Salvat Simon Bugeja wara gimgha bejn sema u ilma
TRAGEDJA- Tlieta nstabu mejtin, ghadu nieqes it-tifel iz-zghir

Simon Bugeja fuq il-helikopter fi triqtu ghall-Isptar
Tahlita taâ emozzjonijiet hakmet mhux biss ir-rahal taâ Marsaxlokk fâdawn il-jiem, izda konfuzjoni minhabba rapporti u xnieghat li bdew jinghadu. Id-dieqa li kien hemm fâMarsaxlokk nhar il-Gimgha, 18 taâ Lulju hekk kif griet l-ahbar li sajjieda Xlukkajri kienu sabu zewg kadavri fil-bahar, dawk taâ Karmenu Bugeja taâ 60 sena maghruf bhala ât-Tabakkuâ u taâ Noel Carabott taâ 33 sena maghruf bhala âMardockâ, kompliet tefghet lil dan ir-rahal fâluttu shih. Evidenti t-tragedja li laqtet lill-erbaâ sajjieda u tfajjel taâ 11-il sena li kienu fuq il-bastiment ta-sajd âSimsharâ li ntilef bejn sema u ilma bejn Malta u Lampedusa.
Bâsorpriza pozittiva Simon Bugeja taâ 35 sena nstab haj aktar tard iggranfat maâ sufra kbira wara li kien ilu aktar minn gimgha fil-bahar wara li sehhet spluzjoni fuq il-bastiment tas-sajd âSimsharâ. Sfortunatament baqaâ ma nstabx ibnu Theo taâ 11-il sena.
Kienet l-iskuna Maltija âGrecaleâ taâ Raymond Bugeja li sabet lil Simon fâqaghda gravi kawza taâ hruq izda haj. Peress li aktar qabel kien instab Karmenu, missier Simon, xi hadd fuq ir-radju ghadda messagg li kien instab âit-tifel hajâ. Din l-ahbar tat l-impressjoni li kien instab ukoll Theo, it-tifel taâ 11-il sena li huwa iben Simon. Dan kien ikkonfermat anke minn diversi sorsi fejn mart Simon, u omm Theo, hadu nifs qawwi wara sebat ijiem taâ tensjoni u qtigh il-qalb.
Izda l-ahbar li kienu sabu lil Theo haj sfumat fix-xejn. Madankollu ghad hemm it-tama li jistaâ jinstab haj dan ghax skond Simon, ibnu kien marbut maâ fliexken biex jibqaâ fil-wicc tal-bahar.
Kien Simon Bugeja li qal lil dawk li salvawh li kienet sehhet spluzjoni fil-makna u ma kienx hemm hin la li jilbsu l-life-jackets u lanqas li jibaghtu sinjal ghall-ajjut. Izda rnexxielhom izommu fil-wicc maâ sufri u affarijiet ohrajn.
Wara li Simon ittellaâ fuq il-âGrecaleâ intbaghtet fuq il-post il-Patrol Boat P51 li fuqha digĂ kien hemm il-kadavru taâ Karmenu. Kienu mumenti taâ ferh u dieqa fl-istess hin ghal Simon. Huwa deher li kien qieghed isofri minn hruq fâdahru u fuq quddiem taâ gismu. Huwa kellu wkoll sinjali taâ gdim tal-hut fâriglejh. Il-fatt li Simon irnexxielu jsalva wara aktar minn gimgha bejn sema u ilma minghajr ilma, ikel u bâferiti serji, gie deskritt minn sajjieda Xlukkajri bhala âmirakluâ.
Kien ghal habta tad-9.00 p.m. li l-helikopter tal-Missjoni Militari Taljana wasal fuq il-post fejn l-operazzjoni kellha tkun li jtellaâ fuqu lil Simon u lil ibnu Theo peress li sa dak il-hin kollox kien jindika hekk. Izda fil-fatt kien biss Simon li kien hemm haj fuq il-P51 u l-kadavru taâ missieru. Huwa twassal l-Isptar Mater Dei fl-10.05 p.m. fejn kien hemm ghal-lest tim mediku jistenna kif ukoll xi qraba.
