Iffrodati bâaktar minn âŹ1,300
Zewg studenti Maltin mhux biss urew kuragg u determinazzjoni, izda minkejja l-esperjenza qarsa li ghaddew minnha baqghu bârashom gholja u ffaccjaw id-diffikultajiet kollha, haga li xâaktarx haddiehor kien jaqtaâ qalbu u ma jkomplix dak li beda.
Madwar erbaâ gimghat ilu waslitli informazzjoni dwar dawn iz-zewg studenti infermieri, Cyrita Cappello u Odette Giordmaina, li spiccaw vittmi minn fuq l-internet taâ frodisti barranin. L-ewwel ma sirt naf fuq fuq xâkien gara kien minn korrispondenza li ghaddiet bejni u bejn Odette u Cyrita u ghaldaqstant biex inkun naf ahjar xâgara mort l-Irlanda. Nhar is-Sibt, 19 taâ April iltqajt maghhom fil-Kapitali Irlandiza, Dublin.
Iltqajna hdejn l-âSpire of Dublinâ
Il-post li ghazlu t-tfajliet fejn stajt insibhom zgur kien ezatt that struttura gholja 120 metru. Din hija l-famuza âSpire of Dublinâ. Dan huwa monument li sewaâ lill-Irlandizi madwar âŹ4.8 miljun biex suppost iccelebraw is-sena 2000, il-Millinenium. Izda minhabba oggezzjonijiet u protesti din il-âlabraâ kbira kienet inawgurata fit-22 taâ Jannar 2003. Dan il-monument jinsab fl-iktar triq principali taâ Dublin â OâConnell Street u qieghed jiswaâ lill-Gvern Irlandiz madwar âŹ1 miljun fis-sena fâmanutenzjoni.
It-tfajliet qaluli li kienu se jistennewni that dan il-monument fânofs in-nhar u l-appuntament zammewh ezatt.
Lil Cyrita kont digaâ ltqajt maghha, izda zgur li ma kontx se narafha peress li l-ahhar li rajtha kellha madwar 12-il sena. Illum Cyrita hija tfajla sabiha, mimlija kuragg u xejn u hadd ma kien se jzommha milli tilhaq il-miri taghha li ssir infermiera professjonali.
Odette, ghalkemm l-ewwel darba li ltqajt maghha kien fâDublin, impressjonatni bil-karratru ferriehi u spontanju. Tfajla simpatika daqs il-habiba taghha u l-istess bhal Cyrita wkoll hija determinate li tkompli minkejja l-mewg kbir li kellhom jiffaccjaw fl-aktar mumenti krucjali taâ l-istudji taghhom.
Id-differenza bejn Odette u Cyrita hija li filwaqt li Odette hija kalma u ma turix li tinkwieta, Cyrita turik kif thossha u ghalkemm hija aktar misthija minn Odette, kelma tghidha sakemm taf li ghandha ragun.
Jirrakkontaw xâgara
Fâkesha xxoqq il-ghadam bit-tempeÂratura taâ 5 gradi izda bir-rih kiesah tinhass 0 gradi, imxena fil-qalba taâ Dublin ghal madwar ghaxar minuti biex insibu post fejn nieklu xi haga u nitkellmu. Morna l-âHard Rock Cafèâ, forsi mhux l-iktar post ghal kwiet imma ma dejjaqna hadd.
Ghall-ewwel Cyrita deheret xi ftit nervuza u ghalhekk bdiet Odette tirrakkonta dak li ghaddew minnu. Ma tantx ghadda hin u Cyrita ndunat li minn dan kollu xi haga taâ gid kien se johrog. Jekk mhux ghalihom zgur ghal ohrajn biex ma jingidmux kif gralhom huma.
Odette Giordmaina u Cyrita Cappello jinsabu fl-ahhar sena taâ l-istudji taghhom biex isiru infermieri tant li bhal dan iz-zmien sena jkunu qieghdin jaghmlu t-tezi.
