G.Debono fl-Imsida. Il-hallelin serqu zewg boroz li kien fihom Lm30,000 (€69,881).

It-Tlieta, 7 ta’ Dicembru – Ragel ta’ 53 sena minn Hal Lija kien fi Triq l-Uqija f’Ta’ l-Ibragg bil-karozza tieghu, serqulu bagalja li kien fiha madwar Lm5,000 (€11,647) fi flus u ammont mhux maghruf ta’ hagar prezzjuz.

It-Tnejn, 20 ta’ Dicembru – Zewg hallelin wettqu ‘hold-up’ iehor fuq impjegat tal-kumpanija Mambra ta’ Hal Luqa fejn insterqu madwar Lm20,000 (€46,587) fi flus kontanti u cekkijiet.

2005

L-Erbgha, 26 ta’ Jannar – Hames hallelin, x’aktarx Taljani, wettqu ‘hold-up’ fil-fergha tal-HSBC li hemm fi Triq Sant’ Andrija f’St. Andrew’s. Waqt dan il-’hold-up’ il-Pulizija li kien ghassa nzamm marbut taht it-tarag. Il-kriminali serqu Lm12,000 (€27,952).

It-Tnejn, 13 ta’ Gunju – Zewg hallelin, mghammdin u wiehed armat b’revolver, wettqu ‘hold-up’ fuq ragel ta’ 60 sena mill-Qrendi. F’dan il-’hold-up’, li sehh fil-Mellieha, insterqu Lm9,000 (€20,964).

It-Tnejn, 4 ta’ Lulju – Tliet hallelin, wiehed minnhom armat b’pistola, wettqu ‘hold-up’ iehor fuq membri tas-sigurtĂ  tal-kumpanija Security Services quddiem il-fergha tal-HSBC ta’ Birkirkara. B’kollox insterqu Lm20,000 (€46,587).

It-Tlieta, 16 ta’ Awwissu – Ragel ta’ 46 sena minn San Pawl il-Bahar spicca vittma ta’ zewg hallelin li 13-06-2005-melliehakienu mghammdin u armati. Il-’hold-up’ sehh fi Triq San Pawl, f’San Pawl il-Bahar fejn insterqu Lm12,700 (€29,583).

It-Tnejn, 24 ta’ Ottubru – Aktar minn €130,000 f’gojjelli nsterqu f’’hold-up’ fin-Naxxar. Tliet Taljani kienu ghadhom kif waslu Malta fejn gabu xi xoghol ghall-hanut ta’ Vascas.

It-Tnejn, 31 ta’ Ottubru – Aktar minn Lm9,000 (€20,964) insterqu minghand zewg impjegati tal-Club de Bingo f’San Pawl il-Bahar meta kienu se jiddepozitaw il-flus fil-bank.

L-Erbgha, 9 ta’ Novembru – Is-sid ta’ Tony’s Confectionery fi Triq Guzè Pace fil-Hamrun spicca 09-11-2005-tonysvittma ta’ tliet hallelin. Zewg hallelin armati hatfu kaxxa tal-kartun li kien qieghed igorr sid il-hanut u li kien fiha kwantitĂ  ta’ sigaretti u borza b’Lm10,000 (€23,293).

Il-Gimgha, 16 ta’ Dicembru – Zewg impjegati tal-Golden Harvest, wiehed ta’ 71 sena l-iehor ta’ 61 sena, kienu mheddin minn zewg hallelin fil-Gzira, li hatfulhom il-basket b’Lm10,850 (€25,273) fi flus u xi cekkijiet.

2006

Il-Gimgha, 17 ta’ Marzu – Hames persuni armati u mghammdin wettqu ‘hold-up’ fuq l-impjegati tal-kumpanija Alf Mizzi and Sons, li tinsab fil-Qasam Industrijali tal-Marsa. Huma serqu Lm13,000 (€30,281).

It-Tnejn, 17 ta’ April – Impjegata li kienet miexja fi triq f’Tas-Sliema sfat vittma u misruqa Lm7,500 (€17,470) minn zewg hallelin mghammdin u armati b’pistola.