Tard nhar il-Gimgha dan is-sit elettroniku tkellem maâ Amante Bugeja permezz tal-mowbajl tas-satellita meta dawn kienu madwar 60 mil nawtiku âl barra minn Malta. Amante qalilna li kien hemm tmin opri tal-bahar taâ Xlukkajri li qeghdin ifittxu. Huwa qal li minhabba li kien dalam sew kellhom jieqfu izda se jkomplu maâ l-ewwel dawl bit-tama li jinstab Theo u r-ragel barrani, Abdulrahman Abdala Gedi, Somalu taâ 21 sena, hajjin.
Sadanittant l-ewwel kadavru nstab minn sajjieda li kienu fuq l-iskuna âLaura 2â nhar il-Hamis ghal habta taâ l-10.00 p.m. madwar 60 mil nawtiku fil-Lbic taâ Malta, fl-istess inhawi li l-bastiment âSimsharâ kien qieghed jistad ghall-pixxispad. L-iskuna âLaura 2â hija wahda mill-iskejjen u basitmenti taâ sajjieda Maltin li fâdawn l-ahhar jiem hargu jfittxu ghal shabhom u hija proprjetĂ taâ Jesmond Baldacchino, kugin taâ Simon Bugeja.
Dawk li sabu l-kadavru mill-ewwel indunaw li setaâ kien taâ Carabott minn tpingija fuq idu u zaqqu. Fuq il-post marret il-Patrol Boat P52 fejn ghal habta tas-2.15 a.m. gabru l-kadavru u dahhluh fil-Bazi tat-Taqsima Marittima tal-FAM fâXatt it-Tiben.
Minkejja li l-kadavru kien fi stat taâ dikompozizzjoni, it-tpingija baqghet tidher. Ghalhekk wara li ttiehdu r-ritratt tat-tpingija, gew ikkuntattjati z-zewg familji, dik taâ Bugeja u taâ Carabott. Huwa mifhum li kienet Stephania, mart Noel, li identifikat it-tpingija bhala dawk taâ zewgha.

M'Xlokk f'luttu
Aktar tard, fil-4.40 p.m. l-ekwipagg fuq il-helikopter tal-Missjoni Militari Taljana fâMalta innota xi haga fil-bahar fl-istess inhawi li nstab Carabott. Ghaldaqstant huwa sejjah l-eqreb opra tal-bahar li nzertat kienet l-iskuna âIl-Madonna tal-Karmnuâ li fuqha kien hemm hu Simon, Marvin u hu Karmenu, Amante. Kif waslu qrib sabu l-kadavru taâ Karmenu ât-Tabakkuâ. Jidher li s-sajjieda ntalbu jbidlu l-frekwenza tar-radju biex ikomplu jikkomunikaw mal-helikopter.
Gara li l-konversazzjoni, fosthom li kien instab il-kadavru taâ l-anzjan, giet intercettata minn xi sajjieda ohrajn li ghaddew l-ahbar lil stazzjonijiet tat-televizjoni. Meta din giet imxandra fl-ewwel ahbarijiet, il-familja Bugeja hadu x-xokk qawwi ghax sa dak il-hin ma kinux jafu bl-ahbar hazina.
Intant hekk kif kien hemm konferma li Xlukkajri kienu mietu, fir-rahal tas-sajjieda bdew jittajaru l-bnadar âmezzâ astaâ bâturija taâ rispett. L-ewwel ma nizlet kienet dik fuq ic-Centru Laburista, tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll dik tal-Kunsill Lokali.
âMeta jmut xi hadd minn Marsaxlokk, l-aktar fi tragedja, hu min hu l-bnadar jinzlu. Fâkaz bhal dan hadd ma jhares lejn il-politika ghax hawn kollha familja wahdaâ, qalilina Xlukkajr.
Meta morna Marsaxlokk sibna t-trakk taâ Simon ipparkjat fuq il-moll fejn hallieh nhar it-Tnejn, 7 taâ Lulju qabel salpa ghas-sajda taâ pixxispad. Ftit âil boghod, fejn is-soltu jkun hemm marbut is-âSimsharâ, ghad hemm il-fallakka li Simon Bugeja juza biex jitlaâ fuq il-bastiment u l-hbula li jorbot bihom.