Ftit wara li saru jafu li kienu se jaghmlu parti mill-istudji taghhom fâDublin fejn intbghatu bhala parti mill-âErasmus Exchange Programmâ, bdew ifittxu appartament fejn kienu se jqattghu
Odette qaltli li fittxet fuq l-internet âApartment in Dublin, Irelandâ u sabet sit bl-isem taâ www.justlanded.com li fih numru taâ appartamenti madwar l-Ewropa kollha u pajjizi ohrajn. Fost dawn kien hemm appartament fâLansdowne Park, Ballsbridge Dublin.
âMeta fittixna l-indirizz sibna li kien l-iktar wiehed ideali ghalina. Il-kera kienet taâ âŹ550 fix-xahar bejnietna u kien hemm âŹ200 taâ darba li taghmel tajjeb ghal xi hsarat li nistghu naghmluâ qaltli Cyrita.
âSuppost kellu wkoll access ghall-internet u l-affarijiet essenzjali kollha, dawk imsejhin appliances. Mhux hekk biss izda kien qrib hafna kemm taâ l-UniversitĂ kif ukoll taâ l-isptarjiet fejn konna se nkunu qieghdin naghmlu l-istudji taghnaâ, ziedet tghid Odette.
Ghaldaqstant it-tfajliet hatfu l-okkazzjoni. Lanqas kienu biss joholmu li l-fortuna kienet se tkun daqshekk favur taghhom. Prezz taâ appartament tajjeb, mghammar, fil-qalba u qrib hafna fejn riedu. Izda din dik li hasbu kienet fortuna tajba kienet biss bidu taâ esperjenza qarsa.
L-ewwel kuntatt
Ghall-ahhar taâ Ottubru 2007 baghtu email lil certu Lorraine Grey, suppost is-sid taâ l-appartament, fejn qalulha li kienu interessati li jikru l-post. Min-naha taghha Grey accettat u qaltilhom biex jibghatulha minn quddiem il-kera taâ xahar u nofs (âŹ825) u l-âŹ200 ghal xi hsarat li jistghu jaghmlu ghal total taâ âŹ1,025. Dawn il-flus intbghatu fl-20 taâ Novembru 2007 lil Grey permezz tal-Western Union fl-Ingilterra fejn tghix kif qaltilhom hi. L-istudenti talbu lil Grey biex tibghatilhom ic-cavetta u l-kuntratt bil-firma taghha u xhud bil-posta rregistrata. Izda Grey insistit li tibghat kollox permezz tad-âDHLâ.
L-ewwel ma rcevew bâemail kien kuntratt bil-firma taâ din Lorraine Grey u certu James A. Scott u li jgib id-data taâ 30 taâ Ottubru 2007. Izda l-kuntratt ma kellu ebda timbru taâ xi nutar jew xi hadd professjonali. Meta t-tfajliet staqsew ghaliex ma kien hemm ebda timbru, Grey qaltilhom li l-ebda nutar ma kien se jiffirma kuntratt qabel ma jkun hemm iz-zewg firem taghhom.
Wara li ghaddew xi jiem u t-tfajliet baqghu ma rcevew xejn aktar, regghu kitbu lil Lorraine Grey li min-naha taghha qaltilhom li l-impjegat tad-âDHLâ li kien gabar ic-cavetta minghandha ma kienx taha rcevuta u xâaktarx li l-pakkett bic-cavetta kien intilef.
Grey kitbet email lit-tfajliet fejn qaltilhom li kienet ilha ma tismaâ minghandhom u fakrithom li ma kienx fadal hafna zmien biex imorru l-Irlanda. Minn naha taghhom huma qalulha li ghadhom qieghdin jistennew li jircievu c-cavetta. Grey irrispondiet li kienet sorpriza kif il-pakkett bic-cavetta ma wasalx Malta.
Tibda dik imsejha âscamâ
Taâ frodisti professjonali, Grey u shabha bdew il-pjan kif se jisolhu lill-istudenti Maltin il-flus kollha li kellhom billi juzaw it-tattika li huma vittmi.
