Minn John Pisani | February 26, 2008 - 9:30 pm - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija, Pulizija tal-Mobile

mobile-squad-26-02-08.jpg

Karozzi godda ghall-Pulizija tal-Mobile

 

 

F’dawn l-ahhar jiem kien hemm attività kbira ghaddejja fil-garaxx tal-Pulizija biex malajr kemm jista’ jkun 20 karozza Ford Focus jitlestew biex il-Vici Prim Ministru Tonio Borg ikollu l-ahhar okkazzjoni biex jiehu vantagg politiku fil-kampanja elettorali tieghu.

 

L-20 karozza se jinghataw lill-Iskwadra tal-Mobile fil-jiem li gejjin fejn huwa mifhum li se ssir cerimonja b’accenn kbir fuq Tonio Borg biex jiehu l-ahhar rikba politika tieghu. Dawn il-Ford Focus ghandhom il-bagoll ftit ikbar u dan biex il-Pulizija tal-Mobile ikunu jistghu jzommu x-shotgun fih, kif ikkonferma l-Korp tal-Pulizija f’ittra li baghat lil l-orizzont fil-bidu ta’ Jannar.

 mobile-squad-2.jpg

Kif dawn il-karozzi l-godda jinghataw lill-tal-Mobile, il-Ford Focus l-ohrajn, li bdew jintuzaw mill-Iskwadra tal-Mobile f’Dicembru ta’ l-2005, se jinghataw lill-Pulizija tad-Distrett.

 

S’issa ghadu mhux maghruf se jsir minhom il-karozza li qieghdin juzaw fil-prezent tad-Distrett. Hafna minnhom lanqas huma tajbin ghat-triq u li kienu mhumiex tal-Pulizija, l-istess Pulizija kienu johorgu citazzjonijiet minhabba diversi nuqqssijiet li fihom.

Minn John Pisani | February 25, 2008 - 8:47 pm - Fil-Kategoriji Arrestat, Estradizzjoni, MIA, Qorti

sirene-25-02-08.jpg

Germaniz li suppost qieghed il-habs, kien Malta ghal btala

 

Glenn Alexander Mosby ta’ 27 sena ta’ nazzjonalità Germaniza li suppost qieghed jistenna biex jiskonta sentenza ta’ prigunerija f’pajjizu, kien Malta izda nqabad grazzi ghas-sistema gdida tax-Schengen li bdiet tithaddem mill-Pulizija tas-SIReNE fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Mosby, li ghandu wkoll passapport Amerikan, nhar il-Hamis li ghadda kien se jitlaq minn Malta izda meta kien verifikat il-passaport tieghu l-ufficjali fl-MIA immarkalhom li Mosby kien imfittex fil-Germanja fuq sensiela ta’ serq bi sgass u armat.

Sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont u ma’ dan is-sit elettroniku qalulna li s-sistema fil-Germanja hija differenti minn dik ta’ Malta u bosta pajjizi ohrajn. Meta persuna tinstab hatja ta’ reat u tehel sentenza ta’ prigunerija izda ma jkunx hemm spazju fil-habs, din tithalla barra bil-kundizzjoni li meta jibghatu ghalih irid jirrapporta l-habs biex jiskonta s-sentenza. Jidher izda li Mosby hataf l-opportunità u telaq mill-Germanja u gie Malta. Peress li meta dahal Malta ghamel uzu minn passaport Germaniz u dan il-passaport huwa tajjeb, thalla jidhol Malta.

Izda meta nhar il-Hamis kien se jitlaq minn Malta lejn l-Ingilterra u pprezenta l-passapport Amerikan, kif saru l-verifikazzjonijiet irrizulta li huwa mfittex.

L-istharrig tal-Pulizija tmexxa mill-Ispettur George Cremona u l-Kuntistabbli Chris Mangion mit-Taqsima tas-SIReNE. Nhar il-Gimgha Mosby tressaq il-Qorti mill-Ispetturi George Cremona u Mario Haber fejn bdew il-proceduri biex ikun estradit lejn il-Germanja.

Minn John Pisani | February 24, 2008 - 9:29 pm - Fil-Kategoriji Abbuz, Detention Centres, Esklussiva, FAM, Klandestini

 abela-xiri.jpg

Xiri bl-addocc minn Tony Abela

 

Wara li t-Torca u dan is-sit elettroniku konna ppubblikajna dokumenti li nhargu mill-Armata, komplew jaslulna aktar dokumenti b’konnessjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta, izda din id-darba waslu wkoll minn Kastilja dwar xiri ta’ apparat li jiswa’ eluf ta’ Ewro, dak iz-zmien elur ta’ Liri, minghajr ebda sejha ghall-offerti.