Sadanittant il-FAM komplew bit-tfittxija din id-darba permezz taâ helikopters peress li l-ajruplan Islander kellu jithalla l-art biex issirlu l-manutenzjoni. Fâxi hin instabet gakketta safra fâwicc il-bahar fl-istess inhawi izda jidher li din kienet ilha fil-bahar minhabba li kellha l-koccli maghha. Din ittellghet mill-bahar biex bhala procedura tintwera lill-qraba tas-sajjieda li kkonfermaw li ma kinitx tal-qraba taghhom.
Fit-tfittxija nghaqdu wkoll diversi sajjieda Maltin. Biex ikopru zona kbira s-sajjieda fi tmin skejjen u basitmenti tas-sajd, infethu fâforma taâ mrewha. Din it-tattika giet imfahhra minn ufficjali fil-FAM li segwew il-hidma tat-tfittix.
Joseph Zahra, is-Segretarju tal-Koperattiva tas-Sajjieda, qal lil dan il-gurnal li din hija l-ikbar tragedja li qatt misset lis-sajjieda Xlukkajri fâdawn l-ahhar 60 sena.
âLi ma ssib xejn minn bastiment bhal ma huwa s-âSimsharâ, hija kbira. Xi haga jkun hemm fil-wicc u mhux xejnâ, qalulna sajjieda membri tal-Koperattiva li kompla jishaq li l-bahar kien kalm hafna. Huma spjegawlna wkoll li l-bastiment ghandu apparat maghruf bhala EPIRB (Emergency Position Indicating Radio Beacon) li jitfaâ sinjali fâkaz taâ gharqa jew emergenza ohra.
L-alarm li s-âSimsharâ ma rritornax inghata minn Sharon Bugeja, mart Simon, nhar is-Sibt fis-7.00 p.m. wara li ma kien hemm ebda sinjal taghhom. Is-âSimsharâ, li ismu huwa parti minn isem Simon u parti minn taâ martu Sharon, hareg minn Marsaxlokk nhar it-Tnejn, 7 taâ Lulju fejn baqghu sejrin madwar 70 mil fil-Punent taâ Malta u qrib il-gzira Taljana taâ Lampedusa.
Mietu jum wara jum ⌠quddiem ghajnejn Simon
Simon Bugeja taâ 35 sena, instab haj nhar il-Gimgha ghal habta tat-7.55 p.m., 68 mil âil barra minn Marsaxlokk u madwar 30 mil âil boghod minn fejn splodiet is-âSimsharâ. Huwa nstab mill-bastiment tas-sajd Maltija, il-âGrecaleâ iggranfat maâ âsufraâ kbira maghmula minn ghexieren taâ fliexken tal-plastik mimlijin bil-gablo.
Wara li ttellaâ abbord il-âGrecaleâ, Simon irrakkonta lill-kaptan taâ dan il-bastiment li ibnu Theo kien ghadu haj, iggranfat mieghu, sakemm kmieni l-Gimgha fil-ghodu, zelaqlu min idejh u spicca fil-bahar. Huwa qal li ibnu kellu marbutin maâ idejh fliexken tal-plastik mimlijin gablo li zgur qed izommuh fil-wicc u anke qallu fâliema pozizjoni qieghed.
Skond Simon, l-ispluzjoni fuq il-bastiment tieghu sehhet il-Hamis bil-lejl â 10 taâ Lulju – madwar 70 mil fil-Punent taâ Malta, qrib il-gzira taâ Lampedusa, waqt li kienu gejjin lura Malta. Huwa qal li semaâ hoss fl-âengine roomâ u meta nizel jara xâgara sehhet l-ispluzjoni u hu u t-tliet sajjieda l-ohra â missieru Karmenu taâ 60 sena maghruf bhala ât-Tabakkuâ, Noel Carabott taâ 33 sena maghruf bhala âMardockâ, Abdulrahman Abdala Gedi u ibnu Theo taâ 11-il sena â spiccaw kollha fil-bahar.
Simon qal li maâ l-ispluzjoni s-âSimsharâ tkissret kompletament u gherqet. Kif ra hekk beda jigbor il-fliexken tal-platik li nfirxu fil-bahar u âbenaâ sufra kbira fejn maghha ggranfaw il-hames sajjieda, bârashom biss âil fuq minn wicc l-ilma.
