Akkuza lill-politici Maltin li huma razzisti
Ahmet Bugre taâ 42 sena mill-Ghana, impjegat fultajm maâ Suret il-Bniedem biex imexxi c-Centru Miftuh tal-Marsa, fâintervista li ta lil âNeus Deutschlandâ ikkritika lill-Awtoritajiet Maltin, fosthom lill-Gvern, l-Armata, il-Pulizija u anke xi ftit lill-Knisja. Din l-intervista qajmet rabja kbira tant li l-Gvern Malti irrisponda ghall-allegazzjonijiet li ghamel Bugre. Fost il-kritika iebsa li ghamel Bugre, huwa akkuza lill-politici Maltin li huma razzisti.
L-intervista giet ippubblikata nhar it-Tlieta, 16 taâ Settembru taht it-titlu âIndhil mill-Militar u l-Pulizija hija okkorenza taâ kuljum â Il-kundizzjonijiet tac-Centri tad-Detenzjoni tar-Refugjati fâMalta huma tal-bizaââ.
Bugre, li gie Malta 18-il sena ilu biex jistudja l-ligi u li mistenni jiggradwa din is-sena, qal li jahdem bhala âsacerdotâ u konsulent ghar-refugjati fâisem il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Ahmet Bugre huwa mizzewweg Maltija u ghandhom tlett itfal.
Mistoqsi minn âNeus Deutschlandâ dwar is-sitwazzjoni tar-refugjati fâMalta anke fid-dawl tat-tragedji li sehhew dan l-ahhar, Bugre qal li âissa saret xi haga taâ kuljum fâMalta, fejn sa ghaxar kadavri jittelghu mill-bahar jew fil-bajjiet taâ Malta kuljum.â
Huwa gie mistoqsi kif inhi l-hajja fic-centri tar-refugjati fâMalta. Bugre qal li dawn proprjament huma centri taâ detenzjoni fejn fâkamra wahda jitpoggew aktar minn 30 persuna. Huwa qal li ma hemm ebda eccezzjoni fejn irgiel, nisa u tfal jitpoggew flimkien fâkamra wahda.
âKultant dawn ikunu minn 18-il pajjiz differenti,â sahaq Ahmet Bugre.
Huwa kompla jghid li l-vjolenza mhix eccezzjoni. L-abbuz tal-alkohol u l-konsum tad-droga qeghdin jizdiedu minhabba l-istennija fit-tul u li jithallew fâincertezza, minghajr postijiet taâ divertiment, bla tahrig edukattiv u bla permessi tax-xoghol. Dawn iwasslu ghal attentati taâ suwicidju.
âMeta jkunu trasferiti fâcentru miftuh, taht il-kampijiet, isibu l-kundizzjonijiet fejn joqoghdu, sahha, igjene u privatezza huma mizerabbli. Dawn il-postijiet huma disinnjati biex jakkomodaw mijiet imma fil-fatt bhalissa hemm eluf,â qal Bugre.
Dwar id-drittijiet umani tal-klandestini fâMalta, Bugre qal li fâMalta qatt ma kien hawn politika ufficjali dwar l-immigrazzjoni u ghaldaqstant ma jsir ebda sforz ghall-integrazzjoni.
âIl-Gvern u l-Oppozizzjoni jaqblu fil-wisaâ li jaghmlu l-hajja tar-refugjati fâMalta mill-aktar mhux attraenti kemm jistaâ jkun,â qal il-Ghaniz lill-Germanizi.
Mistoqsi dwar ir-rwol tal-pulizija u s-suldati, Ahmet Bugre qal li dawn jipprovaw juru l-aktar lat bâsahhtu taghhom fil-konfront tal-klandestini. âL-ghan taghhom huwa li jzommu lir-refugjati âl boghod kemm jistaâ jkun mill-gzira. L-indhil u l-attakki fic-centri taâ detenzjoni, kif ukoll fâpostijiet pubblici huma xi haga taâ kuljum. Ricentament ragel Sudaniz kien brutalment imsawwat fâbar. Dan mhux kaz izolat. Sal-lum, ma nafx li xi hadd gie kkastigat dwar dan,â qal Bugre.