Ghandi fil-pussess tieghi diversi dokumenti li juru kif is-Segretarju Parlamentari, in-Nutar Tony Abela, flimkien mas-Segretarju Privat tieghu, Edward Degaetano, ordnaw apparat u xoghol b’kemm jiswew eluf kbar ta’ flus b’direct order meta dawn il-flejjes mit-taxxi tal-poplu setghu gew frankati. Nista nizvela kif Tony Abela, personalment kiteb lil kumpanija ta’ l-ghazla tieghu biex jinxtraw l-affarijiet u dan kollu bl-iskuza ta’ l-urgenza.

Sorsi li tkellmu maghna qalulna li jintqal hafna dwar l-immigrazzjoni llegali f’pajjizna fosthom il-politika tal-Gvern dwar dan il-fenomenu, ix-xoghol tal-Pulizija u tas-suldati, is-sehem tal-Knisja Maltija kif ukoll diversi ghaqdiet volontarji. Il-problema dejjem kienet l-akkomodazzjoni ta’ dawn l-immigranti llegali kemm fic-centri ta’ detenzjoni kif ukoll fic-centri miftuhin b’dawn ta’ l-ahhar mmexxija mill-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Socjali. Dwar dawn l-akkomodazzjoni saret kritika mhux biss lokalment izda wkoll mill-barranin.

Is-sorsi li tkellmu maghna qalulna li huwa fatt maghruf li minkejja l-ftahir kollu tal-Gvern Nazzjonalista dwar il-hidma tieghu fuq livell lokali, bilaterali u Ewropew, ghajr xi fondi mill-UE, il-Gvern falla fejn jidhlu l-klandestini. Dan il-Gvern kien ftahar bil-kbir biz-zjara li kien ghamel il-Kummissarju Frattini fostna s-sajf li ghadda, L-istess Frattini l-ewwel hamrilna wiccna b’mod irresponsabbli b’dikjarazzjonijiet pubblici u li l-midja barranija ghamlet xalata bihom, u bhala ringrazzjament, il-Gvern Nazzjonalista gabu fostna u b’hafna pozi u ritratti u litteralment hadna bid-dghajsa taghna stess.

Sorsi qalulna li l-ispejjez li l-poplu Malti qieghed jonfoq biex inzommu f’Malta l-eluf ta’ immigranti huma enormi. Huwa kkalkulat li minn madwar 8,000 klandestin li dahlu Malta fl-ahhar hames snin, baqghu Malta kwazi nofshom jew ftit iktar. Minn dawn hemm madwar 1,600 klandestin f’Centri ta’ Detenzjoni ghand l-Armata, madwar 2,000 f’Centri Miftuhin u numru kbir li qieghdin jghixu ghal rashom imferxin madwar Malta.

Is-sorsi taghna f’Kastilja qalulna li l-matul dawnl-ahhar sentejn il-Gvern gab flus mill-UE biex jittaffa xi ftit il-piz kemm ghall-Armata kif ukoll ghall-Pulizija, izda x’sar ezattament minn dawn il-fondi hadd ma jaf “hlief dawk li jhawdu u jhawru l-borma”, qalulna dawn is-sorsi.

Persuna qrib hafna ta’ Kastilja stqarret li minkejja li politikament ghandha sentimenti Nazzjonalsiti, ma tistax tibqa’ tara dawn l-affarijiet isehhu ghax xi darba z-zejt se jitla’ fil-wicc u dan huwa qrib hafna. Is-sors qalilna li fost l-ufficjali gholjin tal-Gvern Nazzjonalista li jiehu interess personali fic-Centri ta’ Detenzjoni bla dubju ta’ xejn huwa s-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Tony Abela. Is-sors allega li kull meta tkun diskussa l-problema ta’ spazju fejn joqghodu l-immigranti u jkun diskuss xi tkabbir f’xi centru, in-Nutar Abela jkun l-ewwel wiehed li jindahal biex jaghmilha ta’ dak li qieghed jissejjah bhala ‘turnkey contractor’. L-istess Tony Abela jiehu kollox f’idejh u jkun hu li jaghzel il-kuntrattur li ghandu jinghata x-xoghol tal-bini jew l-estensjoni ta’ xi centru. Hekk gara fil-kaz tac-centru l-gdid fil-Barracks tas-suldati f’Hal Far. Kontra kull parir li nghata mill-Armata u mill-Pulizija u anke mis-Servizzi ta’ Detenzjoni, in-Nutar Abela iddecieda wahdu li minflok ma jittella’ bini bhal ma hemm fil-Barracks ta’ Hal Safi u bhal ma qieghed jinbena f’Ta’ Kandja, isiru kampijiet tal-kanvas fuq pjattaformi tal-konkos. Kienet fuq insistenza ta’ l-istess Abela li x-xoghol jinghata b’direct order lil kuntrattur li ghandu l-impjant tieghu fid-Distrett Elettorali tan-Nutar Abela.