Grey qalet lil Odette li kien se jkollha tmur Dublin biex tibdel is-serattura. Biex tidher li kienet mara serja, qaltilhom li l-ewwel kienet se tmur Madrid, fi Spanja, biex tiehu s-sodisfazzjon ghaliex ic-cavetta kienet ghadha fl-ufficcju tad-âDHLâ hemmhekk.
Izda ftit wara qaltilhom li kellha tmur l-Indonesja malajr minhabba li l-partner taghha kien iddahhal l-isptar u kellu bzonn li hi tkun mieghu. Fâemail li rcevew minghand Grey, qaltilhom li meta kienet l-Indonesja kienet giet misruqa u ma kellhix flus biex tmur Dublin u ghalhekk talbithom âŹ500. Ir-risposta immedjata tat-tfajliet kienet biex titlob il-flus minghand uliedha li skond Grey dawn kienu l-Istati Uniti taâ l-Amerika. Wara li Grey baqghet tinsisti, iddecedew li jipproponulha li jekk jibghatulha xi haga tal-flus, dawn iridu jitnaqqsu mill-kera. Minhabba li kien ghad fadlilhom ihallsu âŹ300 ohra iddecidew li jibghatulha dan l-ammont biss. Izda Grey baqghet tinsisti ghal âŹ500 u weghdithom li kif tasal Dublin u jiltaqghu kienet se tikompensa l-âŹ500 fi flus kontanti personalment.
Minkejja dan, u anke minhabba li kienu digĂ hargu hafna flus u ma kellhom xejn, iddecidew li dakninhar li hallew Malta ghal Dublin jibghatulha âŹ300.
Minhabba li l-15 taâ Marzu kien is-Sibt, il-flus mill-Western Union fl-Indonesja setghu jingabru it-Tnejn u dan meta t-tfajliet kienu se jkunu digĂ Dublin. Fil-fatt Grey qaltilhom li kienet se tigbor il-flus l-ewwel haga t-Tnejn filghodu u dakinhar stess tkun Dublin.
Ghaldaqstant it-tfajliet irragunaw li jumejn fâLukanda ma kinitx se tkun problema. Izda dak li qatt ma hasbu li setaâ jsehh, fil-fatt gara u l-jumejn ghaddew u minghand din Grey ma semghu xejn.
Huma kienu talbuha maâ liema titjiera kienet gejja biex imorru jistennewha l-ajruport, izda kull ma qaltilhom kienet li se tasal fl-10.00 a.m. Fil-fatt huma marru l-ajruport taâ Dublin bâkarta kbira bl-isem taâ Lorraine Grey miktuba fuqha jistennew kull titjiera li tidhol. Izda Grey ma tfaccat qatt.
Korrispondenza
Cyrita u Odette ghaddewli l-korrisponÂdenza kollha li ghaddiet bejnhom, Lorraine Grey u dawk li suppost kienu ufficjali jew impjegati mad-âDHLâ.
Meta rcevew l-ewwel korrispondenza, dejjem permezz taâ l-email, minghand id-âDHLâ hasbu li kollox kien genwin. Fil-fatt l-email kienet bil-logo originali tad-âDHLâ u informazzjoni dettaljata maghmula bâmod professjonali. Din kienet datata s-27 taâ Novembru 2007 u ghalhekk ikkalkuÂlaw li sat-30 taâ Novembru c-cavetta taâ l-appartament kellha tasal peress li s-servizz tad-âDHLâ huwa efficjenti hafna. Izda baqaâ ma wasal xejn.
Meta regghu ghamlu kuntatt maâ Grey din qaltilhom li kienet halset âŹ350 minhabba li l-kaxxa hija tal-metall u li suppost kienet tizen tliet kilogrammi meta fiha suppost li kien hemm biss cavetta u dokument tal-kuntratt.
Minhabba l-email li rcevew kellha l-logo tad-âDHLâ identiku ghal dak origiÂnali, it-tfajliet qatt ma ghaddielhom minn rashom li kien hemm bidu taâ frodi u ghalhekk komplew jinnegozjaw maâ din li suppost jisimiha Lorraine Grey.