âNeus Deutschlandâ staqsa lil Ahmet Bugre jekk fâMalta hawnx razzizmu. âIva u l-politici Maltin huma fuq taâ quddiem.â Ahmet kompla jghid li mhux taâ bâxejn li l-kampijiet (centri) jinsabu barra mill-irhula. Huwa qal li r-refugjati fâMalta huma totalment izolati. Ma jridux lill-Afrikani jigu fâkuntatt mal-Maltin. Barra minn hekk hawn pregudizzju dwar epidemiji u mard biex jinghata ragun ghall-izolament.
Ahmet Bugre kkritika wkoll lill-midja Maltija, fejn qal li jinkitbu biss rapporti dwar l-Afrikani minkejja li fâMalta qeghdin jigu nies mill-pajjizi tal-Ewropa tal-Lvant, fosthom mill-Ukrajna.
âIrridu nkunu onesti bizzejjed u nammettu li n-negozjanti lokali qeghdin jaghmlu profitti minn fuq l-immigranti bhalma huwa xoghol tal-gurnata fil-lukandi, kostruzzjoni u jikinsu t-toroq. Imma dan kollu jinzamm fis-silenzju,â sahaq Bugre.
U xâghandu jsir, gie mistoqsi Bugre. Huwa qal li internatment xejn mhu se jsir. Il-pressjoni trid tigi mill-NGOs minn stati tal-UE. Huwa qal li hemm bzonn li osservaturi indipendenti jaghmlu spezzjonijiet regolari inkella xejn mhu se jinbidel, kif ilu jsir fis-snin taâ qabel.
Fl-ahharnett âNeus Deutschlandâ staqsa lil Ahmet Bugre xâinhi taghmel il-Knisja taâ Malta.
âIl-kelma tal-Knisja hija taâ importanza, imma l-kbarat ma jihdux pjacir jindahlu fl-affarijiet tal-politika. Ma jridux li jhassru r-relazzjoni mal-Gvern,â qal Ahmet Bugre.
Il-Gvern Malti, permezz tal-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern kien pront u rrisponda ghal din l-intervista. L-ewwelnett gie ccarat li Bugre mhux impjegat mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin izda maâ Organizzazzjoni Mhux Governattiva u ghalhekk mhux minnu li huwa konsulent fâisem il-Gvern Malti. Intqal ukoll li mhux veru li kuljum jinstabu ghaxar kadavri fil-bajjiet taghna u dawn il-figuri huma esagerati.
Dwar il-FAM, dawn qeghdin jaghmlu minn kollox biex isalvaw il-hajja taâ nies minn fuq il-bahar u dejjem irrispondew ghal kull sejha li tasal.
Il-Ministeru cahad ukoll dak li qal Bugre dwar ic-Centri taâ Detenzjoni. Dwar familji bit-tfal, nisa tqal u tfal minghajr familja, dawn ma jitpoggewx fid-detenzjoni imma jigu trasferiti fâresidenzi. Il-Ministeru qal li filwaqt li c-centri fejn jinzammu l-immigranti huma bazici, fl-istess hin huma adekwati. Gie michud ukoll li hemm abbuz mix-xorb alkoholiku u d-droga bhal ma gie michud ukoll li l-awtoritajiet Maltin jipprovaw jaghmlu pajjizna mhux attraenti ghar-refugjati.
L-akkuza taâ Bugre dwar razzizmu min-naha tal-Pulizija u l-Armata huma ghal kollox infondati anzi dawk l-immigranti li jikkonsidraw li ntuzat xi vjolenza fuqhom, huma fil-libertĂ kollha li jirrapportaw.
Il-Pulizija kollha kif ukoll is-suldati huma obbligati li ma juzawx forza mhux gustifikata u jekk jirrizulta li ntuzat forza eccessiva, jittiehdu passi kontra taghhom. Fl-ahharnett il-Ministeru cahad li l-Maltin huma razzisti.
Sadanittant mhux maghruf jekk il-Knisja hix se tirrispondi ghall-kritika li saret dwarha jew jekk il-Kappuccini humiex se jiehdu xi passi fil-konfront taâ Ahmet Bugre peress li Suret il-Bniedem, li maghha jahdem Bugre, hija mmexxija minnhom.