Is-sors minn Kastilja kompla jghidilna li tant in-Nutar Abela jhoss ghall-klandestini li sahansitra ndahal ukoll f’isem il-Ministeru ghall-Familja u Solidarjeta’ Socjali u rega’ sar ‘turnkey contractor’ biex jinbena centru miftuh f’Hal Far ghal dawk l-immigranti li jkunu hargu mic-Centru ta’ Detenzjoni. Ghal darb’ ohra n-Nutar Abela ha hsieb li jerga’ juza l-istess sistema u jordna li jsiru kampijiet fuq pjattaformi tal-konkos. Ovvjament il-kuntratt rega’ inghata lill-istess kuntrattur mid-Distrett Elettorlai tieghu.

U l-mistoqsijiet jigu wehidhom. Ghaliex Tony Abela ndahal f’Ministeru iehor u ddecieda hu personalment x’ghandu jsir? B’liema dritt jaghti direct orders li jiswew eluf kbar ta’ Ewro? Jekk dan id-dritt inghata mill-Prim Ministru jew l-Vici Prim Ministru, ghalfejn Tony Abela hass il-htiega li jaghzel l-istess kuntrattur? Jaf il-Prim Ministru li l-foreman ta’ din il-kumpanija huwa parantela tan-Nutar Abela? Hemm konflitt ta’ interess f’dan kollu?

Meta komplejt nistharreg, aktar komplew johorgu suspetti. Is-sorsi taghna sahqu li c-cittadin ghandu d-dritt ikun jaf jekk sarx xi studju ekonomiku mill-Ministeru tal-Finanzi dwar il-viabilita’ li jittelghu kampijiet tal-kanvas fuq pjattaformi tal-konkos minflok ma ttella bini permanenti u li joffri kenn ahjar ghall-immigranti bl-istess prezz li bih ittelghu l-kampijiet b’ordni diretta tan-Nutar Abela.

“Hawn ghandna sitwazzjoni fejn qieghdin jintefqu eluf ta’ flus fuq pjattaformi tal-konkos u kampijiet tal-kanvas u jigi mqabbad dejjem l-istess kuntrattur. Ghandna sitwazzjoni fejn il-Gvern jigi kkritikat anke mill-barranin minhabba l-kundizzjonijiet hziena li qieghdin fihom l-immigranti u minkejja dan in-Nutar Abela, li jifforma parti mill-Ufficcju tal-Prim Ministru Gonzi, jibqa’ ghaddej itella’ aktar kampijiet fuq il-konkos qisu mhu qieghed jigri xejn” stqarr maghna s-sors f’Kastilja stess.

Minn naha l-ohra minhabba li fil-kumpless tal-Pulizija f’Ta’ Kandja qieghed jinbena bini bil-gebel u li huwa ffinanzjat minn fondi ta’ l-UE, in-Nutar Abela lanqas resaq lejn dan il-post. In-Nutar Tony Abela dejjem prova jinheba wara l-iskuza ta’ l-urgenza ghax l-immigranti m’ghandhomx fejn joqghodu.

Is-sors taghna f’Kastilja  staqsa jekk jistax l-awditur tal-Gvern jara sewwa l-manuvri fis-Segretajat tan-Nutar Abela u kemm intefqu flus fuq iz-zewg centri ta’ kampijiet f’Hal Far.