Meta staqsejthom kif ma ssupettawx hazin meta rcevew email minghand id-âDHLâ bl-indirizz @gmail.com, Cyrita kienet pronta u qaltli li fil-fatt huha mill-ewwel gibdilha l-attenzjoni li kumpanija bhal ma hi d-âDHLâ ma juzawx indirizz tal-gmail.
Il-korrispondenza komÂpliet ghaddejja bi Grey tinsisti li t-tort li c-cavetta ma waslitx kien tad-âDHLâ fi Spanja. SahanÂsitra anke tat lit-tfajliet l-isem taâ ufficjal fi Spanja, Paul Asemoto, u qaltilÂhom biex jiktbulu u jistaqsuh ezatt kemm iridu jhalsu biex ikun jistaâ jibghat il-pakkett u l-flus li johorgu jitnaqqsu mill-kera. Dan kien fit-28 taâ Novembru 2007 u fl-istess gurnata kitbu lil Asemoto li minn naha tieghu ma tilef l-ebda hin u rrispondihom dakinhar stess. Huwa qalilhom li l-pakkett kien qieghed ghandhom izda riedu jhalsu âŹ700 minhabba li Grey ma kinitx halset ghall-insurance u d-dwana fl-Ingilterra.
Bâammont iehor xi jhalsu, Odette u Cyrita sabu maâ wicchom problema ohra. Ghaldaqastant huma kitbu lil Grey fejn qalulha li ma setghux ikomplu johorgu aktar flus meta fâidejhom ma ghandhom xejn. Min-naha taghha Grey kompliet tilghaba tal-vittma u qalet li se jkollha bil-fors tmur Spanja minhabba li c-cavetta taâ l-appartament hija wahda specjali tant li ddiskrivita bhala âcavetta awtomatikaâ.
Fâemail ohra Lorraine Grey pruvat tigbed is-simpatija u l-fiducja tat-tfajliet tant li qaltilhom li ânasal li nafdakhom bâhajtiâ. Hija qalet ukoll li l-iktar haga importanti bhalissa hija li l-pakkett ma jibqax ghand id-âDHLâ fi Spanja u jasal ghandhom. Fil-fatt il-mira tal-frodista kienet intlahqet tant li t-tfajliet iddecidew li jibghatu s-âŹ700 li ntalbu minn Asemoto. Odette staqsitha jekk hux possibli li jhallsu dawn il-flus meta l-pakkett jasal Malta u jhallsu lid-DHL taâ Malta. Izda Asemoto qal lil Odette biex tibghat il-flus fâindirizz fi Spanja li fil-veritĂ huwa ufficcju tad-DHL izda taâ frodisti professjonali hallew dettal zghir barra u meta t-tfajliet gibdulu l-attenzjoni qalilhom biex jibghatu l-flus bil-Western Union biex ihaffu l-affarijiet. Kien zball iehor li sar minn naha tat-tfajliet sforz li kien qieghed joqrob iz-zmien biex jipprepparaw biex imorru Dublin.
Bâhekk it-tfajliet hasbu li serhu rashom u li fi ftit jiem kienu se jircievu c-cavetta li xorta baqghet ma waslitx. Erbat ijiem wara huma rcevew email ohra minghand AseÂmoto fejn skuza ruhu tad-dewmien u dan kien minhabba li kien miet wiehed mill-ufficjali taghhom.
Din kienet l-ahhar darba li semghu minghand Asemoto u d-diversi telefonati li Odette ghamlet lid-DHL fi Spanja kienu inutli ghax ma sabet lil hadd jaf jitkellem bl-Ingliz.
Fânofs Jannar 2008 waslet email ohra din id-darba minghand certu Michael Bakare, ukoll suppost mid-âDHLâ. Dan qal lit-tfajliet li kien qieghed jikteb hu ghax Asemoto kien bil-leave u barra li skuza ruhu taâ l-inkonvenjent kien lest li jibghatilhom cekk biex jirrifondi l-ispejjez kollha li hargu.