Il-Hamis, 22 ta’ Gunju – Ragel ta’ 57 sena mill-Marsa, impjegat ma’ kumpanija tat-taxis spicca vittma ta’ hallelin li wettqu ‘hold-up’ fuqu u serqulu Lm12,000 (€27,952) fi Triq Dun Pawl, f’Hal Luqa.

L-Erbgha, 19 ta’ Lulju – Impjegata tat-Tower Supermarket twaqqfet minn tliet hallelin mghammdin u armati u serqulha Lm10,000 (€23,293) u x cekkijiet.

It-Tnejn, 14 ta’ Awwissu – Erba’ hallellin mghammdin u wiehed armat b’pistola, serqu Lm32,000 (€74,540) u xi cekkijiet f’’hold-up’ fuq zewg impjegati ta’ ‘PDK Exchange Bureau’ f’San Giljan.

L-Erbgha, 23 ta’ Awwissu – F’dan il-’hold-up’ il-hallelin sparaw tiri fid-direzzjoni ta’ zewg membri tas-sigurtĂ  tal-kupanija City Security. Huma serqulhom basket li kien fih Lm80,000 (€186,349).

It-Tnejn, 4 ta’ Settembru – Mara 37 sena minn San Giljan kienet fi Triq it-Tiben, fis-Swieqi, meta twaqqfet minn halliel mghammad u armat li serqilha l-handbag li fih kien hemm Lm5,800 (€13,510).

It-Tnejn, 16 ta’ Ottubru – Impjegat ta’ Charles Grech Co. Ltd. serqulu Lm5,000 €11,646) f’’hold-up’ li sehh fi Triq A. Cuschieri fi Fleur de Lys.

Il-Hadd, 22 ta’ Ottubru – Ragel ta’ 51 sena minn Tas-Sliema kien fi Triq Elija Zammit f’Paceville twaqqaf minn zewgt irgiel armati b’pistola u serqulu Lm5,235 (€12,194) tal-istabbiliment Plush Bar.

2007

Il-Hamis, 8 ta’ Frar – ‘Hold-up’ fuq impjegati ta’ Diamonds International f’San Giljan minn hellelin libsin uniformi ta’ membri tas-sigurtĂ . Huma serqu djamanti, oggetti tad-deheb u arloggi mill-vetrini li kienu stmati madwar Lm100,000 (€232,937).

Il-Gimgha, 23 ta’ Frar – Hallelin wettqu ‘hold-up’ fuq impjegat tal-fabbrika Interbrand fil-Qasam Industrijali ta’ San Gwann. Iz-zewg hallelin mghammdin u wiehed minnhom armat serqu Lm6,000 (€13,976).

It-Tlieta, 10 ta’ April – Anzjan ta’ 76 sena minn Tas-Sliema, li ghandu hanut tat-tabakk fi Triq San Pawl il-Belt insterqulu Lm9,000 (€20,964) f’’hold-up’ fi Triq Onorato Bres f’Ta’ Xbiex.

It-Tlieta, 24 ta’ April – Tliet hallelin mghammdin u armati serqu Lm13,000 (€30,281) minn fuq sid ta’ pompa tal-petrol fiz-Zurrieq.

It-Tnejn, 28 ta’ Mejju – Ragel ta’ 55 sena ta’ nazzjonalitĂ  Gharbija twaqqaf meta kien fi Triq Regjonli f’San Giljan u safa misruq €100,000.

Il-Hamis, 31 ta’ Mejju – Is-sid ta’ “The Bread Mill” f’San Pawl il-Bahar insterqulu Lm5,000 (€11,646) minn zewg hallelin wiehed minnhom armat b’pistola.

It-Tnejn, 16 ta’ Lulju – Direttur tal-Splash&Fun’, li kien fl-ufficcju flimkien mal-ghassies tal-post sfaw wittmi ta’ tliet kriminali mghammdin u armati. Huma serqu Lm20,000 (€46,587).

Il-Hamis, 9 ta’ Awwissu – Anzjana ta’ 70 sena li kienet ghall-kwiet fir-residenza taghha fi Triq l-Isqajjaq f’Hal Tarxien dahlu fuqha erba’ hallelin u heddewha li kienu se joqtluha b’sikkina jekk ma ttihomx il-flus li kellha. Il-hallelin serqu aktar minn Lm5,000 (€11,646) fi flus kif ukoll xi oggetti tad-deheb.