Tkellimt ma’ persuni li huma midhla sew dwar l-ispejjez li saru. Skond dawn is-sorsi il-bini ta’ 14-il pjattaforma tal-konkrit li fuq kull wahda ttella’ kamp tal-kanvas, zewgt ikmamar zghar u kamra ohra li giet konvertita f’kamra ta’ l-ikel, swiet lill-poplu Malti €465,874.68 (Lm200,000). Minn naha l-ohra l-bini li ttella’ fil-Barracks ta’ Hal Safi u li joffri aktar kenn gie jiswa’ madwar €232,937.34 (Lm100,000). Fil-fatt il-mahzen li nbena mill-FAM f’Hal Safi u li qieghed jintuza mill-immigranti u li jesa’ kwazi d-doppju mill-kampijiet ta’ Tony Abela, gie jiswa’ €232,937.34 (Lm100,000).

L-istess sors jishaq li dawn il-pjattaformi saru minghajr ebda peremess tal-MEPA u biex saru tqacctu numru ta’ sigar tal-harrub.

Izda dawn ma kienux l-unici direct orders li hargu direttament minghand in-Nutar Abela. Fl-10 ta’Ottubru 2005 f’ittra li Abela baghat lill-kumpanija Attrans Commercials ta’ Haz-zebbug, ordna generatur li jiswa’ Lm11,682 (€27,211) u talbu  jaghmel kuntatt ma’ Edward Degaetano fuq in-numru 22001246 biex jiftihem mieghu. Barra minn hekk l-istess kumpanija provdit bi hlas ta’ Lm102.66 (€248) f’diesel ghall-istess generatur. L-invoices ghal dawn intbghatu lis-Segretarju Parlamentari fl-14 ta’ Ottubru, erbat ijiem biss wara li n-Nutar Abela kiteb l-ittra lill-Attrans. 

Wara li n-Nutar Abela kien akkuzani li jien nikteb wara li nkun qrajt xi ‘Fairy Tale’, qieghed nippubblika mhux biss din l-ittra, izda wkoll kopji taz-zewg kontijiet.

Minn John Pisani | - 9:03 pm - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija, Pulizija

“Iva, kollox huwa possibli” anke transfers

 

 

Minkejja li l-Prim Ministru ta’ Malta nhar it-Tnejn 4 ta’ Frar 2008 iddikjara ufficjalment li minn dakinhar stess sa wara l-Elezzjoni tat-8 ta’ Marzu la kien se jkun hemm transfers u lanqas promozzjonijiet, fil-Korp tal-Pulizija sehhew mijiet ta’ transfers tant li kien hemm min qal li l-Korp tal-Pulizija qieghed ipoggi fil-prattika s-slogan tal-Partit Nazzjonalista li “kollox huwa possibli”.

 

Meta wara tant snin regghu saru s-Surgenti Magguri, minn ippjana fejn se jitpoggew ghazel tnejn biex imexxu l-Control Room u kienu qieghdin jaghmlu xoghol tajjeb ghax kien hemm il-hin kollu ufficjal jerfa’ r-resposabbilità fil-Control Room. Issa jidher li f’daqqa wahda dik l-idea sfumat u z-zewg Magguri gew trasferiti, wahda biex taghmel id-detail fid-DIK u l-iehor fl-Ghassa ta’ San Giljan.

 

Sorsi li tkellmu maghna staqsew min se jerfa’ r-responsabbilità ghal dan it-tahwid, l-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi li huwa responsabbli mill-Ippjanar u Strategiji tal-Korp, jew l-Ispettur Simon Galea li huwa responsabbli mill-Personnel? Min se jerfa’ r-responsabbilità tal-mijiet ta’ transfers minkejja d-dikjarazzjoni solenni tal-Prim Ministru li mhux se jinghataw transfers?

 

Meta tkellimt ma’ hafna minn dawk li gew trasferiti kollha qalulna li dawn kienu fost l-aghar transfers li saru b’vendikazzjoni. Kif qal il-Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Intern, Gavin Gulia, “Dawn huma transfers b’riha qawwija ta’ partiggjanizmu politiku”.

 

F’Ghawdex mimlijin

Ircevejt din l-email li se nhalliha ezatt kif waslitli.

“Tinduna li qorbot l-elezzjoni f’Ghawdex specjalment fil-Pulizija. Fl-ahhar ghaxar xhur gew trasferiti lejn Ghawdex mal-50 Pulizija bl-ahhar ghaxra nhar it-Tnejn li ghadda. Qieghed jissemma li l-gimgha d-diehla se jigu 12 ohra. Matul is-snin ma kienu jibghatu lil hadd, issa bir-rabass. Ghawdex qatt ma kellu full compliment ta’ aktar min 125 membru u llum jghoddu bejn 140 u 150. Niggarantilek li jekk jattakkana Bin Ladin ma jibqa’ xejn minnu ghax inwerwruh. Kemm isiru mirakli meta jridu.