Skond Simon, l-ewwel ma miet kien is-sajjied Somalu. Dan miet is-Sibt fil-ghodu â jumejn wara l-ispluzjoni â u tefghu fil-bahar. Ufficjalment il-kadavru taâ dan il-barrani ghadu ma nstabx.
Imbaghad l-ghada l-Hadd miet Noel u ghalhekk tefghu wkoll il-bahar. Il-kadavru taâ Noel nstab il-Hamis â gimgha wara l-ispluzjoni â ghal habta taâ l-10.00 p.m. mill-iskuna âLaura 2â, fl-istess akwati, 60 mil nawtiku fil-Lbic taâ Malta, fejn sar l-ahhar kuntatt bejn is-âSimsharâ u l-art.
Il-kadavru taâ Noel, li kien fi stat qawwi taâ dekompozizzjoni iddahhal fil-Bazi Marittima tal-FAM fâXatt it-Tiben ghal habta tas-2.15 a.m. tal-Gimgha. Il-kadavru tieghu gie ddentifikat minn marti Stephania li gharfitu minn zewg tatoos li kellu impigijin fuq dahru u spalltu.
Wara li miet Noel, fuq s-sufra, iggranfati flimkien ghal hajjithom kien hemm biss il-membri tal-familja taâ Simon, missieru Karmenu u ibnu Theo. Sfortunatament, Karmenu miet it-Tnejn u bâghafsa taâ qalb kellu jhallih jitlaq mal-kurrent, imma qabel ghamel dan, rabatlu l-fliexken tal-plastik bil-gablo biex il-kadavru tieghu jinzamm fâwicc l-ilma halli jinstab. Fil-fatt il-kadavru tat-âTabakkuâ instab ghal habta tal-4.40 p.m. tal-Gimgha.
Sa dan il-mument, Simon kien ghadu ma nstabx u l-Gimgha fil-ghodu, it-tragedja kompliet tikber ghal Simon, hekk kif hin minnhom, ibnu Theo zelaqlu minn idu u spicca tkaxkar mal-kurrent. Simon qal li ibnu ghandu marbutin mieghu l-istess fliexken tal-plasttik mimlijin gablo u ghalhekk zgur mhux se jinzel taht wicc il-bahar. Simon qal li dak il-hin ibnu kien ghadu haj.
Waqt li l-P51 kienet qieghda tirritorna lura l-bazi bil-kadavru taâ Karmenu, ghal habta tat-7.55 p.m., il-FAM kienu nfurmati li l-âGrecaleâ gabret mill-bahar lil Simon Bugeja haj. Ghall-ewwel il-kaptan tal-âGrecaleâ haseb li Simon kien mejjet, izda malli avvicinah, Simon beda jxejjer idejh.
Il-P51 marret immedjatament fejn il-bastiment Xlukkajr u waqt li Simon ittellaâ abbord, kien hawnhekk li regaâ ra l-kadavru taâ missieru. Fil-waqt li Simon ingabar minn fuq il-P51 u ddahhal ghal kura fl-Isptar Mater Dei fl-10.05 p.m., il-kadavru taâ Karmenu ddahhal fâXatt it-Tiben ghal habta tas-2.30 a.m., sbieh is-Sibt. Simon ghadu qieghed jinzamm fit-taqsima tal-Kura Intensiva taâ l-Isptar Mater Dei.
Nhar is-Sibt instab ukoll il-kadavru taâ Abdulrahman Abdala Gedi fejn iddahhal Malta l-Hadd ghal habta tat-3.00 a.m.
Xâgara mill-ewwel gurnata
⢠It-Tnejn 7 taâ Lulju â is-âSimsharâ, bastiment taâ 43 pied bin-numru tar-registrazzjoni MFA59, hareg minn Marsaxlokk ghal sajda taâ hamest ijiem ghall-pixxispad. Fuqu, kien hemm Simon taâ 35 sena, ibnu Theo taâ 11-il sena, missieru Karmenu taâ madwar 60 sena, Noel Carabott taâ 33 sena u barrani.
⢠L-Erbgha 9 taâ Lulju â Fid-9.36 a.m., Simon Bugeja jibghat SMS lil martu Sharon fejn fejn talabha tibghatlu r-rapport tat-temp. Il-messagg dahal ghand Sharon fin-12.30 p.m. u rrispondietu lura li t-temp kien bnazzi.