It-Tnejn, 10 ta’ Settembru - Lm7,000 fi (€16,305) insterqu f’’hold-up’ minn zewg hallellin armati li waqfu impjegat tal-istabbiliment ‘World Bargains’ fil-Mosta.

Il-Gimgha, 30 ta’ Novembru – Wiehed mill-ikbar ‘hold-up’s u professjonali f’Malta fejn insterqu 30-11-07-hsbc€1,000,000 u Lm70,000 (€163,056) kollha fi flus kontanti. Sitt hallelin, kollha armati u mghammdin, zammew numru ta’ mpjegati u klijenti ostaggi fil-fergha tal-HSBC ta’ Hal Balzan.

2008

It-Tlieta, 1 ta’ Jannar – Impjegati ta’ l-istabbiliment Gianpula kienu qeghdin jghoddu l-flus li dahlu minn ‘party’ li sar matul il-lejl ta’ l-Ewwel tas-Sena l-gdida. F’daqqa wahda dahlu zewgt irgiel, mghammdin u armati u serqulhom €37,210.

It-Tnejn, 18 ta’ Frar ­- Direttur tal-kumpanija RJC Caterers Ltd. kien avvicinat minn ragel mghammad u armat u seraqlu l-bagalja li fiha kien hemm €15,000 fi flus u xi cekkijiet.

It-Tnejn, 8 ta’ Settembru – Tliet impjegati fil-Lukanda Mellieha Bay spiccaw aggrediti u marbutin minn tliet hallelin armati u li serqu €7,500 mis-‘safe’ u kexxun.

It-Tlieta, 9 ta’ Settembru – F’’hold-up’ li sar f’Ghawdex insterqu €80,000 li kienu f’erba’ kaxxi, maghrufin bhala “cassettes” meta membri tal-Group 4 kienu se jimlew l-ATM tal-Bank of Valletta li tinsab fil-kumpless “Arkadia”

It-Tnejn, 29 ta’ Settembru – Wara l-loghob tal-futbol ta’ tmiem It-Tnejn, tliet hallelin serqu €20,000 f’’hold-up’ fuq tliet impjegati tal-Malta Football Association. F’dan il-’hold-up’ wiehed mill-hallelin spara tir fl-ajru biex ibezza’ lill-vittmi.

Minn John Pisani | November 19, 2008 - 11:32 am - Fil-Kategoriji FAM, Rabja

fam-19-11-08Kastigi trippli ghas-suldati

Suldati fil-Forzi Armati ta’ Malta jinsabu urtati ghal mod kif isiru l-affarijiet fi hdan l-Armata fejn meta suldat jinstab li naqas, il-kastig li jinghata ghall-istess nuqqas ikun triplu.

Sorsi fil-FAM ilmentaw li suldati jigu kkastigati iktar minn darba ta’ nuqqas li jkunu ghamlu. Huma spjegaw li meta suldat jaqla’ ‘charge’, jinghata l-kastig li jkun haqqu u li jista’ jikkonsisti f’multa jew ikun ordnat jaghmel ghassa zejda. Izda minkejja li s-suldat ikun hallas ghan-nuqqas tieghu, ghall-Armata dan mhux bizzejjed.

Fil-fatt meta jaslu biex jinaghtaw il-promozzjonijiet is-suldat jerga’ jigi kkasitgat ghall-istess nuqqas li jkun ghamel peress li jitnaqqsulu l-punti ghal dak ic-‘charge’. Iktar minn hekk, wara li jkun ilu 18-il sena fis-servizz u suppost jigi ppremjat bil-medalja tas-servizz, is-suldat jerga’ jigi mcahhad minn din il-midalja fuq l-istess nuqqas. B’hekk ghall-istess nuqqas jigi kkastigat tliet darbiet.

Li kieku kien reat fil-Qorti Kriminali, din ma tistax issir minhabba dik maghrufa bhala ‘Double Jeopardy’. Din tfisser li hadd ma jista’ la jkun akkuzat fuq l-istess reat aktar minn darba u lanqas ikun ikkastigat aktar minn darba ghall-istess reat.