Xi jiem wara Odette irceviet âCashiers Chequeâ taâ $4,000. Dawn kienu ferm aktar flus milli kienu qieghdin jistennew izda xorta kellhom jistennew madwar 40 gurnata biex jisarraf. Lanqas kienu lehqu marru l-bank li ma waslitx email ohra minghand Bakare fejn qalilhom li l-ammont li ntbghatilhom kien zball taâ wahda mill-iskrivani taghhom. Ghaldaqstant appellalhom biex izommu l-ammont li kien taghhom u immedjatament jibghatu l-kumplament lura. Huwa qalilhom biex izommu $1,500 u jibghatu $2,500 lura ghax it-tfajla kienet se titkecca mill-impjieg taghha. Izda Odette u Cyrita din id-darba zammew sod u ma baghtu xejn qabel mac-cekk jissarraf u jkollhom il-flus fâidejhom. Il-ferha li kienu gabru flushom lura malajr sfumat fix-xejn meta gew informati mill-Bank of Valletta li c-cekk taâ $4,000 kien falz u ma setax jissarraf.
Ghazlu li jhasslu bil-Western Union
Ir-raguni li ghazlu li jhallsu bil-Western Union kien ghax skond Odette setghu jittraccaw il-movimenti tal-pagamenti fosthom minn fejn ingabar, meta u min gabru. Ftit wara li ghamilt kuntatt maghhom u raw li xi hadd kien beda jiehu interess fit-trawma taghhom, Odette ghamel kuntatt mal-Western Union biex tara jekk setghux jintraccjaw il-flus. L-informazzjoni li nghatat kienet li t-âŹ300 li baghtet lil Grey fl-Indonesja, fil-15 taâ Marzu 2008, kienu ngabru izda t-tliet pagamenti l-ohrajn, u cioè âŹ1,025 li baghtu l-Ingilterra (20 taâ Novembru 2007), âŹ700 li baghtu Spanja (4 taâ Dicembru 2007) u âŹ330 li wkoll baghtu l-Ingilterra (27 taâ Dicembru 2007), skond il-Western Union dawn kienu ghadhom ma ngabrux.
Marru Dublin
Minghajr post fejn se joqghodu, Odette u Cyrita xorta kellhom imorru Dublin minhabba li l-kors kien se jibda u kellhom mohhom mistrieh li kienu se joqghodu fâlukanda ghal jumejn jew tlieta biss. Dan minhabba li Lorraine Grey kienet qaltilhom li se tmur Dublin personalment biex tiltaqaâ maghhom u tghaddi c-cavetta personalment.
Arroganti fuq il-mobile
It-Tnejn filghaxija cemplu numru li kienet taghthom biex jaraw jekk kienitx waslet Dublin. Izda minflok ma rrispondiet Lorraine, irrisponda dak li suppost huwa l-partner taghha, certu James Adeyemi Scott. Dan qalilhom li Lorraine tinsab Londra fi sptar ghal kura. Qalilhom li hu xtaq kieku jmur Dublin biex jaghtihom ic-cavetta taâ l-appartament imma ried aktar flus. It-tfajliet zammew sod u qalulu li kienu digĂ halsu ammont sostanzjali u ma kienux lesti jkomplu johorgu aktar flus.
Wara diversi telefonati, fejn dan Scott kien arroganti maâ l-istudent Maltin u anke kien jaqtaâ l-linja u kien hemm mumenti fejn kellimhom hazing ukoll, waslu ghal ftehim mieghu li jiltaqghu fl-Ajruport taâ Gatwick, fâLondra biex bâhekk hu ma jkollux ghalfejn jaghmel spejjez u jaqbad titjiera ghal Dublin.
Nhar l-Erbgha, 19 taâ Marzu marru Gatwick. Kienet spiza ohra li dahlu fiha. Minhabba li riedu biljetti dak il-hin stess, l-irhas li sabu minn Dublin ghal Gatwick kienet mal-linja nazzjonali Irlandiza l-Aerlingus fejn halsu âŹ300 kull wiehed.