 

Telefonati anonimi

Haga ta’ l-iskatament. Mela kwazi darba f’xahar ikun hemm telefonata anonima ta’ theddida ta’ bomba fil-Qorti b’konsegwenza li jinhela hafna hin li jfisser hela ta’ flus kemm ghall-Qorti, Pulizija, avukati u dawk li jkunu marru ghalxejn. Minkejja li dawn it-telefonati jsiru ta’ spiss b’detriment ghal hafna nies, qatt jew ftit li xejn smajna li gew arrestati xi persuni. Izda ghax xi hadd anonimu cempel li kienet se titpogga bomba mad-dar ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Pulizija saru jafu minn fejn saret it-telefonata u arrestaw xi persuni ftit tal-hin wara. Efficjenza bhal din qatt ma rajt imma forsi dawk li jmorru l-Qorti ghalxejn mhumiex Caruana Galizia imma cittadini tat-tieni klassi.

 

Bla raincoats

Kull min nhar il-Hadd, 17 ta’ Frar wara nofs in-nhar ghadda mit-toroq seta jinnota Pulizija ghassa ma’ roundabouts u f’certi slaleb it-toroq. Dan sar minhabba l-attivitajiet politici.

 

Kien innutat ukoll li whud mill-Pulizija ma kienux libsin ir-raincoat minkejja l-kesha kbira li ghamlet dakinhar. Meta staqsejt jekk dawn humiex xi supermen jew superwomen, ir-risposta kienet “le, imsiken, dawk il-Pulizija l-godda li tant saru bl-ghaggla qabel l-elezzjoni li m’hemmx raincoats ghalihom”.

Minn John Pisani | February 20, 2008 - 9:39 am - Fil-Kategoriji Arrestat, Droga, Pulizija

Tinstab tahlita ta’ drogi fuq tliet zghazagh

Il-Puizija mid-Distrett ta’ Hal Qormi komplew jirregistraw aktar success fil-glieda kontra d-droga b’sejba ta’ tahlita ta’  drogi fil-pussess ta’ tliet zghazagh li maghho kellhom tifel ta’ 15-il sena.

Nhar it-Tnejn, 18 ta’ Frar ghal habta tat-8.30 p.m. waqt li l-Pulizija tad-Distrett kienu fuq ronda fl-inhawi ta’ Ghar Lapsi nnuttaw karozza VW Golf b’erba zghazagh fiha li dehru suspettuzi. Ghall-ewwel il-Pulizija ghamlu xi josservaw liz-zghazagh u l-movimenti taghom. Ftit tal-hin wara l-Pulizija ccirkondaw il-karozza u hargu liz-zghazagh mill-vettura li kif fethu l-bibien ir-riha li harget kienet evidenti li kienu qieghdin jabbuzaw mid-droga.

Kif il-Pulizija tkellmu ma’ l-erba’ zghazagh, wiehed minnhom kien innutat li ma kienx qieghed jitkellem sew ghax kellu xi haga f’halqu. Ghaldaqstant il-Pulizija ordnawlu biex johrog dak li kellu f’halqu. Iz-zaghzugh, li ghandu 20 sena u huwa minn H’Attard, hareg minn halqu bicca raza tal-kannabis. Minn tfittxija li komplew jaghmlu l-Pulizija fuq l-istess zaghzugh, fil-but tal-gakketta sabulu oggett relatat mad-droga.

Minn fuq zaghzugh iehor, li ghanud 21 sena minn Had-Dingli, il-Pulizija sabulu kontenitur b’sustanza suspettuza. Ma’dawn it-tnejn kienhemm zaghzugh iehor ta’19-il sena wkoll minn H’Attard,  li allegatament kien qieghed jabbuza mid-droga kif ukoll tifel ta’ 15-il sena minn Birkirkara. Aktar droga, fosthom ghaxar pilloli Ecstasy, LSD u ‘joint’, li kienu qieghdin ipejpu fil-karozza, instabu mill-Pulizija fil-karozza.

