Minn John Pisani | January 30, 2008 - 12:36 am - Fil-Kategoriji FAM, Feriment, Promozzjonijiet

Ferment fil-FAM

Zewg promozzjonijiet fi ftit xhur

 

Storbju, tisbit, ghajjat ta’ rabja u kliem iehor iddominaw diversi nhawi fil-Forzi Armati,

specjalment fil-Kwartieri Generali f’Hal Luqa meta nhar it-Tlieta mxiet il-kelma li

kienu se jinhargu zewg promozzjonijiet ohrajn fejn fizzjal minnhom mhux biss qabez

diversi fizzjali ohrajn imma nghata t-tieni promozzjoni fi spazju ta’ ftit xhur.


Illum il-Gvern, jew ahajr Kastilja, mistenni jhabbar il-promozzjoni tal-Maggur Andrew 
Mallia ghar-rank ta' Logotenent Kulunell. Mieghu se jinghata wkoll promozzjoni l-Maggur 
Alex Dalli. Izda r-reazzjoni negattiva kienet fil-konfront tal-Maggur Mallia li ftit tax-xhur 
ilu inghata promozzjoni minn Kaptan ghal Maggur.
Din il-mossa giet deskritta minn hafna fizzjali bhala “tal-misthija”. Sorsi qrib Kastilja qaluli 
li din mhi xejn hlief promozzjoni ta' qabel l-Elezzjoni u biex Andrew Mallia jinhatar bhala 
l-Ufficjal Kmandant (C.O.) tat-Taqsima Marittima. Dan jikkonferma rapport li deher 
esklussivament fuq dan is-sit elettroniku fejn zvelajt li s-C.O. tat-Taqsima Marittma 
tal-FAM, il-Logotenent Kurunell Martin Cauchi Inglott se jmur fl-ufficcju fi Brussell 
minflok id-Deputat Kmandant Martin Xuereb.
Minn naha l-ohra sorsi qrib il-FAM stqarrew li din hija biss skuza peress li bhalissa 
hemm minn fejn jintghazel Kurunell biex jimla dan il-post. Izda jidher li minn Kastilja 
ppreferew li jlahhqu lil Andrew Mallia.L-istess sorsi sahqu wkoll li fil-FAM jezistu 
arrangamenti biex f'kaz bhal dan, il-fizzjal jista' jinhatar bhala 'acting rank' sakemm 
ikollu bizzejjed esperjenza mehtiega fir-rank li qieghed fih biex ikun eligibbli ghar-rank 
li jmiss. Dawn is-sorsi qaluli li hekk sar fil-konfront ta' fizzjali ohrajn li kienu ilhom 
hafna aktar zmien fir-rank ta' Maggur. Diversi fizzjali qieghdin jistaqsu ghaliex din 
l-ghagla kollha qabel l-elezzjoni biex dan il-fizzjal jinghata l-promozzjoni. 
Bil-promozzjoni ta' Mallia se jergghu jinqabzu bosta fizzjali li ghandhom hafna aktar 
esperjenza u anzjanita'. Din il-promozzjoni kompliet ziedet il-ferment li qieghed jirrenja 
fi hdan il-FAM u se jizdiedu l-ilmenti fejn hemm min diga' avvicnaw l-avukati taghhom 
biex iresqu l-kaz taghhom quddiem il-Qrati kemm Maltin kif ukoll Ewropej.  Fizzjal li 
qalli li issa n-numru kbir ta' ilmenti li qieghdin jaghmlu l-fizzjali mhumiex jigu imwiegbin. 
Hemm hafna li sa llum ghadhom ma jafux ghaliex inqabzu fl-ahhar promozzonijiet li kien 
hemm ftit tax-xhur ilu u ghaldaqstant ma jafux issa ghaliex se jergghu jinqabzu. Skond 
dawn is-sorsi dan huwa kontra l-ligi li terregola l-Forzi Armati ta' Malta. 
Ghal darb' ohra skond dawn is-sorsi l-ligi ta' Malta, precizament 'section 160' ta' l-att 
li jirregola il-FAM, il-Gvern huwa marbut li jrid jaghti d-dettalji, li jitlob il-fizzjal li qieghed 
jilmenta, mill-aktar fis possibli u jekk jirrizulta li tkun saret ingustizzja, il-Gvern irid jaghti 
rimedju. Jekk le, il-fizzjal xorta ghandu jinghata d-dritt li jressaq il-kaz tieghu quddiem 
il-President tar-Repubblika ta' Malta jew fil-Qrati Maltin.

 

Minn John Pisani | January 29, 2008 - 11:36 pm - Fil-Kategoriji Accident, Sptar Mater Dei

marsa.jpg

Triq li ilha mudlama s-snin parti mill-kawza

 

 

Ghal darb’ ohra Triq Valletta, jew kif inhi maghrufa ahjar bhala t-telgha ta’ l-Andrew’s qrib iz-zona Industrijali tal-Marsa, il-bierah regghet rat accident iehor tat-traffiku li parti l-kbira tat-tort huwa minhabba li ma hemmx bozza wahda f’din il-parti tat-triq.

“Oqghodu attenti ghax il-karozzi fin-nofs ma jidhrux minhabba d-dlam”. Dan it-twissija kienu l-ewwel kliem li qalet infermiera li waslet fuq il-post ma’ l-ambulanza tant kemm it-triq hija mudlama. L-accident tal-bierah sehh ghal habta tas-7.00 p.m. li halla zaghzugh ta’ 25 sena minn Hal Luqa jsofri minn diversi griehi. Dan iz-zaghzugh kien qieghed isuq karozza Peugeot li kien sejjer fid-direzzjoni tal-Marsa jhares ’l isfel. Kif kien se jdur fuq il-lemin ghal gewwa sqaq fejn hemm xi garaxxijiet, karozza ohra Chevrolet misjuqa wkoll minn zaghzugh baqa’ diehel b’impatt qawwi fuq wara tal-Peugeot.

Huwa mifhum li minhabba li t-triq tinsab fi dlam cappa, is-sewwieq tax-Chevrolet ma ndunax li kien hemm il-Peugeot qieghed idur. Mad-daqqa l-Peugeot gie imbuttat ghal fuq vann Volkswagon li kien wieqaf.

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera li hadet liz-zaghzugh minn Hal Luqa l-Isptar Mater Dei fejn inghata l-kura mehtiega.