Sadanittant is-suldati, sar-rank ta’ Maggur, minkejja li nghataw iz-zieda kif kienet imweghda s-sena l-ohra, il-procedura ttawlat b’sentejn. Fil-Bagit tas-sena l-ohra l-eks-Segretarju Parlamentari Tony Abela, li dak iz-zmien kien responsabbli mill-FAM, habbar li se tinghata zieda fl-iskali tal-paga tas-suldat. Kien wieghed li dawns se jizdiedu zewg skali ghal gradi minn Gunner sa Bombardier u skala wahda ghall-kumplament tal-gradi l-ohrajn. Kellhom suppost jigu mqassmin fuq perjdu ta’ tlett snin. Izda fil-fatt din il-weghda ma nzammitx tant li s-suldati gew informati li z-zieda mweghda se tkun fuq perjodu ta’ hames snin meta fl-istess hin il-Kulunelli hadu z-zieda, li hija hafna ikbar minn tas-suldat iz-zghir, b’effett immedjat u kollha kemm hi.

Ilment iehor li s-sorsi gibdulna l-attenzjoni u li jidher li tfacca ricentament, huwa dwar mard jew korriment. Is-sorsi qalulna li jekk suldat ikun daqshekk zvinturat li jwegga’, jimrad jew jinhakem minn xi kundizzjoni li timpedih milli jaghmel xi xoghol partikolari ghal tul taz-zmien, tinzamlu z-zieda ta’ l-iskala. Qieghed jinghad li se jinzamm ‘Increment’, izda skont is-sorsi taghna qalulna li Gunner li jkun ilu iktar minn seba’ snin ma jkollux iktar ‘Increments’ x’jiehu izda xorta gew avzati li se tinzammilhom iz-zieda. Dan ifisser, qalulna s-sorsi, li fil-fatt se tinzamm l-iskala u mhux l-‘incriment’.

Is-sorsi qalulna izda li din mhix ordni li nharget mill-Awtoritajiet tal-FAM izda minn ufficjal fl-Ewwel Regiment fuq inizjattiva tieghu personali u li tmur kontra r-regolamenti tal-FAM.

Anke fil-process tal-promozzjonijiet jidher li hemm it-tahwid. “Meta nigu ghall-promozzjonijiet qieghed jerga’ jsir l-istess tahwid li sar fl-ahhar tlett ezercizzji. Fejn qabel kien jinghataw punti ghall-anzjanità, jidher li issa l-anzjanità ma giet tiswa xejn”, qalilina ufficjal fl-Armata.

Huwa spjegalna li suldat li jkun ilu ftit snin u dahal suldat b’certifikat minn barra, bhal ma huwa dak tas-‘City & Guilds’, qed jigi meqjus bhala iktar importanti minn suldat li jkun ilu d-doppju jew it-triplu tieghu fis-servizz jaqdi dmiru bl-ikbar lealtà. Din saret biex ikunu agevolati s-suldati godda li qieghdin jidhlu b’diversi certifikati u whud minnhom maghzulin ghall-kulur politiku taghhom.Xi haga ohra li s-suldati qieghdin jiddiskrivu bhala ingusta uninumana u li x’aktarx tmur kontra d-drittijiet umani, hija l-ordni li jridu jaghmlu ghassa ghal 24 siegha. Izda aghar minn hekk hija li wara 24 siegha ghassa, is-suldat irid jibqa’ x-xoghol minflok imur jistrieh u jaghmel dak li kollu li jkun hemm bzonn, fosthom anke jista’ jkun ordnat imur jispara, jitla’ fuq helikopter, abseiling u ordnijiet ohrajn.

Ufficjal gholi fil-FAM stqarr ma’ dan il-gurnal li anke din hija decizjoni ta’ certi ufficjali fil-kmand u mhux procedura. L-iktar li suldat jista’ jinzamm xoghol wara 24 siegha ghassa hija xi rehearsal ta’ parata u din issir tard filghodu. L-ordni li suldat jintbghat jaghmel xoghol jew tahrig wara 24 siegha xoghol tmur kontra l-ligi tas-sahha u s-sigurtà fuq il-post tax-xoghol, qalilna l-istess ufficjal.