Kif waslu Gatwick regghu cemplu li Scott izda bâarroganza kbira kompla jinsisti li jrid il-flus. Odette talbitu biex imur l-ajruport biex bâhekk ikunu jistghu jiftehmu ahjar ghax dawn ma kienux affarijiet taâ fuq it-telefon. Fl-ahhar dan Scott accetta li jmur Gatwick u qalulhom biex jistennewh. Izda wara stennija taâ aktar minn erbaâ sieghat Scott ma tfaccax. Kienu inutli n-numri taâ telefonati li ghamlu ghax fl-ebda hin ma rrisponda l-mowbajl.
Tfacca Anglu
Il-jumejn biss li hasbu li kienu se joqghodu fâlukanda, dawn kienu digĂ saru hamest ijiem. Ghaldaqstant il-Hamis, 20 taâ Marzu bdew iduru biex ifittxu post alternattiv. Bdew mixjin bil-mappa fâidejhom fil-qalba taâ Dublin. Post totalment gdid ghalihom u bâtensjoni kbira fuqhom.
Bâxi mod riedu jsibu fejn joqghodu mhux biss ghax il-qaghda finanzjarja taghhom ma kinitx tajba izda riedu jibdew jikkoncentraw fuq l-istudji taghhom. âFâhin minnhom dorna kantuniera u waqfet quddiemna tfajla Irlandizaâ, qalet Odette. Din staqsiethom jekk kellhomx xi problema. Fi ftit kliem Odette u Cyrita qalulha xâkien gralhom. Bi tbissima din it-tfajla, li wara saru jafu li jisimha Debra, qaltilhom li fejn qieghed toqghod hi ghand is-sorijiet kien hemm xi kmamar battala.
âAnglu li tfacca quddiemna fâmument li konna se nibdew niddisprawâ, qalet Cyrita bi tbissima helwa. Bâhekk spiccaw joqghodu ghand is-sorijiet taâ âOur Lady of Guadalupe of the Clarissansâ.
Marru jfittxu l-post
Meta marru jfittxu dak li suppost kellu jkun l-appartament li krew minghand Lorraine Grey, fil-fatt sabu dar tipika Irlandiza meta huma hasbu li se jsibu xi blokk taâ appartamenti.
Wara li habtu n-numru 35 fâLandsÂdoÂwne Park Avenue, fethet mara Franciza u ftit wara gie ragel li xâaktarx huwa PakistaÂni. It-tfajliet staqsewhom jekk kienx hemm xi appartament ghal kiri, izda dawn baqghu jharsu lejhom. Odette u Cyrita staqsewhom jekk sid il-post humiex Lorraine Grey jew James Scott izda dawn qatt ma kienu semghu bihom. Fil-fatt is-sid minghand minn krew din id-dar huwa certu Edmond Barret fejn anke tawhom in-numru fejn jistghu jcemplu. Izda Odette qalet li kull darba li pruvat iccempel dejjem sabet âvoice mailâ.
Ghamlu rapport maâ l-awtoritajiet
Kien hawn li Cyrita u Odette irrasÂsenÂjaw ruhhom li kienu gew frodati. GhalÂdaqstant marru ghand il-Garda, li huma l-Pulizija Irlandiza. Izda meta spjegawlhom il-kaz qalulhom li minn naha taghhom ma setghu jaghmlu xejn minhabba li r-reat ma kienx sar fl-Irlanda.
It-tfajliet informaw ukoll l-universitĂ kemm dik fâDublin kif ukoll taâ Malta. Huma qalu li meta qalu lill-Ufficjal Internazzjonali fl-UniversitĂ taâ Malta l-unika risposta li hadu kienet li ma setaâ jaghmel xejn minhabba li skond il-kuntratt tal-Programm Erasmus ma jistghux jinghataw ghajnuna finanzjarja ghax kienu digĂ nghataw kemm suppost.
It-tfajliet qaluli li sfortunatament ma tantx sabu ghajnuna mill-UniversitĂ taâ Malta. Hadd ma qalulihom xâghandhom jaghmlu biex ifittxu fejn joqghodu.