Rapport ta’ dan l-accident thejja mill-Pulizija mill-Ghassa ta’ Hal Luqa.

Minn John Pisani | - 11:26 pm - Fil-Kategoriji Arrestat, Droga

Jinsabu arrestati l-Germanja

 

 

 

Iz-zewgt irgiel Maltin li baqghu ma rritornawx Malta fis-16 ta’ Jannar jinsabu f’idejn il-Pulizija Germaniza biex jghinuhom fi stharrig dwar sustanza li nstabet fil-pussess taghhom.

 

 

Kien il-gurnal l-orizzont u dan is-sit elettroniku li nhar is-Sibt, 19 ta’ Jannar zvela esklussivament kif zewgt irgiel, wiehed ta’ 30 sena minn San Giljan u l-iehor ta’ 28 sena minn Hal Balzan, kienu marru l-Olanda jew il-Germanja u baqghu ma rritornawx lura lejn Malta.

 

Fil-fatt dawn kienu l-Germanja meta gurnata qabel kellhom jirritornaw Malta ;ew arrestati. Minn aktar stharrig li komplejna naghmlu jirrizulta li z-zewgt irgiel kienu marru l-Germanja fejn suppost kellhom jixru parts tal-karozzi kif kienet ikkonfermat qariba ta’ wahda minnhom maghna.

 

Jidher izda li meta z-zewgt irgiel kienu f’Cologne, il-Germanja, twaqqfu mill-Pulizija tal-lokal u baqghu jinzammu minhabba xi sustanza llegali li nstabitilhom f’bagalja. Nifhmu wkoll li z-zewg Maltin qieghdin ikunu assistit minn Avukat germaniz kif ukoll mill-Avukat Malti Dr Joseph Giglio.

 

Kelliem ghall-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Maltin qalilna li huma jafu li l-Pulizija germaniza qieghda zzomm lil dawn iz-zewgt irgiel u kkonfermalna li saret talba ufficjali lill-Ministeru biex jinghataw l-ghajnuna mehtiega. Il-kelliem qalilna wkoll li minhabba l-kunfidenzjalità tal-kaz il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin mhux f’pozizzjoni li jghid ir-raguni ghaliex iz-zewg Maltin jinsabu mizmumin izda qieghdin jinghataw assistenza konsulari.

 

Sorsi li tkellmu ma’dan is-sit elettroniku qalulna li l-Pulizija Germanizi qieghdin jallegaw li fil-bagalja taz-zewgt irgiel instabilhom ammont sostanzjali ta’ droga. Qed ikun allegat ukoll li parti minn din id-droga kellha tittiehed l-Olanda u l-kumplament x’aktarx li kienet destinata ghas-suq Malti.

Minn John Pisani | - 11:15 pm - Fil-Kategoriji MIA, Schengen

F’nofs Frar minflok l-ahhar ta’ Marzu….qabel l-Elezzjoni

 

 

 

L-ghaggla biex kollox isir qabel il-poplu Malti jmur biex jivvota qieghed johloq paniku f’diversi dipartimenti. Fost dawn hemm il-unit responsabbli mix-Schengen li qieghed ikun sfurzat biex imexxi d-data tad-dhul ferm qabel dak previst.

 

 

Sorsi qrib l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) qalu lil dan is-sit elettroniku li f’dawn l-ahhar jiem kien hemm attività mhux tas-soltu fl-MIA. Suppost id-data stabbilita li fiha Malta ufficjalment tkun fiz-zona Schengen ghal dawk il-passiggieri li jidhlu mill-ajruport hija t-30 ta’ Marzu. Izda s-sorsi li tkellmu maghna qalulna li l-Gvern jidher li jrid li din id-data titmexxa ghas-16 ta’ Frar biex b’hekk tkun ferm qabel l-Elezzjoni Generali.

 

 

Dan l-ahhar dehru diversi persuni jduru u jhufu fl-ajruport u anke ngibdu filmati tal-post. Mhux maghruf jekk dawn il-filmati ngibdux ghal xi dokumentarju jew biex issir propaganda fl-istess zmien li tkun ghaddejja l-kampanja elettorali jew minhabba ragunijiet s-sigurtĂ .

 

 

Sadanittant minhabba c-cokon ta’ l-ajurport taghna jidher li jista’ jkun hemm xi eccezzjonijiet fejn il-passiggieri li jkunu ghadhom kif waslu se jkollhom jiehdu mixja itwal mis-soltu. Jidher li fl-eventwalità li jaslu zewg ajruplani flimkien u wiehed minnhom ikun gie minn pajjiz li mhux fiz-zona Schengen, bhala regola ta’ sigurtà ma jistghux jinfethu z-zewg entraturi flimkien. B’hekk biex il-passiggieri ma jithallewx jistennew, dawk li jaslu minn pajjiz li huwa fiz-zona Schengen, se jiddahhlu minn Gate 5, jidhlu fis-sala tat-tluq, jghaddu mit-Transit u jibqghu hergin minn hdejn id-Duty Free. Izda din dejjem f’kaz li jkun hemm zewg ajruplani fl-istess hin biss.

 

 

Sadanittant il-unit tax-Schengen ghadu sal-lum minghajr Kap.

 

Minn John Pisani | January 27, 2008 - 8:50 am - Fil-Kategoriji FAM

fam-falsifikazzjoni-27-01-08.jpg

Il-Prim Ministru jghid li l-ufficjal tal-FAM kien ammonit

 

 

 

B’mod indirett il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ammetta mat-torca u ma’ dan is-sit elettroniku li l-ufficjal li fl-1991 allegatament ikkommetta reat, huwa hati ta’ dak li ghamel ghax “dan l-Ufficjal gie ammonit”.

 

Wara r-rapport esklussiv li ppublikat it-torca fis-6 ta’ Jannar, kif ukoll fuq dan is-sit, dwar ittra li ghebet mill-fajl personali ta’ Ufficjal wara li allegatament wettaq reat kriminali, kemm f’Kastilja kif ukoll fl-Armata qam riefnu iktar qawwi minn dak li hakem lill-gzejjer Maltin nhar il-Hamis li ghadda.

