Minn John Pisani | December 31, 2007 - 8:08 pm - Fil-Kategoriji Ringrazzjament

grazzi.jpg

Il-hin bhalissa huwa 8.00 p.m.  Fadal biss erba’ sighat biex nibdew sena gdida.

Din tfisser ukoll li dan is-site – Kronaka f’Malta – se taghlaq sena. Bdejt fl-1 ta’ Jannar 2007 sfortunatament b’accident tat-traffiku. Minn dakinhar poggejt madwar 300 artiklu. Fl-ewwel xahar kien hemm biss 7 hits u kont bdejt nahseb li dan is-site kien se jkun fjask. Izda ftit ftit bdew dehlin mhux hazin tant li meta f’Gunju it-total ta’ hits tela’ ghal 11,791 immirajt li sa l-ahhar tas-sena jkunhemm madwar 20,000.

Izda grazzi ghalikom li ssegwu dan is-sit sat-8.00 p.m. it-total huwa ta’ 38,571.

IS-SENA T-TAJBA LIL KULHADD B’MOD SPECJALI LIL DAWK LI JSEGWU DIN IS-SITE MINN BARRA MINN MALTA.

Minn John Pisani | - 8:13 am - Fil-Kategoriji Armi, Korp tal-Pulizija, Pulizija


glock-vs-webley-31-12-07.jpgHallelin armati aktar mill-Pulizija

Filwaqt li l-kriminali huma armati b’armi tan-nar soffistikati, uhud mill-Pulizija Maltin ghadhom iduru b’armi li ilhom manifatturati aktar minn 120 sena ilu.

Hafna mill-Pulizija tad-Distretti, dawk li jahdmu fl-Ghases, ghandhom ghad-dispozizzjoni taghhom revolver ‘Webley & Scott’ meta fl-istess hin hemm mahzunin fid-Depot tal-Pulizija numru ta’ pistoli ferm ahjar. Sorsi qrib il-Kwartieri Generali tal-Pulizija qalu lil l-orizzont u lil dan is-sit elettroniku li l-Korp ghandu madwar 300 pistola tal-marka ‘Glock’ li nxtraw fl-1995. Huma l-Pulizija fl-Iskwadra tal-Mobile, tad-DIK u ta’ l-SAG li huma armati b’dawn il-pistoli.

Diversi Pulizija li tkellmu maghna qalulna li l-Pulizija tad-Distrett li jkunu ghassa mal-banek kif ukoll fuq ‘fixed points’ ohrajn bhal ma huma ambaxxati u stabbilimenti, jinghataw il-‘Webley’. Mhux hekk biss anke meta Pulizija li huwa stazzjonat mal-Mobile ikun qieghed jaghmel xoghol ma’ xi bank, dan jinghata l-arma ‘Webley’ u mhux il-‘Glock’ li juza s-soltu fil-hin tas-servizz normali tieghu.

L-istess sorsi qalulna li l-Pulizija l-godda li dahlu fl-ahhar zewg reklutamenti nghataw tahrig fuq il-‘Glock’ izda meta jigu jahdmu qieghdin jinghatw il-‘Webley’ u ma ghandhom ebda idea kif tintuza l-‘Webley’ b’konsegwenza li f’kaz li dawn jigu biex juzaw din l-arma se jsibu diffikulta’ u anke jpoggu lilhominfushom f’periklu kif ukoll persuni ohrajn.

Meta fittixina dwar ir-revolver ‘Webley’ sibna li s-servizzi Inglizi waqfu juzaw din l-arma fl-1947 ghalkemm kien hemm minn baqa’ juzaha sa l-1963 sakemm giet irtirata kompletament. Din l-arma kienet manifatturata fl-1887 u l-produzzjoni taghha twaqfet fl-1923. Intuzat fiz-zewg gwerer diniji u fil-gwerra tal-Korea mis-servizzi Brittanici. Il-‘Webley’ tiehu munizzjon ta’ kalibru .455 u twassal sa madwar 270 metru.