“Jista’ jkun li l-mohh ikun ghadu f’kundizzjoni tajba wara dak il-hin kollu”, staqsew is-sorsi. Huma qalulna wkoll li jekk is-suldat jonqos f’xi haga, il-probabilità hija li jinhareg ‘charge’ kontrih li jiswielu qares fil-karriera tieghu.

Minn John Pisani | November 16, 2008 - 8:38 pm - Fil-Kategoriji Accident, Ambulanzi, Emergenza, Pulizija, Pulizija tal-Mobile, Sptar Mater Dei

mgarr-mva-15-11-08

Zaghzugh jehlisha mill-mewt f’accident gravi

Luke Vella mill-Imgarr, Malta, li fit-18 ta’ Dicembru jaghlaq 20 sena, jista’ jghid li rega’ twieled mill-gdid nhar is-Sibt, 15 ta’ Novembru 2008 fit-3.30 a.m. meta sofra xi griehi izda helisha mill-mewt f’accident gravi hafna.

Il-kaz sehh fi Triq l-Imgarr meta dak il-hin Luke Vella kien qed jirritorna d-dar. Kif wasal kwazi fl-ahhar bicca tat-triq qabel idur ghal Triq iz-Zebbiegh, Vella tilef il-kontroll tal-karozza BMW, tela’ fuq il-bankina u baqa’ jsuq ghal madwar 30 metru fuq il-bankina u habat b’impatt enormi f’hajt ta’ ghalqa. L-impatt tant kien qawwi li l-BMW litteralment spiccat maqsuma u zarmata kollha.Kull ma kien fadal shih mill-karozza hija l-bagoll u l-fanali ta’ wara biss.

Dak il-hin fl-inhawi kien hemm unit tal-Pulizija mill-Iswadra tal-Mobile li waslu fuq il-post fi ftit minuti. Il-Kuntistabblijiet Raymond Saliba u Mark Cremona, flimkien ma’ sewwieq li kien ghaddej, taw l-ewwel ghajnuna liz-zaghzugh. Huma sabuh bil-qieghda fl-art fejn suppost kien hemm il-qiegh tal-karozza. Biex inqala’ minn fejn kien il-Pulizija kellhom jelevaw ftit l-isteering u hargu lil Vella sakemm fuq il-post waslet ambulanza b’infermier li taw l-ewwel ghajnuna medika liz-zaghzugh. Fuq il-post tal-accident marru wkoll il-membri tal-Protezzjoni Civili li komplew jassistu fl-operazzjoni ghalkemm din id-darba ma kellhomx ghalfejn iqacctu l-ebda parti tal-karozza biex jinhareg is-sewwieq.

Ix-xena tal-accident kienet impresjonanti. Il-makna inqalghet minn postha, ir-radiator ukoll inqala’ spicca imwahhal fil-hajt u diversi partijiet tal-karozza tferxxu ghal diversi metri tul it-triq. Qraba ta’ Vella li gew fuq il-post ukoll baqghu impresjonati u ddiskrivew il-fatt li Luke sofra biss xi griehi bhala “miraklu”.

Is-Surgent Annmarie Vella flimkien mal-Kuntistabbli Ronnie Marmara mill-Ghassa tal-Mosta hejjew rapport tal-accident.

Minn John Pisani | - 8:33 pm - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija, Pulizija

Regghu nqabzu nies b’aktar anzjanità

Fil-jiem li gejjin mistennija jithabbru ufficjalment il-promozzjonijiet fi hdan il-Korp tal-Pulizija fil-gradi ta’ Assistenti Kummissarji u Supretendenti fejn ghal darb’ ohra se jergghu jinqabzu ufficjali b’anzjanità u servizz twil.

Il-Kummissjoni ghas-Servizzi Pubblici (PSC) ghadha kif harget ufficjalment il-lista ta’ kemm gabu marki s-Supretendenti li applikaw biex isiru Assistenti Kummissarji kif ukoll tal-Ispetturi li se jsiru Supretendenti. Il-lista, kif inghataw il-marki lis-Supretendenti hija din: Bertu Mula (81), Antoine Casha (80), Pierre Calleja (79), Neil Harrison (77), Neville Aquilina (74), Raymond G. Zammit (72), Mario Spiteri (71), Edward Mangion (69), Lorry Cutajar (68), Martin Bayliss (67), Sandra Mamo (66), Peter Paul Zammit (65), Sandro Gatt (64), Neville Xuereb (63), Carmelo Bartolo (62) u Sharon Tanti (60). Kien hemm ohrajn li izda ma gabux il-minimu ta’ 60.