 

Minflok ma l-Awtoritajiet raw ghaliex ufficjal baqa’ jinghata promozzjoni wara ohra, aktar kien hemm paniku biex ikun maghruf is-sors taghna. Bdew jigu ppuntati swaba’ lejn diversi persuni izda l-ikbar inkwiet ghall-Kastilja huwa l-fatt li minkejja li fi hdan l-Armata nholqot xibka ta’ nies li suppost huma fdati mill-Partit Nazzjonalista u tpoggew f’postijiet sensittivi biex jaraw li ma johrog xejn, fi spazju ta’ ftit gimghat gew f’idejna dokumenti li sahansitra ufficjali gholjin la kienu jafu li jezestu u wisq aktar li dawn setghu b’xi mod jispiccaw f’idejna.

 

Il-gimgha l-ohra baghtna sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Staqsejnih jekk l-ittra li ppublikajna nstabitx jew ghadhiex nieqsa. Skond il-Prim Ministru huwa jinsab infurmat li l-ittra li giet imsemmija f’dak l-artiklu qatt ma giet nieqsa.

 

Izda sorsi qrib il-FAM qalulna li l-Prim Ministru huwa infurmat hazin ghax l-ittra kienet tnehhiet mill-fajl personali ta’ l-ufficjali snin ilu fi zmien meta l-istess ufficjal kien ghadu Ajjutant. Fil-fatt l-ittra instabet jumejn wara li ahna zvelajna l-kaz. Din l-ittra nstabet f’Lyster Barracks f’Hal Far u mhux fil-fajl personali ta’ l-ufficjal fejn suppost tinzamm fil-Kwartieri Generali tal-FAM f’Hal Luqa.

 

L-istess sorsi qalulna wkoll li kien minhabba f’hekk li dan l-ufficjal minn Logetenent baqa’ javvanza sa’ Logotenent Kulunell ghax kull darba li kien hemm promozzjoni din l-ittra qatt ma deheret imkien.

 

“Li kieku din l-ittra kienet fil-fajl personali tieghu, kif resaq ghall-promozzjoni ta’ Kaptan kien jehel hemm. Kien jitlef l-anzjanità u skond l-istess kriterji li ntuzaw ma’ ufficjali ohrajn ma kienx jinghata s-Security Clearance” qalilna eks-ufficjal b’esperjenza vasta fl-Armata.

 

Ghaldaqstant staqsejna lill-Prim Ministru jekk din l-ittra instabet, x’passi se jittiehdu fil-konfront ta’ dan l-ufficjal li ffalsifika dokumenti ufficjal. Minn naha tieghu l-Prim Ministru qalilna li l-kaz kien gie investigat meta sar. L-awtorijiet tal-FAM kienu accettaw l-ispjegazzjoni tal-Ufficjal koncernat u dan l-Ufficjal gie ammonit.

 

Fil-fatt minn aktar stharrig li komplejna naghmlu jirrizulta li dan l-ufficjal kien tressaq quddiem il-Brigadier Claude Gaffiero. Dakinhar il-Kap Kmandant tal-FAM kien wissieh severament ghal dak li ghamel. Is-sorsi li tkellmu maghna qalulna li l-Ufficjal kien gie “admonished” li fl-Armata tfisser “twissija meta xi hadd jinstab hati ta’ dak li jkun ghamel”.

 

Sadanittant sorsi ohrajn qrib l-Air Malta u l-FAM li jiftakru sew il-kaz, qalulna li meta s-suldati kienu qabdu impjegat ta’ l-Air Malta jsuq vettura minghajr il-licenzja necessarja u wettqu dmirhom kif suppost, l-impjegat allegatament kien talab lill-Ufficjal biex ibiddel ir-rapport tieghu u tas-suldati, fuq persuna ohra biex ma jitlifx l-impjieg tieghu.

 

“Sempliciment frame-up illegali” sahqu s-sorsi.

 

Dan l-agir jistona bil-kbir meta jkun paragonat ma’ kazi ohrajn u l-passi li jittiehdu kontra fizzjali ohrajn u anke suldati f’rankijiet ohrajn. Kien hemm min iddahhal jaghmel gimgha ghassa zejda minghajr ma jithallas xejn bzala kastig. Ohrajn wehhlu gimgha shiha paga ghal reat ferm hafna inqas gravi minn hekk u zgur li ma kienux reati kriminali. Fost dawn kien hemm min ma lestiex rapport fi z-zmien stipulat jew ghax kien hemm xi imbarazz u minflok intrema inghata lil xi zadd minghajr ebda interessi. Kien hemm kaz fejn ufficjal wehlet zewg ghases zejda sempliciment ghax hadet zball f’xi kontijiet.

 

Dwar il-kwistjoni tas-Security Clearance staqsejna, li fid-dawl ta’ dan kollu, jekk dan l-ufficjal hjux se jinghata s-Security Clearance xorta wahda minkejja li wettaq reat li hu bhala ufficjal kellu jara li ma jsehhx u ghalhekk ir-reat huwa aktar gravi.

 

Dr Gonzi qalilna li l-ghoti tas-Security Clearance huwa diskrezzjoni tas-Servizzi tas-SigurtĂ . L-awtoritajiet tal-FAM qatt ma talbu lill-Pulizija jinvestigaw dan il-kaz.

 

Ahna staqsejna diversi ufficjali fl-Armata dwar din ir-risposta li nghatajna. Dawn qalulna li dak li ghamel dan il-fizzjal huwa reat kriminali u ghaldaqstant sta ghall-Pulizija jew aktar u aktar ghal Avukat :enerali li jiddeciedi jekk hemmx provi bizzejjed biex jittiehdu jew ma jittiehdux passi kriminali kontra tieghu u mhux il-FAM li ma ghandha l-ebda awtorità legali li tiddeciedi fuq hekk. Ghaldaqstant il-kaz jiggrava aktar ghax il-FAM assumiet responsabilità ta’ malaministrazzjoni gravi hafna fejn assumiet responsabilità ta’ decizjoni li hi legalment qatt ma kellha d-dritt jew l-obligu legali li tassumi. Dan aktar u aktar peress li l-bniedem li kien qieghed jigi “iffremjat” ma kienx membru ta’ l-Armata izda bniedem civili.

 

Lill-Prim Ministru staqsejnih ukoll jekk hux se jittiehdu passi kontra dan l-ufficjal u jekk hux se jibqa’ jkun Security Cleared. Jekk ir-risposta hija fin-negattiv iqisx dan bhala diskriminazzjoni fil-konfront tal-Logotenent Kulunell Mario Schembri u l-Maggur Pierre Vassallo li ma gewx Security Cleared bil-konsegwenzi kollha meta qatt ma gie pruvat xejn lilhom privatament jew pubblikament.