“Illum kulhadd jaf li l-kriminali huma armati sew tant li mhux l-ewwel darba li sibna pistoli li jiehdu sa 15-il round filwaqt li l-Pulizija taghna qieghdin igorru armi b’sitt rounds biss. Ghidli int kif tista’ tiggieled lill-kriminal. Nittama fil-hniena tal-Mulej li ma jergax ikkollna xi ‘Roger Debattista’ iehor qabel ma l-awtoritajiet jiehdu decizjoni u jarmaw lill-Pulizija sew” qalilna ufficjal tal-Korp tal-Pulizija.

Il-Kuntistabbli Roger Debattista kien inqatel waqt hold-up li sar fit-12 ta’ Novembru 2001. Dakinhar il-Pulizija kien ghassa mal-fergha tal-Bank of Valletta f’Ta’ Farsina f’Hal Qormi. B’tifkira ghal Roger Debattista, il-Korp pogga irhama fid-Depot tal-Pulizija.

Minn John Pisani | December 30, 2007 - 11:29 am - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija, Pulizija, Rabja

pulizija-bla-paga-30-12-07.jpg

Paga mizera fi zminijiet ta’ bzonn

Il-qawl Malti jghid li “l-hmar il-maghkus idur ghalih in-nemus”. U hekk qieghed jigrilhom il-membri tal-Korp tal-Pulizija li fi zminijiet meta kulhadd ikollu bzonn ftit aktar finanzi, spiccaw b’inqas flus fl-ahhar paga li nghataw.

Huwa fatt maghruf li l-moral tal-Pulizija jinsab fl-aghar tieghu. Dan jafuh mhux biss il-Pulizija kollha, izda wkoll il-familji taghhom, hbieb u kull min jaf lil xi hadd li huwa jew hija Pulizija. Biex il-moral ikompli jmiss l-abissi, il-Pulizija sabu ma’ wicchom paga li fiha la thallsu tal-Hdud li hadmu, la l-overtime u lanqas ix-xoghol extra biex spiccaw bl-ahhar paga tas-sena bil-baziku li ghal hafna minnhom qabdu inqas minn xi hadd li jadhem go xi fabbrika. U dan mhux qed nghidu b’xi disrispett lejn il-haddiema tal-fabbriki, imma meta l-Awtoritajiet jiftahru kemm il-Pulizija ghandhom xoghol ta’ riskju, responsabbilita’ u li jahdmu hinijiet xejn normali, allura l-paga suppost li ghandha tirrifletti dan kollu.

Kienu diversi ufficjali, fosthom anke f’rank gholi, li ghamlu kuntatt ma’ it-torca u ma’ dan is-sit elettroniku jilmentaw dwar dan in-nuqqas minn naha tal-Korp. Hafna minnhom kienu diga’ ghamlu bagit ta’ kif se jonfqu l-flus ghal dawn il-granet ta’ festi. Min fuq rigali ghal familja, partners, genituri u anke xi karita’ kif ukoll ikla f’xi restorant. Kien hemm min tant kellu fiducja f’min johrog il-pagi tal-Korp tal-Pulizija li anke nefaq xi haga zejda minn qabel u spicca biex issa bil-kemm ghandu biex ihallas il-kontijiet.

“Li kieku xi haga bhal din grat fcxi azjenda privata kieku l-unjin li tirrapprezenta lill-haddiema kienet twaqqafhom sakemm jiehdu dak li huwa bi dritt taghhom u li hadmu ghalih. Izda ahna l-Pulizija jaghmlu li jridu bina qisna bicca tapit, lanqas tapit shih”, qalilna ufficjal.

Hemm Pulizija f’certi Distretti, fosthom dawk li jahdmu fl-Ghases tal-Hamrun u r-Rabat, li ilhom mill-inqas sentejn u aktar jistennew biex jithallsu ghal xoghol extra li hadmu. Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalulna li hafna mill-flus ghal dawn il-Pulizija diga’ waslu ghand il-Korp u ghalhekk ma jistghux jifhmu ghaliex ghadhom ma thallsux. L-istess sorsi qalulna wkoll li tajjeb li kieku xi taqsima tal-Korp tinvestiga ftit u tara mhux fejn marru dawn il-flus imma ghaliex ghadhom ma nghatawx lil min hadem ghalihom.