Staqsejt lill-Pulizija Maltija
Kif sirt nafu bid-dettaji dwar dan il-kaz taâ frodi, sibt xi ufficjali fil-Korp tal-Pulizija u staqsejthom jekk il-Pulizija Maltija tistax tidhol fâdan il-kaz biex nghinu lil Odette u lil Cyrita. Ir-risposta identika kienet li r-reat fil-fatt lanqas Malta ma sar minhabba li l-vittmi wzaw l-internet u kkorisspondew maâ persuni fl-Ingilterra. Jekk hemm xi hadd li jistaâ jinvestiga l-kaz allura huma l-Pulizija Ingliza, qalulu l-Ispetturi.
âŚ.. u lid-DHL
Ghamilna kuntatt ukoll mad-DHL fl-Ingilterra fejn wara li baghtna l-informazzjoni kollha li kellna, cemplilna Luke Baines fejn informana li l-kaz kien qieghed jigi investigat. Erbat ijiem wara Baines informana li d-DHL kienu hadu din il-bicca xoghol bis-serjetĂ hafna tant li poggew twissija fuq is-sit elettroniku ufficjali taghhom.
Fâdin it-twissija d-DHL appellaw lil kulhadd biex ma jibaghtux flus jekk ikunu mitlubin jaghmlu dan permezz taâ xi email ghal xi oggetti jew servizzi li jkunu ordnaw minn fuq l-internet.
Ghajnuna immedjata mill-Ambaxxata Maltija
Nhar it-Tnejn, 21 taâ April mort personalment l-Ambaxxata Maltija fâDublin. Gejt milqugh tajjeb hafna mic-Chargè dâAffairs, Ruth Farrugia. Hija qaltli li t-tfajliet kienu kitbulha email bâxi dettalji imma ma kienux ghadhom marru l-Ambaxxata minhabba l-impenji taghhom.
Meta ghidtilha li xâaktarx kien hemm xi pagamenti li ghadhom ma ngabrux mill-Western Union, Ruth Farrugia, weghditni li kienet se tikteb mill-ewwel u tinvestiga. Qatli li se taghmel pressjoni kbira fuq il-Western Union biex tara xâjistaâ jsir.
Ms Farrugia qaltli wkoll li kienet se tikteb lill-Kummissarju Gholi Malti fâLondra u titolbu jara xâjistaâ jaghmel minn naha tieghu kif ukoll biex jinforma lill-Pulizija dwar il-kaz bâtentattiv li forsi jinstabu Lorraine Grey u James Scott.
L-ghada, it-Tlieta, Ruth Farrugia kellha ppjanata laqgha ma l-Irish Tourist Assistance Services (ITAS). Din hija assocjazzjoni li tipprovdi ghajnuna lit-turisti meta jsibu ruhhom fâxi diffikultajiet. Ghaldaqstant Ruth Farrugia weghditni li kienet se tqajjem dan il-kaz maghhom.
Madwar 20 minuta wara li tlaqt mill-ambaxxata Maltija rcevejt telefonata minghand Ruth Farrugia fejn talbitni mmur lura l-Ambaxxata. Bâxorti tajba kull ma kelli kien ghaxar minuti mixi minn fejn kont.
Il-weghda li ghamlitli Ruth li kienet se tibda tahdem fuq dan il-kaz zammitha. Fil-fatt il-ftit hin li ma kontx fl-Ambaxxata kienet digĂ ghamlet kuntatt mal-Western Union u anke kitbitilhom ittra ufficjali.
Ruth Farrugia qaltli li tixtieq li tiltaqaâ mat-tfajliet personalment u kienet lesta li taghmel dan anke wara l-hinijiet taâ l-ufficcju. Wara li ghamilt kuntatt mat-tfajliet u ghidtilhom li Ruth Farrugia xtaqet tiltaqaâ maghhom, ghamlu kuntatt maâ l-Ambaxxata u nhar il-Gimgha, 25 taâ April iltaqghu maâ Ruth Farrugia.
Xâintqal
Ix-Chargè dâAffairs, Ruth Farrugia, u t-tfajliet kellhom laqgha kordjali hafna fejn mhux biss sabu l-wens li kellhom bzonn izda ghajnuna kbira.