Minn aktar investigazzjonijiet li saru u li tmexxew mis-Supretendent Lawrence Cutajar flimkien ma’ l-Ispetturi Marisa Camilleri u Anthony Cachia mill-Ghassa ta’ Hal Qormi, irrizulta li t-tifel ta’ 15-il sena kien biss fil-karozza u ma kellux x’jaqsam mal-pussess u t-traffikar tad-droga kif mistennija jkunu akkuzati t-tliet zghazagh fil-jiem li gejjin.

Dan kien it-tielet kaz fi spazju ta’ ftit gimghat li l-Pulizija mill-istess Distrett arrestaw persuni b’konnessjoni mad-droga. Fis-27 ta’ Jannar il-Pulizija kienu arrestaw ragel ta’ 26 sena minn Haz-Zebbug f’Misrah San Filep f’Haz-Zebbug u fl-istess gurnata fi Tri l-Ljun f’Hal Qormi arrestaw iehor ta’ 24 sena minn Fgura.

Minn John Pisani | February 19, 2008 - 9:56 am - Fil-Kategoriji Hold-up, Pulizija, Serq
Direttur ta’ kumpanija misruq €16,000

Il-mewga ta’ kriminalita’ f’pajjizna kompliet ghaddejja din id-darba b’hold-up iehor fejn il-vittma mhux biss kien misruq izda safa wkoll aggredit.

Dan il-hold-up, is-seba’wiehed din is-sena, sehh nhar it-Tnejn 18 ta’ Frar ghal habta tal-11.00 a.m. fil-Qasam Industrijali f’Tal-Handaq, limiti ta’ Hal Qormi. Dak il-hin id-direttur tal-kumpanija RJC Caterers Ltd ta’ Papillon, Mario Mifsud ta’ 51 sena minn Santa Venera, kien ghadu kif hareg mill-ufficcju biex imur jiddepozita l-flus f’bank. Kif kien riesaq lejn il-karozza tieghu, waqaf vann Suzuki abjad u minnu hareg ragel mghammad u armat u ordna lil Mifsud biex itih il-bagalja li fiha kien hemm €15,000 fi flus kontanti u €1,000 f’cekkijiet.

Huwa mifhum li ghall-ewwel Mifsud irrezista lill-kriminal anke meta gie aggredit fejn jidher li l-halliel ta daqqa ta’ gebla fuq ras Mifsud. Izda d-direttur tal-kumpanija ceda meta l-halliel hareg l-arma, x’aktarx pistola, u Mifsud ma kellux ghazla ohra hlief li jaghti l-bagalja lill-kriminal. Kif il-halliel hataf il-bagalja rega dahal fil-vann fejn kien hemm komplici jistennih u dawn harbu minn fuq il-post. Mifsud mar l-Ghassa tal-Pulizija ta’ Hal Qormi fejn ghamel rapport.

Minn stharrig li ghamlu l-Pulizija, immexxija mill-Ispettur Marisa Camilleri u s-Surgenti Bernardette Valletta u Michael Carter mill-istess Ghassa, irrizulta li l-vann kien insteraq mill-Imsida fid-9 ta’ Frar. B’dan il-hold-up gie informat ukoll is-Supretendent Lawrence Cutajar tad-Distrett kif ukoll l-Ispettur Joseph Mercieca mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra l-Hold-ups. Il-Magistrat Dr Tonio Micallef Trigona ordna inkjesta.

Minn John Pisani | February 17, 2008 - 10:54 pm - Fil-Kategoriji Accident, Korriment, Protezzjoni Civili, Pulizija, Sptar Mater Dei

imriehel-accident-16-02-08.jpg

Tfajla fil-periklu tal-mewt u guvni jkorri gravi

 

Fi spazju ta’ saghtejn sehhew zewg accidenti separati tat-traffiku fejn f’wiehed minnhom tfajla tinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li fl-iehor guvni sofra griehi gravi.

 

Nhar is-Sibt, 16 ta’ Frar ghal habta tas-6.45 a.m. tfajla ta’ 27 sena mill-Mosta kienet qieghda ssuq karozza Fiat Panda fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema mid-direzzjoni ta’ San Giljan. Kif waslet hdejn it-Torri jidher li tilfet il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li marret fuq in-naha l-ohra tat-triq. Dak il-hin mid-direzzjoni opposta kien gej trakk misjuq minn guvni ta’ 22 sena minn Haz-Zabbar li kif ra l-karozza Panda gejja fid-direzzjoni tieghu, zamm il-brejk u waqaf. Sfortunatament it-tfajla baqghet diehla b’impatt qawwi fit-trakk.