“Jien ghandi niehu qrib l-Lm2,000 (aktar minn 4,651 ewro) ta’ xoghol extra li hdimt ghalih. Li kieku kelli naghti lill-Gvern dawn il-flus f’taxxa kieku ilhi nircievi ittri ta’ theddid u li jkolli nhallas l-interessi fuqhom, imma ghax il-Gvern ghandu jaghti lili qisu xejn mhu xejn. Daqshekk huwa rrispetat il-Pulizija llum” qalilna Kuntistabbli b’rabja ragunata.

Kien hemm fosthom li anke cemplu d-dipartiment ta’ l-accounts biex jaraw ghaliex il-paga ta’ Dicembru kienet biss il-baziku. Ir-risposta li nghataw kienet “ma hemmx flus”.

Is-sena t-tajba lill-Pulizija kollha.

 

Minn John Pisani | - 11:26 am - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija, Periklu, Pulizija

mellieha-station-30-12-07.jpg

Jahdmu minn vann vojt

Madwar hames snin ilu kien sar ilment bil-miktub dwar l-istat hazin li tinsab fiha l-Ghassa tal-Pulizija tal-Mellieha, izda jew ma sar xejn jew jekk sar kien ftit wisq. Issa l-Ghassa tinsab maghluqa u kkundannata b’konsegwenza li l-Pulizija, meta jkunu hemm, qieghdin jahdmu minn gewwa vann vojt.

Wara hames snin li l-Pulizija li jkunu xoghol fl-Ghassa tal-Mellieha ilhom jissugraw hajjithom kif ukoll dawk li jidhlu fiha, fosthom Maltin u turisti, f’dawn l-ahhar jiem ittiehdet id-decizjoni biex din tinghlaq. Il-Pulizija ilhom jilmentaw li mis-saqaf ilu snin jaqa t-trab. Sahansitra kienet ukoll dahlet fil-kwistjoni l-Assocjazzjoni tal-Pulizija (MPA) li ghamlet rapport ufficjali dwar l-istat perikoluz ta’ din l-Ghassa. Sar ukoll rapport minn perit tal-Gvern li ccertifika l-bini ta’ l-Ghassa tal-Pulizija bhala perikoluz u li huwa kkundannat. Izda minkejja dan xorta l-Pulizija kienu ordnati jibqghu jahdmu mill-Ghassa u li l-Ghassa kellha tinzamm miftuha.

Sorsi qrib id-Depot tal-Pulizija qaluli li dan l-ahhar bdew jaqghu bicciet kbar ta’ gebel mis-saqaf u kien b’xorti tajba li meta dawn waqghu ma spiccawx fuq ras xi hadd. L-istess sorsi qalu wkoll li wara li l-Pulizija regghu ghal darb’ ohra ilmentaw u anke wrew il-gebel li ceda lis-superjuri taghhom, dawn talbu biex jaraw il-file izda jidher li dan il-file ma setax jinstab fid-Depot. Meta kompla jcedi aktar gebel ittiehdet id-decizjoni biex l-Ghassa tinghalaq u minflok tpogga temporanjament Mobile Van tal-Pulizija li huwa armat biss b’mejda zghira u zew siggijiet.

Dan il-vann generalment jintuza f’postijiet bhal Paceville u Wied il-Ghajn biex jekk ikun hemm bzonn li jinzamm xi hadd sakemm jaslu tal-Mobile ikun taht sorveljanza f’post maghluq. Dan il-mobile van lanqas huwa attrezzat biex jidhlu fih persuni b’dizabilita’ u ghalhekk jekk persuna b’dizabilita’ tmur biex taghmel rapport f’dan il-vann, li qieghed jintuza bhala Ghassa tal-Pulizija, jkollha taghmel dan minn barra.