 

Dwar dan, ir-risposta kienet li l-Ufficcju tal-Prim Ministru jidhirlu li m’ghandux jikkumenta f’dan l-istadju ghax jista’ jigi pregudikat kaz li jinsab sub judice.

 

Minkejja l-ghagla

 

Minkejja l-ghaggla biex jinghataw il-promozzjonijiet ghal sitt Kulunelli maghzulin, ghax inkella l-operat ta’ l-Armata jistagna, sal-lum aktar minn xahrejn wara, hadd minn dawn il-Kulunelli ghadu ma’ nghata r-responsabbilitajiet li suppost ghandhom. Kull ma nghataw s’issa hija z-zieda fil-paga u l-beneficcji kollha li gew mal-promozzjoni. Fosthom hemm l-istess Deputat Kmandant Martin Xuereb li ghadu jmur Brussell flimkien mal-familja tieghu fejn ghadu jmexxi l-ufficcju tieghu minn hemm.

 

Dwar din il-pozizzjoni fi Brussell ninsabu infurmati li hemm glieda biex jintghazel il-Logotenent Kulunell biex jiehu post il-Kulunell Martin Xuereb, li issa sar id-Deputat Kmandant. Fost dawk li jridu bis-sahha dan il-post hemm il-Logotenent Kulunelli Martin Cauchi Inglott u Brian Gatt.

 

Is-sorsi taghna fl-Armata qalulna li meta tqassmu l-applikazzjonijiet lill-Logotenenti Kulunelli biex jaraw min huwa interessat f’dan il-post, lil Brian Gatt insewh. Izda malajr fakkarhom u anke kien minn ta’ quddiem bhala l-favorit ghal dan il-post.

 

Izda kollox jindika li Cauchi Inglott se jkun hu li se jintghazel. B’hekk se jinholoq post vojt biex titmexxa t-Taqsima Marittima tal-FAM u l-holma li Cauchi Inglott li jibdel din it-Taqsima fil-Coast Guard ta’ Malta, issa jidher li se jpoggiha fuq l-ixkaffa.

 

Sorsi qrib Haywharf qalulna li l-Logotenent Kulunell Cauchi Inglott ghamel il-homework tieghu tajjeb u x’aktarx li Martin Xuereb tah pariri tajbin. L-istess sorsi qalulna wkoll li ma’ din il-pozizzjoni fi Brussell jigu hafna perkacci. Ninsabu informati wkoll li Cauchi Inglott se jinghata kuntratt ta’ sitt snin u jista’ jigi rivedut wara tliet snin. B’hekk bi Gvern Laburista wara l-Elezzjoni li jmiss, anke jekk inehhi lil Cauchi Inglott minn din il-pozizzjoni, dan l-ufficjal jista’ jgawdi minn eluf kbar ta’ ewro jekk ifittex lill-Gvern fuq ksur tal-kuntratt.

Minn John Pisani | January 24, 2008 - 10:53 pm - Fil-Kategoriji Maltemp

maltemp-4.jpg Ritratti Charles Marsh

Bahar qawwi joffri spettaklu u hsarat kbar

Tliet barranin qrib Malta salvati mit-Taljani

 

 

 

Ir-rih qawwi mill-Grigal li lehaq Forza 8 li huwa forza ta’ rifnu, offra spettaklu b’mewg gholi f’diversi postijiet li izda kkawza wkoll hsarat kbar. Ir-rih qawwi kien kawza wkoll li t-tliet barranin li kienu fuq jott barra minn Dellimara gew salvati mit-Taljani u vapur.

 

 

Kienu bosta turisti u Maltin li l-bierah marru f’postijiet qrib il-bahar biex jaraw il-mewg ihabbat mal-blat b’mewg jghola f’certi postijiet aktar minn erba’ sulari. Bhas-soltu meta jkun hemm Grigalata l-aktar li l-bahar joffri spettaklu huwa Tas-Sliema, il-Belt u Wied il-Ghajn.

Tul in-nofs ta’ nhar tal-bierah filghodu dorna diversi nhawi fejn il-fotografu Charles Marsh gibed dawn ir-ritratti.

 

 

Tas-Sliema

Kif konna sejrin lejn Tas-Sliema rajna jott inkaljat fid-dahla ta’ Maneol Island li wara li tqaccat mic-cima tkaxkar ’il gewwa.

maltemp-11.jpg

 

 

It-Taqsima Marittima tal-FAM, permezz tal-lanca Melita II intervjenw f’Tas-Sliema wara li zewg lanec ta’ Captain Morgan, il-‘Fernandez 2’ u l-‘Marianne’, ukoll tqacctu mill-irbit u bdew jahbtu ma’ dghajjes zghar.

Il-bahar qawwi baqa’ diehel anke sax-Xatt ta’ Tas-Sliema fejn il-Magic Kiosk. Kultant hin mewg kbir beda jaqbez ghat-triq fejn inqalghu bicciet mill-bankina, tkaxkru kioskijiet zghar u mlew il-bankina b’diversi bicciet ta’ l-injam u skart iehor. Kontenituri kbar li jintuzaw ghas-separazzjoni ta’ l-iskart ukoll dehru jitkaxxkru bl-ilmijiet u s-sewwieqa kellhom diffikultajiet jghaddu mill-inhawi.

 

 

 

maltemp-5.jpgIn-naha ta’ Qui si Sana l-mewg gholi u qawwi inbidel f’bahar ta’ rawa bajda mifruxa fuq medda bejn il-Ponta ta’ Tignè sa wara l-Fortizza.

 

 

Il-Balluta u Spinola

 

F’dawn l-inhawi l-mewg li beda jahbat mal-blat deher jghola diversi metri. Stejg tal-karozzi tal-linja fi Triq Gorg Borg Olivier tkisser u l-bahar tela’ san-naha l-ohra tat-triq ghal fuq il-bankina fejn karozzi li kienu ghaddejjin kellhom jieqfu.
san-giljan.jpg

 

 

 

Diversi bcejjec tal-bahar zghar litteralment tkissru fil-Bajja ta’ Spinola fejn il-bahar kaxkar kollox ghal mal-moll. Garaxxijiet li hemm taht l-arkati wkoll garbu hsarat.

