
Il-Gvern Amerikan ried li Malta tidhol fil-PfP
Ufficjali tal-FAM jikkummentaw kontra r-regolamenti
Ma kinitx sorpriza li l-Gvern Amerikan laqaâ bi pjacir li l-Gvern Malti regaâ applika biex pajjizna jergaâ jidhol fil-Partnership for Peace (PfP) dan ghax minn qabel l-Elezzjoni Generali tat-8 taâ Marzu, il-Gvern Amerikan kien digĂ beda jaghmel forma taâ pressjoni fuq pajjizna u anke maâ l-Oppozizzjoni Laburista.
Sorsi qrib l-Ambaxxata Amerikana qalu lit-torca u lil dan is-sit elettroniku li l-Gvern Amerkan jaqbillu li Malta tissieheb fil-Partneship for Peace ghalkemm ma ssemma xejn dwar xâvantaggi hemm ghal pajjizna. Il-Gvern Amerikan qal biss li l-PfP ssahhah ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti l-membri stati Ewropej.
L-istess sorsi zvelaw maghna li ferm qabel l-Elezzjonijiet Generali tat-8 taâ Marzu l-Ambaxxata Amerikana fâMalta kienu digĂ bdiet taghmel kuntatt maz-zewg partiti politici ewlenin fejn anke saret xi tip taâ pressjoni. Qalulna wkoll li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista mill-ewwel ceda ghal din il-pressjoni u wieghed li kien se jergaâ jattiva l-applikazzjoni, mhux l-istess irreagixxa l-Partit Laburista.
Fil-fatt ezatt 11-il gurnata wara li l-Prim Ministru Gonzi ha l-gurament u fl-ewwel laqgha tal-Kabinett, il-Gvern Nazzjonalista hareg stqarrija ufficjali li kien regaâ applika maâ l-UE biex jidhol fil-PfP.
Minn naha l-ohra, sahqu s-sorsi taghna fl-Ambaxxata Amerikana, meta ufficjali Amerikani tkellmu mal-Partit Laburista dawn taâ l-ahhar kienu sodi u kkonfermaw li fil-vision statement tal-Partit Laburista hemm car li Gvern Laburista ma jergax idahhal lil Malta fil-PfP. Kumment li ta l-Agent Mexxej Laburista Charles Mangion lil l-orizzont qal li, âBhala Partit Laburista ghandna l-vision statement taâ l-Affarijiet Barranin fejn ghalkemm insistejna li kwalunkwe forma taâ kollaborazzjoni fuq livell internazzjonali lesti li naghmluha maâ kulhadd, xorta nsostnu li nibqghu barra mill-Partnership for Peace. Din hija l-politika ufficjali tal-Partit Laburista llum.â
Is-sorsi taghna fil-FAM qalulna li fost dawk li hadu sehem fid-diskussjonijiet biex finalment il-Gvern ceda ghall-Amerikani, kien hemm id-Direttrici taâ l-Affarijiet tad-Difiza, Vanessa Frazier. Is-sinjura Frazier hija mizzewga cittadin Amerikan.
Sadanittant ma naqsux kummenti minn diversi nies bil-maggoranza taghhom ikunu kontra d-decizjoni tal-Gvern Nazzjonalista. Kien hemm kummenti wkoll favur fosthom minn fizzjali tal-Forzi Armati li kkummentaw fil-midja minkejja li hija kontra r-regolamenti tal-FAM.
Ir-regolamenti tal-Forzi Armati taâ Malta huma cari hafna, l-ebda suldat ma jistaâ jaghti kumment lil midja jew jesprimi ruhu fuq il-midja minghajr il-permess tal-Kap Kmandant jew mill-Ufficcju tal-Prim Ministru. Izda jidher li biex jaghtu palata lill-Gvern Nazzjonalista, zewg ufficjali kissru dawn ir-regolamenti.