L-istess sorsi qalulna li mhux maghruf meta se jibda x-xoghol fl-Ghassa jew jekk hemmx flus biex isiru t-tiswijiet necessarji.

Minn John Pisani | December 25, 2007 - 10:29 am - Fil-Kategoriji Aggressjoni, Arrestat, Girja, Pulizija, Qorti

 

 

 

 

 

Zewg Pulizija jispiccaw l-isptar
Girja fi triq traffikuza wara zaghzugh spiccat b’zewg Pulizija jiddahhlu l-Isptar Mater Dei u z-zaghzugh ikun arrestat fi trakk taz-zibel.

Minflok ma qatta’ leljet il-Milied mal-familja, zaghzugh ta’ 16-il sena mill-Marsa ghamlu maqful f’cella wara li kien arrestat. Il-kaz beda nhar it-Tnejn, 24 ta’ Dicembru ghal habta ta’ l-4.00 p.m. fi Triq il-Kbira San Guzepp fil-Hamrun. Dak il-hin il-Kuntistabbli Robert Vassallo mit-Taqsima tat-Traffiku kien ghaddej mill-Hamrun meta nnotta karozza Mercedes b’sewwieq zaghzugh suspettuz. Kif iz-zaghzugh induna li l-Pulizija kien rah zied fil-velocita’ u kif PC Vassallo ordna lis-sewwieq biex jieqaf dan aktar kompla jzid il-velocita’ tant li beda jaqbez il-karozzi u jmur fuq in-naha l-ohra tat-triq b’periklu serju kemm ghas-sewwieqa li kienu gejjin min-naha l-ohra tat-triq kif ukoll ghal persuni ohrajn li kienu fit-triq.

Is-sewwieq dar ghal triq sekondarju bil-Pulizija jsuq warajh. Mill-Hamrun il-girja kompliet sejra ghal Marsa fejn kif nizel minn hdejn il-Maltapost dar ghal triq dejqa li taghti ghal hdejn il-korsa taz-zwiemel. Kif dar sab karozza ohra gejja mid-direzzjoni opposta tant li s-sewwieq waqqaf il-Mercedes. Kif PC Vassallo kien se jinzel minn fuq il-mutur, iz-zaghzugh tefa l-gear fir-reverse u saq ghal fuq il-Kuntistabbli tant li tajru bil-mutur b’kollox. Kif ra lill-Pulizija fl-art, rega saq il-quddiem wara li l-karozza l-ohra ghamlet il-wisa’ u saq fid-direzzjoni ta’ fejn hemm il-Kavallerija tal-Pulizija.

 

Minkejja li kien ferut, PC Vassallo rnexxielu jqum, refa’ l-mutur u saq ghal wara z-zaghzugh. Kif dan wasal hdejn il-Kavallerija abbanduna l-Mercedes u telaq bil-giri fejn deher jahrab qalb l-ghelieqi. Persuni li raw liz-zaghzugh jahrab gibdu l-attenzjoni tal-Pulizija li dan x’aktarx kien mistohbi f’gabina ta’ scammel.

 

Dak il-hin wasal Pulizija iehor mill-istess Taqsima, PC Frank Zerafa, li flimkien mal-kollega tieghu ghamlu tfittxija ghaz-zaghzugh. Kif waslu qrib l-iscammel indikat u fethu l-gabina sabu liz-zaghzugh mistohbi. Izda minflok ma ceda dan beda jaggredixxi liz-zewg membri tal-Korp fejn allegatament beda jxejjer b’siequ u anke gidem lil PC Zerafa u kkawzalu xi griehi.

Iz-zaghzugh gie arrestat u meta l-Pulizija marru fuq il-post fejn iz-zaghzugh abbanduna l-Mercedes, b’kumbinazzjoni nzerta kien hemm sid il-vettura fejn allega li xi hadd kien seraqlu l-Mercedes li fuqha kellha pjanci foloz.

 

Minhabba l-griehi li z-zewg Pulizija sofrew issejhet ambulanza li hadithom l-Isptar Mater Dei fejn inghataw il-kura mehtiega.