 

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera li hadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei fejn ghal xi hin kienet fil-periklu tal-mewt kawza ta’ griehi gravi hafna f’rasha u sidirha.

 

Il-Pulizija mill-Ghassa ta’ Tas-Sliema mmexxija mill-Ispettur Ann Marie Micallef hejjew rapport ta’ l-accident. Il-Magistrat Dr Doreen Clarke ordnat inkjesta u hatret lill-Perit Richard Aquilina u lit-Tekniku Joseph Zammit bhala esperti tal-Qorti.

 

Saghtejn qabel, ghal habta tal-4.50 a.m., guvni ta’ 20 sena mill-Bahrija kieninvolut f’accident tat-traffiku fl-Imriehel. Il-guvni kien qieghed isuq vann Maruti Omni fi Triq Notabile fid-direzzjoni tar-Rabat. Kif qabez fejn hemm l-Ambaxxata Libjana, il-guvni tilef il-kontroll tal-vann x’aktarx minhabba z-zlieq li kien hemm fit-triq li fil-hin ta’ l-accident kienet niezla x-xita b’konsegwenza li baqa’ tiela fuq is-centre strip u habat b’impatt qawwi f’arblu tad-dawl.

 

Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili li kellhom iqacctu parti mill-vann biex seta’ jinhareg iz-zaghzugh. Ghal-lest kien hemm ambulanza b’infermieri u t-tim mediku mmexxi minn Dr Michael Spiteri.

 

Il-guvni wkoll ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn b’xorti tajba nstab li kien qieghed isofri minn griehi gravi izda ma kien fil-periklu tal-mewt. Rapport ta’ dan l-accident thejja mil-Pulizija mill-Ghassa ta’ Birkirkara mmexxija mis-Surgent Frans Bezzina.

 

Il-vettura involuti fiz-zewg accident garbu hsarat estensivi.

Minn John Pisani | February 15, 2008 - 10:18 pm - Fil-Kategoriji Abbuz, Accident, Fatalita', Mewt

Anzjan Ingliz imut b’xokk elettriku

John Davies ta’ 75 sena minn Preston, fl-Ingilterra, nhar il-Hamis instab mejjet fil-kamra tieghu f’lukanda fil-Qawra minn wahda mill-impjegati.

It-turist Ingliz instab mejjet fl-art ghal habta tal-11.30 a.m. meta wahda mic-Chambermaids li tahdem fil-Lukanda Palm Court dahlet biex tnaddaf il-kamra. Ghall-ewwel kien mahsub li l-anzjan miet kawza ta’ attakk tal-qalb izda meta l-Gimgha saret l-awtopsja kien innutat li l-anzjan kellu hruq f’idejh u minn aktar ezamijiet mill-patologisti rrizulta li l-kawza tal-mewt kienet b’xokk elettriku.

Ghaldaqstant il-Pulizija, immexxija mill-Ispettur Anzjan Paul Bond, mill-Ghassa tal-Qawra flimkien ma’ l-esperti tal-Qorti regghu marru fil-kamra biex jinvestigaw kif l-anzjan ha xokk. Fost l-esperti mahtura mill-Magistrat Dr Audrey Demicoli, kien hemm il-Professur Joseph Agius, espert fl-inginerija elettrika, il-Perit Richard Aquilina u t-Tabib Forensiku Mario Scerri.

Fil-kamra fejn kien allogjat it-turist il-Pulizija u l-esperti sabu apparat fosthom mutur zghir u apparat iehor li l-anzjan kien qieghed juza fuqu nnifsu. Jidher li jew il-kurrenti elettriku kien qawwi hafna ghall-Ingliz jew l-apparat li kien qieghed juza seta’ kien imxarrab li qatlu fuq il-post. Huwa mifhum li Davies ha x-xokk fatali ghal habta tat-3.00 a.m. tal-Hamis.

John Davies wasal Malta ghal btala twila fil-11 ta’ Jannar u kellu jitlaq fit-30 ta’ Marzu. Huwa kien Malta wahdu u ghaldaqstant il-Pulizija talbu l-ghajnuna tal-Kummissjoni Gholja Ingliza biex isir kuntatt ma’ l-qraba tieghu fl-Ingilterra.