Minn din il-lista is-Supt. Raymond G. Zammit, Lorry Cutajar u Martin Bayliss ghandhom snin ta’ anzjanità wara Bertu Mula izda mhumiex se jinghataw il-promozzjoni. Sorsi fid-Depot tal-Pulizija qaluli li s-Supretendent Mula, li ilu jistenna li jinhatar, dan l-ahhar meta applika biex jinghata estenzjoni biex ikun jista’ jibqa’ fil-Korp sa l-età ta’ 62 sena bhal ma gara fil-kaz tal-A.K. Alfred Abela, l-Amministrazzjoni tal-Korp irrifjutatlu t-talba. Ghaldaqstant is-Supretendent Mula kull ma fadallu fis-servizz huwa sa Jannar 2009. Is-sens komun jghidlek li la l-PSC hasset li s-Supretendent Mula ghadu validu u jista’ jkompli jaghti kontribut siewi lill-Korp u lill-pajjiz, tant li rrakomandatu ghal Assistent Kummissarju bl-aktar marki gholjin, allura l-Korp ghandu jirtira d-decizjoni tieghu u jgedded is-servizz ta’ Bertu Mula b’sena ohra, sostnew is-sorsi.

B’hekk tqajmu diversi mistoqsijiet fosthom jekk Bertu Mula jispicca f’Jannar li gej, se jitla’ post Raymond Zammit u johodlu postu? Se jergghu jifthu l-applikazzjonijiet mill-gdid? Jew mhu se jinhatar hadd minfloku u allura lil Mula tawh din il-promozzjoni biex isewwu l-ingustizzja li saret mieghu matul is-snin fejn inqabez diversi drabi u ma jkunx jista’ jilmenta?

Supretendenti

Fil-jiem li ghaddew anke l-Ispetturi fi hdan il-Korp tal-Pulizija li applikaw ghall-promozzjoni ghar-rank ta’ Supretendent ircevew ir-rizultat tal-interview u kif gew ikklasifikati. Ma naqasx li ghal darba’ ohra l-anzjanità u l-esperjenza ma gietx ikkonsodrata tant li spetturi bi snin ta’ servizz regghu thallew barra.

Suppost ghandhom isiru tmin Supretendenti izda mhux qed ikun eskluz li dawn jizdiedu fejn qed ikun allegat li dan se jsir wara li kien hemm li wera li kien urtat. Il-lista bil-marki kif inghataw lill-Ispetturi hija din: Domenic Micallef (78), Stephen Gatt(75), Silvio Valletta (74), Paul Vassallo (72), Paul Caruana (70), Sandro Zarb (69), Josef Petroni (68), Marco Mallia (67), Abraham Zammit (66), Simon Galea (65), Norbert Ciappara (64), Carmel Magri (63), Martin Sammut (62) u Anthony Cassar (61). Ohrajn li gabu inqas minn 60, li hija l-marka minima, ma tnisslux fil-lista.

Fost dawk li se jinqabzu hemm l-iktar wiehed anzjan, l-Ispettur Paul Bond li ilu Spettur mill-1 ta’ April 1979, warajh Anthony Cassar li ilu mit-2 ta’ April 1987, Frans Micallef li ilu mit-18 ta’ Novembru 1989 u Pierre Micallef Grimaud li ilu Spettur mill-15 ta’ Marzu 1990.

Sorsi qrib id-Depot tal-Pulizija qaluli li mindu ftit snin ilu dahlet is-sistema tal-interviews u mhux jintaghazlu skont l-anzjanità u l-kapacitajiet taghhom, diversi ufficjali qieghdin ihossuhom li qed issir ingustizzja maghhom. Dan minhabba li jekk ikun hemm min ma jimpressjonax b’ilsienu quddiem tliet persuni imma minn naha l-ohra jkollu rekord tajjeb kemm ilu fis-servizz, jibqa’ ma jinghatax il-promozzjoni li jkun haqqu.