 

 

Iz-zaghzugh inghata f’idejn il-Pulizija tad-Distrett fejn qieghed ikun investigat mill-Ispettur Mario Tonna mill-Ghassa tal-Hamrun. Illum, il-Milied Imqaddes, iz-zaghzugh tressqa il-Qorti u gie mixli li kkommetta serqa ta’ vettur Mercedes Benz, li seraq numri ta’ registrazzjoni u licenzja ta’ vettura ohra, li saq minghajr licenzja u minghajr ma ghandu polza ta’ l-assigurazzjoni, li ghamel dikjarazzjoni falza, li saq l-istess vettur b’manjiera perikoluza u negligenti, li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, li kiser il-bon ordni u l-paci pubblika b’ghajjat u glied, li volontarjament ikkaguna feriti gravi fuq zewg Kuntistabbli tal-Pulizija, li attakka u ghamel rezistenza bi vjolenza kontra l-istess Pulizija u li ngurja u heddidhom, li kkaguna hsara fl-uniformijiet taghhom u akkuzi ohrajn.

Huwa ammetta l-akkuzi migjubin kontrih u nghata sentenza ta’ sentejn prigunerija sospizi ghal tliet snin, sentejn taht supervizjoni ta’ probation officer, Lm35 multa, sitt xhur sospensjoni tal-licenzja tas-sewqan meta jasal iz-zmien li jkollu l-licenzja tas-sewqan u li jhallas b’effett immedjat ghal hsara fuq uniformi ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija.

 

Minn John Pisani | December 24, 2007 - 11:06 am - Fil-Kategoriji Arrestat, Droga, Pulizija

Jista jkun investigat fuq suspetti ohrajn

L-istorja li kien zvela b’mod esklussiv l-orizzont u danis-sit elettroniku fit-18 ta’ Dicembru li ghadda dwar ragel Malti li kien arrestat fi Spanja b’konnessjoni ma’ allegat sejba ta’ droga, gibdet l-attenzjoni ta’ midja ohrajn fosthom stazzjon tar-radju u televizjoni li hareg jghid li l-istorja kien zvela hu wara li kkwota l-gurnal l-orizzont. Din l-istorja issa kompliet tihu xejra aktar serja fejn x’aktarx ir-ragel Malti se jkun investigat fuq reati ohrajn.

Kemm l-orizzont kif ukoll dan is-sit elettroniku bqajna lura milli nsemmu isem l-individwu minkejja li meta zvelajna l-ahbar aktar minn sitt ijiem ilu konna diga’ nafu d-dettalji kollha tieghu. Issa li midja ohra ippublikat ismu allura nistghu nghidu li Tonio Zampa ta’ 42 sena mill-Belt issemma wkoll fid-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista minhabba li fil-passat ricenti Zampa hadem mil-qrib kemm mal-PN kif ukoll ma’ Ministri b’konnessjoni ma’ attivitajiet pubblici fejn kien responsabbli mis-sigurta’.

Sorsi minn Alicante fi Spanja qalulna li Zampa f’dawn l-ahhar xahrejn mar Spanja diversi drabi. Jidher li l-Pulizija Spanjola ghaddiet informazzjoni li kisbet minghand Zampa lill-Pulizija Maltija liema informazzjoni tista twassal ghal invesitgazzjonijiet ohrajn hawn Malta.

Minhabba l-konnessjonijiet li Zampa ghandu qrib il-Partit Nazzjonalista, dan il-kaz qieghed jinkwieta lil hafna rjus kbar fi hdan il-PN. Qieghed jinghad ukoll li persuni qrib tieghu qieghdin jigbru l-flus biex jghinuh fil-Qorti fi Spanja. Hemm ohrajn li jridu lil Zampa hawn Malta ghal ragunijiet ohrajn.

Zampa kien arrestat nhar is-Sibt, 15 ta’ Dicembru fl-ajruport ta’ Girona qabel ma qabad it-titjira tar-Ryanair lejn Malta fejn wara tfittxija li saret fuqu nstabu aktar minn kilo drroga kokaina li kienet destinata ghas-suq Malti.