 

 

                                                                                                                                                    spinola.jpg

Minhabba l-mewg gholi kif ukoll il-gebel u imbarazz iehor li beda jitla’ l-art, id-Dipartiment tal-Protezzjoni civili talab l-ghajnuna tal-Pulizija biex Triq Spinola tinghalaq. B’hekk it-traffiku li kien gej minn San giljan fid-direzzjoni ta’ Tas-Sliema, kien devjat ghal Triq regjonali biex ikunu evitati accidenti.

 

 

maltemp-3.jpg

Wied il-Ghajn

Il-mewg gholi offra spettaklu ghall-fotografi f’Wied il-Ghajn l-aktar fil-post maghruf bhala l-Ponta ta’ zonqor. Izda fil-qalba ta’ Wied il-Ghajn il-bahar u r-rih qawwi ghamlu herba. Fost dawk li sofrew danni kbar hemm l-istabbiliment Waterline fejn diversi siggijiet, tinda u partijiet ohra tkissru.

 

 

Il-Belt

Il-breakwater li hemm fid-dahla tal-Port il-Kbir ma kienx bizzejjed biex izomm il-qilla tal-bahar. Mewg li habat mal-breakwater deher jaqbzu u jghola aktar minn erba’ sulari.

 

 

valletta-l-foss.jpg

Fil-Fossa tal-Belt, ghal habta tal-10.45 il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ l-SAG intervjenew biex salvaw ragel ta’ 70 sena mill-Belt. L-anzjan kien ghaddej bil-karozza tieghu Toyota Vitz, li nhakmet minn mewga u ngarret lejn il-blat. Il-Pulizija rnexxielha tohrog lill-anzjan mill-karozza u bl-intervent f’waqqtu tal-Pulizija ma sofra l-ebda griehi.

 

 

F’dan l-istess post il-mewg kisser bicciet tal-konkos u hadid u ghamel hsarat estensivi ohrajn. Hdejn il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent li jinsab qrib il-Pixkerija fil-Belt, parti mit-triq sfrundat fejn anke hawn il-bahar ried jibla’ l-art.maltemp-2.jpg

 

 

Pulizija tat-traffiku

 

Sadanittant kmieni wara nofs in-nhar zewg teknici tas-CVA li marru fil-foss tal-Belt biex jiehdu ritratti ta’ xi hsarat fl-apparat taghhom, sabu ruhhom f’diffikultajiet. Kif kienu fil-karozza taghhom tat-tip Pajero miz-zghar, bdew jingarru mill-mewg. Pulizija tat-traffiku li kien ghaddej mill-inhawi nizel u b’riskju personali mar biex jaghti l-ghajnuna liz-zewg teknici. Kif PC Robert Vassallo ittawwal minn fuq is-sur innota li l-Pajero kellha d-dawl mixghul u nizel biex jara x’gara. Minhabba li l-bahar beda tiela kwazi sal-mina, Vassallo nizel bil-mixi. Kif wasal hdejn il-karozza biz-zewgt irgiel fiha u kien qieghed jistaqsihom jekk kellhomx bzonn xi ghajnuna, mewg enormi ghattit il-karozza u lill-Pulizija li kien kostrett ihomm mar-rota tal-karozza biex ma jingarx mill-ilmijiet. Huwa ghen liz-zewg teknici jirriversjaw il-karozza u wara saqu ghal post aktat sigur.

 

 

Protezzjoni civili

 

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni civili nzamm il-hin kollu fuq l-alert fejn gie msejjah fuq operazzjonijiet zghar fosthom sigar li tqacctu. Izda kien hemm min ipprofitta ruhu mis-sitwazzjoni. Persuna fi Triq censu Scerri f’Tas-Sliema minflok ma sejjah tekniku biex inehhi l-arial tat-televizjoni li bir-rih tqaccat, talab l-assistenza tal-Protezzjoni civili fejn ix-xoghol sar minghajr hlas ghall-kuntrarju li kieku kellu jmur bniedem tekniku.

 

 

Barranin f’diffikultajiet

 

Il-bierah ghal habta tas-1.09 a.m. ic-centru ta’ Salvatagg f’Ruma rcieva messagg ghall-ghajnuna urgenti (SOS) minn fuq jott Franciz li fuqu kien hemm ragel Taljan, mara Awstraljana u l-kaptan li huwa Olandiz. Dak il-hin il-jott kien madwar 90 mili nawtici mill-ponta ta’ Dellimara. Il-jott kien ilu sitt ijiem fuq il-bahar wara li dawn telqu minn Creta.

 

 

Minn Trapani ntbghat helikopter tan-Navy Taljana fejn sab il-Jott ‘My Samod Sea’ f’diffikultajiet kbar. Izda minhabba r-rih qawwi u mewg gholi madwar hames metri, l-operazzjoni ta’ salvatagg kellha tigi abbandunata u l-helikopter nizel fil-bazi ta’ l-Ajru tal-FAM f’hal Kirkop fejn inghata l-fjuwil. Ghal habta tat-8.00 a.m. l-istess helikopter irritorna lejn Trapani izda fl-istess hin helikopter iehor minn Catania mar fuq il-post, li sa dak il-hin il-jott kompla jingarr lejn il-kosta Maltija u kien madwar 75 mil nawtiku minn Dellimara. Minkejja l-elementi estremi, il-membri tas-salvatagg tellghu lit-Taljan u lill-Awstraljana fuq il-helikopeteru minn hemm ittiehdu Catania fejn inghataw il-kura medika.

 

 

Il-Kaptan tal-jott, ragel Olandiz ta’ 77 sena, irrifjuta l-ghajnuna u ma riedx jabbanduna l-jott. Izda aktar tard izda r-ragel kellu jabbanduna l-opra tieghu u gie salvat mill-vapur MV Saipaem-FDS li kien fi triqtu lejn Malta. Il-vapur kien mistenni jidhol fil-Port hieles ghal habta ta’ l-10.00 p.m.

 

Il-Gozo Channel u l-MIA

Minkejja l-irjiehat qawwijin il-kumpanija Gozo Channel hadmet il-vapuri taghha b’mod normali. Kien biss qabel is-7.30 a.m. li kien hemm xi interuzzjoni fis-servizz izda matul il-gurnata is-servizz kien normali bejn l-Imgarr u c-Cirkewwa.

 

 

Anke l-Ajruport Internazzjonali ta’ opera minghajr ebda problemi ta’ xejn.