⢠Il-Hamis 10 taâ Lulju â Ftit wara t-8.00 p.m., sar l-ahhar kuntatt minn fuq is-âSimsharâ li gie rrekordjat fuq apparat sofistikat maghruf bhala l- Vessel Monitoring System (VMS). Il-bastiment kien bejn 70 u 75 mil âil barra minn Malta. Tard bil-lejl issehh l-ispluzjoni fuq is-âSimsharâ fejn Simon qal li din sehhet kawza taâ hsarat fl-âengine roomâ. Il-hames persuni abbord jispiccaw fil-bahar, iggranfati maâ sufra, jissieltu ghall-hajjithom.
⢠Il-Gimgha 11 taâ Lulju â is-ââSimsharâ ma rritornatx lura Marsaxlokk u Sharon baqghet sas-2.00 a.m. tas-Sibt iccempel lil Simon.
⢠Is-Sibt 12 taâ Lulju â Fis-7.20 p.m., Sharon, mart Simon tinforma lill-FAM bl-ghibien tal-bastiment. Dak il-hin stess il-FAM baghtu messagg lill-vapuri kollha fl-inhawi, dak maghruf bhala âPan-Pan-Panâ kif ukoll sar kuntatt mal-gzira taâ Lampedusa.
⢠Il-Hadd 13 taâ Lulju – Wara nofs in-nhar permezz taâ ajruplan Islander mit-Taqsima taâ l-Ajru tal-FAM, bdiet tfittxija li kopriet 3,900 mili nawtici.
⢠It-Tnejn 14 taâ Lulju â Fit-8.00 a.m. l-ajruplan Islander tal-FAM telaq mill-bazi u li ghamel tliet sighat u nofs ifittex. Fit-tfittixja hadu sehem diversi opri tal-bahar kif ukoll il-patrol boat u l-ajruplan âAtlantiqueâ tal-Qawwa Navali Taljana u aktar tard mill-bazi Amerikana fâSigonella fi Sqallija ttajjar l-ajruplan P3 Orion. Fin-12.30 p.m., l-Islander regaâ ghamel titjiera ohra.
⢠It-Tlieta 15 taâ Lulju â L-Islander jaghmel il-15-il titjiera u tkompli t-tfittxija mill-Missjoni Militari Taljana fâMalta, in-Navy Taljana u s-6th Fleet tan-Navy Amerikana.
⢠L-Erbgha 16 Lulju- Tkompli t-tfittxija ghas-sajjieda
⢠Il-Hamis 17 taâ Lulju â Fl-10.00 p.m. jinstab il-kadavru taâ Noel Carabott fi stat qawwi taâ dekompozizzjoni.
⢠Il-Gimgha 18 taâ Lulju â Fis-2.30 a.m. jiddahhal il-kadavru taâ Noel fâXatt it-Tiben u mill-awtopsja hareg li miet mgharraq. Fil-4.40 p.m. jinstab it-tieni kadavru, dak taâ Karmenu Bugeja. Fit-7.55 p.m., madwar 68 mil nawtiku minn Marsaxlokk u qrib hafna taâ Lampedusa jinstab haj, Simon Bugeja u jiddahhal Mater Dei bâhelikopter Alouette fl-10.05 p.m.
⢠Is-Sibt 19 taâ Lulju â Fis-2.30 a.m. jiddahhal Xatt it-Tiben il-kadavru taâ Karmenu Bugeja u mill-awtopsja wkoll irrizulta li Karmenu ghereq. Tard wara nofs in-nhar jinstab kadavru iehor li rrizulta li kien taâ Abdulrahman Abdala Gedi. Il-kadavru tas-Somalu nstab 2.3 mili biss âil boghod minn fejn instab Karmenu Bugeja.
Mistoqsijiet
Fil-jiem li gejjin se nkompli fuq din it-tragedja. Izda se nipprova nara x,mar hazing fit-tfittxjiet mhux biss minhabba din it-tragedja izda ghal quddiem. Il-Gvern u l-FAM se jkunu taht il-lenti. Fost dak li se nkun qed nistaqsi hemm is-somma taâ âŹ230,000 u dik taâ âŹ140,000.