Peress li jidher li hemm xaqq taâ dawl li tliet pagamenti ghadhom ma ngabrux, Ms Farrugia qaltilhom li kienet kitbet lill-Western Union biex ma jsarfux dawn il-flus minhabba li kien hemm frodi involuti. Barra minn hekk hija se titlob ukoll l-ghajnuna tal-Garda (il-Pulizija Irlandiza) kif ukoll dawk Inglizi. Ruth weghdithom ukoll li kienet se taghmel minn kollox biex tikkuntattja lis-sid tad-dar fejn suppost kellhom joqghodu huma. Hija tathom pariri ohrajn li ma kienux jafu bihom.
Kemm Odette kif ukoll Cyrita qaluli li kienu kuntenti hafna bil-laqgha li kellhom maâ Ruth Farrugia u apprezzaw hafna l-fatt li accettat li tiltaqaâ maghhom barra l-hinijiet tax-xoghol taghha specifikament biex tghinhom.
Jippruvaw jghaddu kif jistghu
Cyrita u Odette mhux biss qieghdin jaghmlu sagrifficji biex jaraw kif se jghaddu finanzjarament fil-hajja taâ kuljum, izda anke qieghdin jaghmlu sagrificcju milli johorgu jgawdu xi ftit fil-hin liberu taghhom.
Minhabba li ma tantx johorgu, kemm minhabba l-istudji kif ukoll minhabba l-problema tal-finanzi, ma kellhomx il-hin li jaghmlu hbieb. Izda jidher li xorta l-karattru simpatiku taghhom irnexxielhom jigbdu s-simpatija taâ studenti Koreani li qieghdin Dublin biex jitghalmu l-Ingliz u huma wkoll residenti ghand is-sorijiet.
Il-hajja ghal dawn iz-zewg tfajliet ma kinitx facli sakemm bdew jaddattaw kemm ghall-pajjiz gdid, il-hajja gholja u bil-problema tal-finanzi li bdiet tinhass sew.
âKonna nixtru l-bzonnijiet biss. Jekk kellna bzonn zewg pari kalzetti, konna nfittxu l-orhos. Anke l-ikel konna nixtru biss ghal dakinhar u l-ghada narawâ, spjegat Odette.
Huma qalu li hemm hafna affarijiet li jixtiequ jixtru imma jkollhom joqghodu lura. Minn naha taghha Cyrita qalet li mhux facli li ddur fuq tal-familja ghal diversi ragunijiet.
âIfhem il-punt taghna. Din (Cyrita) se taghlaq 22 sena u jien ghandi 32 sena. Biex nistaqsu lill-genituri taghna biex jaghtuna l-flus mhux sewâ, sahqet Odette bâCyrita tapprova dak li qalet il-habiba taghha. L-impressjoni li tawni kienet li t-tnejn li huma jridu jerfghu r-responsabbilitjiet taghhom.
Tafdawx u oqoghdu attenti
Odette u Cyrita jafu li mhux se tkun facli jigbru l-flus kollha ghalkemm jittammaw li jiehdu haga lura. Li hadu zgur hija lezzjoni li jixtiequ lil hadd li ma jghaddi minn esperjenza bhal din. Ghalhekk meta staqsejthom jekk kienx hemm xi haga li xtaqu jzidu harget it-tjubija taghhom it-tnejn.
âMa tantx hemm aktar xi tghid hlief li nixtiequ nappellaw lill-istudenti li se jkollhom l-opportunitĂ li jistudjaw barra minn Malta, ghandhom joqghodu attenti hafna u ma jafdawxâ, qabzet Odette.
Huma qaluli li l-ewwel ma ghandhom ifittxu huwa maâ l-universitĂ jew il-kulegg fejn se jkunu qieghdin jistudjaw. Jekk ma jsibux allura jippruvaw isibu xi hostel u minn hemm jippruvaw isibu xi haga orhas.
âL-importanti huwa li mâghandhomx johorgu flus qabel ma jaraw il-post personalment. Ma nixtiequ lil hadd li jghaddi minn esperjenza kerha li ghaddejna ahnaâ qaluli Cyrita u Odette.

