 

Minn John Pisani | - 9:14 pm - Fil-Kategoriji Accident, Anzjani, Esperti, Korriment, Pulizija

anzjan-zejtun-24-01-08.jpg

Hadu r-rih u ntlaqat minn trakk

 

Anzjan ta’ 85 sena minn Hal Tarxien, Kalcidon Medici, ghal xi hin kien fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn trakk x’aktarx kawza tar-rih qawwi li ghamel matul il-gurnata ta’nhar il-Hamis.

 

 

L-accident sehh il-Hamis, 24 ta’ Jannar ghal habta tat-8.15 a.m. fi Triq id-Dahla ta’ San Tumas fiz-Zejtun ezatt faccata tad-dar ta’ l-anzjani. Jidher li l-anzjan mar biex izur lil xi hadd fid-dar ta’ l-anzjani tant li anke xtara ftit tuffieh biex jiehdu mieghu.

 

 

Huwa mifhum li Medici kien qieghed fuq dik imsejha ‘separation strip’, bicca bankina li tissepara t-triq principali minn ohra sekondarja, jistenna biex jaqsam it-triq. Kif kien fuq din il-bankina ghadda trakk ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni misjuq minn ragel ta’ 60 sena u x’aktarx li kemm bir-rih li kien qieghed jonfoh b’qawwa kbira kif ukoll bir-rih li ghamel it-trakk, l-anzjan tilef il-bilanc b’konsegwenza li waqa’ u ntlaqat mit-trakk u mir-rota tan-nofs.

 

 

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier li hadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qieghed isofri minn griehi gravi f’rasu u f’riglejh u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

 

Bil-kaz gew informati l-Pulizija fejn fuq il-post marru dawk mill-Ghassa taz-zejtun immexxija mill-Ispettur Joseph Agius.

 

 

Il-Magistrat ta’ l-Ghassa, Dr Doreen Clarke, ordnat inkjesta u hatret lill-Perit Richard Aquilina u lit-Tekniku Joseph Zammit bhala esperti tal-Qorti.

 

Aktar tard il-qaghda ta’Medici qalbet ghall-ahjar u ma baqax fil-periklu li jitlef hajtu.

Minn John Pisani | - 8:34 pm - Fil-Kategoriji Pulizija, Serq

Erba’ serqiet minghajr sgass

………wahda minnhom insterqu b’aktar minn €232,000

 

 

 

Il-hallelin f’Malta kull ma jmur qieghdin ikomplu jkunu aktar soffistikati tant li f’dawn l-ahhar jiem sehhew erba’ serqiet ta’ gojjelli minghajr ebda sgass u taqlib.

 

 

Il-Pulizija tinsab ghaddejja b’dawn l-investigazzjonijiet fosthom fejn f’serqa minnhom gie allegat li nsterqu b’aktar minn €232,937 f’gojjelli minn residenza privata fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema. Din is-serqa saret fid-9 ta’Jannar. Il-Pulizija ma sabu ebda sgass u lanqas taqlib.

 

 

Dan jindika li jew il-hallelin kellhomm cavetta tal-post u kienu jafu bi precizjoni fejn kienu l-gojjelli jew tant huma professjonali li kull fejn fethu regghu ghamlu kollox f’postu bl-ezatt. Rapporti ohrajn saru ukoll f’San Giljan fejn il-hallelin uzaw l-istess metodu ta’ operazzjoni u serqu biss il-gojjelli.

 

 

Kaz iehor sehh f’Lukanda f’Tas-Sliema fejn koppja Maltija li qieghdin Malta fuq btala mill-Awstralja, iddecidew li wara li kienu ilhom hawn madwar ghaxa xhur, imorru l-ahhar jiem f’din il-lukanda. Wara li kienu ilhom fil-lukanda tliet ijiem, indunaw li kienu sfaw misruqin.

 

 

Nhar it-Tnejn il-koppja allegaw li kienu sabu neqsin salib bi djamanti, gizirana u oggetti ohrajn li x’aktarx ghandhom valur ta’ madwar $4,000 Awstraljan. Huma ghamlu rapport mal-Pulizija ta’ Tas-Sliema u allegaw li kellhom suspett f’wahda mic-chambarmaids li tnadfilhom il-kamra.

 

 

Il-Pulizija, immexxija mill-Ispettur Carmel Abdilla u s-Surgent Fabian Fleri, marru fl-appartament ta’ l-impjegata li jinsab f’Imsida Circus fejn ghamlu tfittxija intensiva izda ma nstab xejn. Minn naha l-ohra rrizulta li t-tfajla, li hija mill-Ukranja, kienet qieghda tghix Malta llegalment. Fl-istess appartament il-Pulizija sabu wkoll erba’ passaporti ta’ erbat irgiel mill-istess pajjiz izda l-irgiel ma nstabux.

 

 

Il-Pulizija tad-Distrett ghaddew lit-tfajla lill-Pulizija ta’ l-Immigrazzjoni fejn inharget ordni biex tkun deportata lejn pajjiza b’effett immedjat.

Minn John Pisani | January 21, 2008 - 5:31 pm - Fil-Kategoriji Accident, Fatalita', Kamra mortwarja, Pulizija, Qorti

fatali-mosta-20-01-08.jpg

Atleta maqtul b’daqqa ta’ karozza

 

 

Emmanuel Formosa, ta’ 59 sena mill-Mosta, li kien maghruf ghad-dedikazzjoni tieghu fl-atletika tant li kull sena kien ikun fost mijiet ta’ partecipanti fil-Maratona ta’ Malta, kmieni nhar il-Hadd filghodu tilef hajtu tragikament meta safa mtajjar minn karozza proprju waqt li kien qieghed jitharreg ghall-edizzjoni li jmiss tal-maratona li ghandha ssir ix-xahar id-diehel.

 

L-accident sehh fi Triq id-Durumblat, fil-Mosta, fl-inhawi ta’ Ta’ Qali ezattament fejn hemm il-‘Flower Power’. Ghall-ewwel il-mewt ta’ Formosa qanqlet suspetti ohrajn minhabba li l-kadavru tieghu nstab wara hajt tas-sejjiegh f‘wahda mill-ghelieqi li hemm fuq in-naha l-ohra tat-triq.