Fost dawk li kkummentaw pubblikament hemm il-Logotenent Kulunell Ian Ruggier u l-Bombardier Jonathan Galdies.
Il-Logotenent Kulunell Ruggier, li fâNovembru li ghadda nghata promozzjoni minn Maggur ghal Logotenent Kulunell u qabez diversi ufficjali, qal li âJidher atikolisti u l-pubbliku in-generali mhumiex konxji taâ xâhemm fil-PfP. Forsi l-awtoritajiet kompetenti ghandhom jippubbliakaw l-informazzjoni dwar il-participazzjoni taâ Malta. Ghalina s-suldati dan huwa pass kbir fid-direzzjoni t-tajba ghall-opportnitajiet taâ tahrig u potenzjal kbir fil-participazzjoni fâoperazzjonijiet taâ kriziâ.
Il-Bombardier Jonathan Galdies qal li âJiena nahseb li hija pozittiva hafna l-inizzjattiva/d-decizjoni li nergghu nidhlu fil-PfP. Nahseb ukoll li l-Armata/Servizz Civili se jibbenifikaw bil-kbir taht din l-umbrella. Proset. Jonathan.â
Ghaldaqstant it-torca baghtet tistaqsi lill-Armata Maltija jekk dawn il-kummenti kemm tal-Logotenent Kulunell Ian Ruggier kif ukoll tal-Bombardier Jonathan Galdies, humiex kummenti ufficjali tal-FAM u jekk sarux bl-awtorizzazzjoni tal-Kap Kmandant. izda sakemm morna ghall-istampa ma konna hadna ebda risposta.
Sorsi qrib il-FAM izda ghamluha cara maghna li hadd ma jistaâ jghaddi kumment lill-mijda jew fil-midja minghajr il-permess bil-miktub tal-Kap Kmandant jew mill-Ufficcju tal-Prim Ministru li huwa responsabbli direttament mill-Armata.
Meta waqt attivitĂ li saret nhar il-Hamis li ghadda staqsejna lill-Kap Kmandant tal-FAM, il-Brigadier Carm Vassallo, jekk is-suldati Maltin humiex se jkunu involuti fâpajjizi li hemm il-gwerer, ir-risposta kienet cara âMindu Malta saret membru shih taâ l-UE, il-Gvern kien wieghed li jipprepara u jhejji t-truppi tieghu ghal xi partecipazzjoni eventwali.â Meta insistejna jekk dan ifissirx anke fejn hemm il-gwerer, il-Brigadier kien onest u qal, âAnke fâzoni fejn hemm bzonn li jkun hemm iz-zamma tal-paci.â
Dan jikkontrasta mal-weghda li kien ghamel Eddie Fenech Adami fl-1995, dakinhar Prim Ministru u llum President taâ Malta, meta Malta dahlet fil-PfP. Dakinhar Fenech Adami kien qal li s-suldati Maltin ma kienux se jiehdu sehem fi gwerer u ghalhekk ma kienx hemm ghalfejn ninkwetaw li xi suldat Malti se jigi lura fâtebut jew korrut serjament. Dan ghax, kif kien qal Eddie Fenech Adami, is-suldati Maltin kienu se jippartecipaw biss fejn ikun hemm bzonn l-ghajnuna umanitarja.
Izda issa l-istorja ghax filwaqt li dak iz-zmien Malta ma kinitx membru fl-UE, issa li ahna membri shah fl-UE allura rridu ngorru l-istess responsabilitajiet daqs pajjizi ohrajn.
Kumment li s-Sur Alfred Mallia pogga fuq is-sit timesofmalta.com jghid li âGhandna nkunu ferhanin li l-Istati Uniti taâ l-Amerika hija kuntenta bid-decizjoni tal-Gvern taâ Gonzipn, ghax Bush se jkollu aktar irgiel (suldati) biex jesponi fil-gwerer li johloq hu u Malta jkollha aktar medalji xâtaghti âbhala tifkiraâ fâJum ir-Repubblikaâ.