Sadanittant id-derigenti tal-Lukanda Palm Court f’kuntatt ma’ dan is-sit elettroniku xtaqu jiccarraw il-fatt li kien l-apparat tal-klijent taghhom li kien difettuz u mhux il-kurrent elettriku tal-Lukanda.  Il-General Manager, Victor Spiteri, qal li Davies fl-ebda hin ma talab l-ghajnuna tat-teknici tal-lukanda.

Nhar il-Hadd filghodu l-kadavru ta’ John Davies ittiehed b’titjiera ta’ l-Air Malta lejn Manchester biex issirlu d-difna fi Preston fejn kien joqghod.

Minn John Pisani | - 10:11 pm - Fil-Kategoriji Arrestat, Droga, Esklussiva, Pulizija, Qorti

Kienu arrestati fuq ferrovija b’400 gramma kokaina

L-ahbar li zvela esklussivament l-orizzont u dan is-sit elettroniku nhar is-Sibt, 19 ta’ Jannar 2008 dwar zewgt irgiel Maltin li ma rritornawx Malta mill-Germanja, nista’ nkompli nizvela li dawn jinsabu f’habs fil-Germanja akkuzati b’pussess u traffikar tad-droga kokaina.

Iz-zewgt irgiel Maltin, wiehed ta’ 30 sena minn San Giljan  u l-iehor ta’ 28 sena minn Hal Balzan, marru l-Olanda fejn allegatament qalu lill-qraba taghhom li kienu sejrin biex jixtru parts ta’ karozzi. Nhar l-Erbgha, 16 ta’ Jannar huma telghu fuq ferrovija f’Amsterdam, fl-Olanda biex imorru Cologne fil-Germanja minn fejn kellhom jaqbdu ajruplan lejn Malta.

Li ma kienux jafu z-zewgt irgiel Maltin huwa li l-Pulizija Germanizi kienu qieghdin isegwu l-passi taghhom tant li fuq l-istess ferrovija kienu qieghdin ikunu sorveljati. Kif il-Maltin waslu fl-istazzjon ta’ Cologne, dawn twaqqfu u f’bagalja zghira li kienu qieghdin igorru allegatament instabitilhom 400 gramma kokaina.

Sorsi mill-Germanja qaluli li l-Pulizija Germaniza stennew li dawn jaslu Cologne biex b’hekk setghu jakkuzaw lill-Maltin bi traffikar ta’ droga bejn pajjiz u iehor.

Iz-zewg Maltin tressqu digà l-Qorti quddiem Magistrat inkwerenti fejn it-tnejn cahdu li l-bagalja li kien fiha d-droga kienet taghhom. Ghall-ewwel il-Maltin kellhom lill-Avukat Bjorn Gercke jiddefendihom fil-Germanja li kien il-hin kollu f’kuntatt ma’ l-Avukat Joseph Giglio f’Malta. L-istess sorsi qalulna li minhabba li z-zewg Maltin qieghdin jichdu li l-bagalja hija taghhom, issa dawn ghandhom avukati separati jiddefenduhom u mhux lil Dr Gercke biss. Dan peress li l-Pulizija jidher li ghandha provi bizzejjed li l-bagalja kienu qieghdin igorruha huma u ghalhekk jekk mhix ta’ wiehed allura hija ta’ l-iehor. Iz-zewg Maltin ma nghatawx il-libertà provizorja u ghadhom jinzammu taht arrest f’habs fil-Germanja.

Minhabba li l-procedura legali fil-Germanja hija differenti minn dik Maltija, il-Qorti tista’ tiehu sa sitt xhur biex jintemm l-istharrig kollu qabel tkompli tisma’ l-kaz.

Minn John Pisani | - 10:01 pm - Fil-Kategoriji Pulizija, Twelid

justyne-silvio-15-02-08.jpg

Tifla ghal Justyne Caruana u l-Ispettur Silvio Valletta
 

Ma nistax ma nohrogx ftit barra mis-solitu suggetti li jkoli fuq dan is-sit elettroniku biex nifrah lid-Deputata Laburista Ghawdxija Justyne Caruana li saret omm ghall-ewwel darba, meta il-Gimgha, 15 ta’ Frar fis-2.15 p.m. welldet tifla fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex.

Justyne u zewgha, l-Ispettur Silvio Valletta stazzjonat mad-DIK, se jsemmu lil binthom Josèphine.


Minn hawn nifirhilhom u nawguralhom.

Â