 

emm-formosa.jpgEmmanuel Formosa- ĂŻl-Billy”

Kien ghal habta tad-9.10 a.m. meta l-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna mejta f’ghalqa, waqt li sa dak il-hin kien ghad m’ghandha l-ebda rapport dwar l-accident li fil-fatt gara. Izda meta mbaghad waslu fuq il-post gie stabbilit minnufih li l-vittma huwa atleta minhabba l-mod kif kien liebes, waqt li n-natura tal-griehi li kellu b’mod partikolari ferita kbira f’rasu kienu jindikaw li dan aktarx li ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jiggoggja u s-sewwieq baqa’ sejjer.

 

Din it-tezi ta’ ‘hit and run’ kompliet tissahhah wara li l-Pulizija stabbilixxiet l-identità tal-vittma u sar maghruf li dan kien Formosa li ghalih kienet haga normali li f’dan iz-zmien ikun qed ihejji bhal hafna atleti ohrajn biex fi Frar jigri n-nofs maratona, xi haga li kien ilu jaghmilha diversi snin.

 

Sadattant fit-triq, fuq in-naha l-ohra tal-hajt tas-sejjiegh fejn kien il-kadavru, instabu wkoll tracci li kienu jindikaw l-involviment ta’ vettura fl-accident. Din l-evidenza kienet tinkludi fost affarijiet ohrajn hgieg ta’ fanal imkisser kif ukoll parti minn bumper li nstab madwar mitt metru l-isfel, li wkoll gie elevat ghal aktar ezamijiet forensici minkejja li l-qaghda tieghu kienet tindika li dan seta’ kien ilu hemm. Xi haga li sa certu punt kienet ghadha tidher ftit suspettuza kien il-fatt li fuq il-post ma nstabu l-ebda sinjali ta’ brejkijiet, meta kollox kien jindika li galadarba kien hemm karozza nvoluta din bilfors li kienet qed tinstaq b’certa velocità biex il-vittma spicca imqabbez il-hajt u sab ruhu fl-ghalqa.

 

Minn stharrig li kompla jaghmel l-orizzont u danis-sit elettroniku jirrizulta li s-sewwieq huwa guvni ta’ 25 sena mill-Mosta wkoll. Ghal habta tas-6.00 a.m. kien qieghed jirritorna d-dar wara wassal lit-tfajla tieghu l-Fgura. Iz-zaghzugh kien qieghed isuq karozza Daihatsu fid-direzzjoni tal-Mosta meta laqat lil Formosa izda haseb li kien laqat xi haga bhal xi kelb jew qattus. Huwa mifhum li s-sewwieq waqaf biex jara x’kien laqat izda minhabba li kien ghadu ma sebahx ma ra xejn fit-triq. Ghaldaqstant huwa baqa’ sejjer id-dar fejn joqghod fi Vjal l-Indipendenza u qal xi gralu lill-genituri tieghu. Hu u missieru regghu marru fuq il-post u xorta baqghu ma raw xejn.

 

Kien ghal habta tad-8.45 a.m. li ragel mill-Mosta kien ghaddej mill-istess triq bir-rota tieghu u ra lill-vittma mitluq fl-ghalqa. Huwa mar mill-ewwel id-dar u cempel in-numru 112 fejn informa lill-Pulizija x’kien ra. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mis-Supretendent Antonello Grech u l-Ispettur Therese Sciberras u dawk tad-DIK immexxija mill-Ispettur Daniel Zammit. Peress li l-vittma nstab mejjet u kellu ferita gravi f’rasu u l-fatt li dan kien f’ghalqa wara l-hajt, l-ewwel suspetti kienu li kien kaz ta’ omicidju. Izda meta l-Pulizija sabu tifrik tal-hgieg ta’ karozza bidlu t-tezi ghal dik ta’ ‘hit and run’.

 

Fuq il-post issejhu diversi esperti tal-Qorti fosthom biex ihejju r-rapporti taghhom l-espert Forensiku t-Tabib Mario Scerri u l-Perit Richard Aquilina.

Minn aktar stharrig li komplejna naghmlu jirrizulta li s-sewwieq induna b’dak li kien gara x’aktarx meta sema’ fuq xi stazzjon tar-radju. Ghaldaqstant akkumpanjat mill-qraba tieghu u avukat, dawn marru l-Kwartieri Generali tal-Pulizija fejn is-sewwieq ghamel rapport minn jeddu u ta l-koperazzjoni kollha tieghu lill-Pulizija.

 

Sadanittant ghal habta ta’ l-10.30 a.m. iben Emanuel Formosa cempel l-Ghassa tal-Pulizija tal-Mosta fejn irrapporta li missieru kien hareg jigri kmieni filghodu u kien ghadu ma rritornax id-dar. Il-Pulizija talbuh biex imur id-Depot u wara ttiehed fil-kamra mortwarja ta’ l-Isptar Mater Dei fejn iddentifika l-kadavru ta’ missieru.

 

Is-sewwieq baqa’jinzamm ghal aktar investigazzjoni u llum, x’aktarx wara li tkun lesta l-awtopsja, se jitressaq il-Qorti. Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Miriam Hayman.

 

Sadanittant it-Tnejn wara nofs in-nhar l-Ispetturi Daniel Zammit u Therese Sciberras resqu lil Kevin Ellul ta’ 25 sena mill-Mosta quddiem il-Ma?istrat Dr Anthony Vella fejn gie mixli bil-qtil involontarju ta’ Emmanuel Formosa. Ellul gie akkuzat li b’nuqqas ta’ ?ila u bi traskura?ni kka?una l-mewt ta’ Formosa meta dan kien fit-triq. Hu gie mixli wkoll li saq karozza tieg?u b’manjiera perikolu?a. Akkuzi ohrajn huma li saq f’post pubbliku meta ma kienx f’kundizzjoni li jsuq min?abba xorb u li fl-istess ?in kien qieghed isuq karozza meta kien ikkonsma tant alko?ol li l-proporzjon tieg?u fin-nifs, fid-demm jew fl-urina kien i?jed mil-limitu preskritt mil-ligi. Kien mixli wkoll li b?ala xufier tal-karozza naqas li jieqaf meta kien involut fl-in?ident. Id-difiza kif ukoll il-prosekuzzjoni qablu li l-akkuzat ma jibqax jinzamm that arrest preventiv peress li huwa car li mhux xi kriminal. Ghaldaqstant Ellul inghata l-liberta’provizorja fuq garanzija personal ta’ €5,000.

 

Ghall-akkuzat deher l-Avukat Manwel Mallia filwaqt li l-Avukat Joe Brincat deher b?ala parti ?ivili ghal familja tal-vittma.

Minn John Pisani | January 19, 2008 - 7:40 pm - Fil-Kategoriji Appell, Arrestat, Neqsin/Missing

missing-19-01-08.jpg

Zewgt irgiel ma gewx lura

 

 

Qraba ta’ zewgt irgiel jinsabu inkwetati minhabba li dawn ma rritornawx minn barra minn Malta u baqghu ma semghu xejn b’ahbarhom. Sadanittant ghadhom neqsin mara Maltija u zaghzugh barrani li gew irrapportati neqsin f’Novembru li ghadda.

 

 

Iz-zewgt irgiel, wiehed ta’ 30 sena minn San Giljan u l-iehor ta’ 28 sena minn Hal Balzan, nhar il-Hadd, 13 ta’ Jannar hallew Malta suppost lejn il-Germanja biex jaghmlu negozju fuq xi parts ta’ karozzi u kellhom jigu lura nhar l-Erbgha. Izda dawn baqghu ma tfaccawx u l-familji taghhom baqghu ma semghu xejn minghandhom.

 

 

Sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont u dan is-sit elettroniku qalulna li meta l-familji ppruvaw jaghmlu kuntatt maghhom bil-mobajl, ta’ wiehed ma kien hemm ebda hoss li jindika li l-apparat huwa mitfi filwaqt li ta’ l-iehor minkejja li jinstema’ l-hoss li qieghed idoqq, ma kien hemm ebda risposta.

 

 

L-istess sorsi qalulna li wiehed mill-irgiel isiefer ta’ spiss fuq negozju u mhux l-ewwel darba li meta jigi lura ma juzax l-istess destinazzjoni li jkun mar. Kien hemm okkazzjonijiet li gieli mar Brussell u minn hemm imur Amsterdam. Kien hemm okkazzjonijiet ohrajn li minn Amsterdam jinzel l-Italja jew imur il-Germanja u jigi lura Malta minn hemm. Ghaldaqstant mhux facli biex ikun maghruf fejn jinsabu bhalissa u dan qieghed ikompli jikkomplika s-sitwazzjoni biex issir tfittxija ghaz-zewgt irgiel Maltin.

 

 

Is-Sibt, 19 ta’Jannar persuna qrib wiehed minnhom ghamlet kuntatt maghna u qaltilna li nhar il-Hadd iz-zewgt irgiel hallew Malta suppost fi triqthom lejn il-Germanja. Il-persuna kkonfermat li dawn kellhom jaslu lura Malta nhar l-Erbgha, 16 ta’ Jannar izda baqghu ma waslu qatt.

 

 

Huwa mifhum li l-qraba taz-zewgt irgiel marru kemm fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin kif ukoll ghand il-Pulizija biex jaraw jekk ghandhomx informazzjoni dwar iz-zewgt irgiel.

 

 

“Kull ma qalulna huwa li minhabba d-Data Protection Act ma nistghux nghatukom informazzjoni”, qaltilna l-persuna li tkellmet maghna. Il-qraba qieghdin jinterpretaw dan il-fatt li kemm il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin kif ukoll il-Pulizija jafu fejn qieghdin jew ghandhom informazzjoni ta’ x’seta gralhom la “ma jistghux jaghtuna informazzjoni”, qaltilna l-istess sors. Il-qraba qed jghidu li la darba xi hadd ma jistax jghaddi informazzjoni, allura sinjal li ghandhom informazzjoni. Din mhix sew li jhallu lill-familja fl-ghama jekk jafu xi haga, sahqet il-persuna maghna.

 

 

Ghaldaqstant huma qieghdin jappellaw lill-Awtoritajiet koncernati biex jekk ghandhom xi hjiel dwar l-irgiel, dawn ghandhom jinfurmawhom u mhux ihalluhom jinkwetaw fuqhom.

 

 

L-ahhar kuntatt li sar mill-irgiel kien nhar it-Tlieta meta r-ragle minn San Giljan cempel u qal lil min kellem li kienu se jaqbdu l-ferrovija izda s-sors li tkellem maghna ma kienx jaf id-destinazzjoni. L-istess sors ikkonferma li filwaqt li l-mobajl ta’ wiehed minnhom ma kien hemm ebda hoss li jindika li l-apparat huwa mitfi, l-iehor minkejja li jinstema’ l-hoss li qieghed idoqq, ma kien hemm ebda risposta.

 

 

Il-persuna li tkellmet maghna qaltilna li sa fejn taf hi l-irgiel minn Malta marru l-Germanja f’post li jibda bl-ittra ‘D’. Izda meta ccekjajna it-titjiriet li kien hemm nhar il-Hadd, 13 ta’ Jannar lejn il-Germanja, sibna li kien hemm zewg titjiriet ta’ l-Air Malta flimkien ma’ Lufthansa b’wahda lejn Munich u l-ohra lejn Frankfurt.

 

 

Din ma kinitx l-ewwel darba li z-zewgt irgiel siefru flimkien fuq negozju izda dejjem gew lura meta kienu mistennija. Jidher li wiehed minnhom anke halla l-karozza tieghu fil-parkegg ta’ l-ajruport izda din issa ttiehdet mill-qraba tieghu wara li nhar l-Erbgha baqa’ ma tfaccax.

 

 

Sors iehor li tkellem maghna, qalilna li huwa sema’ li x’aktarx iz-zewgt irgiel kienu qieghdin jinzammu mill-Awtoritajiet Germanizi izda din l-informazzjoni ma stajniex nikkonfermawa.

 

 

Sadanittant ghadhom ukoll neqsin il-mara Maltija u z-zaghzugh barrani li gew irrapportati neqsin kwazi xahrejn ilu (ritratti fuq).

 

 

Rita Bugeja ta’ 51 sena u Amir Ibrahim Hassan ta’ 15-il sena gew irrapportati neqsin nhar l-Erbgha 21 ta’ Novembru 2007. Il-mara hija twila madwar hames piedi u erba’ pulzieri, ghandha xagharha kannella car bil-griz u twil sa spajjeha u ghandha ghajnejha kannella skuri.

 

 

Iz-zaghzugh huwa twil hames piedi u tmien pulzieri, irqiq u ghandu xaghru iswed, baxx innuklat u ghajnejh suwed.

 

 

Il-Pulizija ghadha titlob l-ghajnuna tal-pubbliku dwar dawn iz-zewg persuni. Ghalhekk kull min ghandu xi informazzjoni huwa mitlub icempel fuq in-numru 21221111.