Minn John Pisani | December 23, 2007 - 11:41 am - Fil-Kategoriji Abbuz, Diskriminazzjoni, FAM, Rabja

certifikat-unfit-fam-23-12-07.jpg  Fizzjal javvanza meta mhux “fit” u ohrajn jibqghu l-art

Nhar il-Hamis kienet gurnata ohra kerha ghal hafna suldati li regghu nqabzu fil-promozzjonijiet biex inqdew tal-qalba filwaqt li fizzjal li kien instab “unfit” u xorta baqa’ javvanza.

Kopja ta’ certifikat li li tieghu ghandi kopja juri li meta persuna applikat biex tidhol bhala Kadett fil-Forzi Armati ta’ Malta ma kienx gie accettat minhabba li t-tabib ta’ l-Armata ma kienx sabu b’sahhtu biex jidhol fl-Armata. Il-gazzetta it-torca u dan is-sit qieghdin nippubblika dan ic-certifikat biex is-Segretarju Parlamentari, in-Nutar Tony Abela, ma jergax jakkuzani li jien ?gnaqra l-fairy tales?h bhal ma qal fil-programm RealtĂ  ta’ Brian Hansford fuq Smash Television.

Dan il-fizzjal, illum Logotenent, kien sab xi qaddis jghinu tant li mhux biss kien gie accettat fl-Armata, b’konsegwenza li l-kelma tat-tabib sfumat fix-xejn, izda wkoll kompla javvanza fil-karriera fejn inghata promozzjoni.

L-istess fizzjal kien ukoll intbghat l-Akkademja ta’ Sandhurst fl-Ingilterra izda wara xahrejn li kien ilu hemm intbghat lura Malta minhabba l-istess raguni li kien iccertifika t-tabib tal-FAM. Issa jidher li biex dan il-fizzjal ikun jista’ jinghata promozzjoni ohra, sorsi qrib il-FAM qalulna li digĂ  l-Armata ppjanat li tibghatu l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ghal kors iehor li mhux daqshekk rigidu bit-tama li ma jergax jintbghat lura Malta.

Dan il-kaz tqajjem minn diversi suldati l-aktar wara li nhar il-Hamis li ghadda twahhlu man-notice boards il-promozzjonijiet ghal madwar 200 suldat fir-rankijiet l-ohrajn liema promozzjonijiet inghataw b’lura minn Lulju u Awissu. Is-sorsi taghna fi hdan l-Armata qalulna wara l-hnizrijiet li saru fl-ahhar promozzjonijiet, anke dawk tal-fizzjali, fejn mijiet ta’ suldati resqu l-ilment taghhom quddiem il-Brigadier, hasbu li l-istorja ma kinitx se tirrepeti ruha.

Izda mhux talli l-istorja ma rrepetitx ruha talli kompliet tiggrava, qalulna s-sorsi. Uhud mis-suldati li nhar il-Hamis kif ukoll il-Gimgha ghamlu kuntatt ma’ l-ufficcju ta’ l-Ombudsman biex jaraw f’hiex wasal il-kaz taghhom tad-darba l-ohra, qalulhom li l-ftehim ma’ l-Armata kien li qabel ma’ l-Brigadier jara l-ilmenti kollha, l-Ombudsman ma jistax jibda jisma’ l-kaz taghhom.

Dan kompla rrabbja lil hafna suldati li mhux biss inqabzu darba izda hemm minnhom li anke nqabez tliet darbiet u aktar minn suldati b’hafna inqas seniority, certifikati u esperjenza.

Is-sorsi taghna fl-Armata qalulna wkoll li r-rabja li ghandhom bhalissa l-mijiet ta’ suldati kompliet tizdied. Dan l-aktar meta ghad hemm numru sostanzjali ta’ kazijiet li ghadhom ma nstemghux mill-Brigadier meta saret ingustizzja maghhom fl-ahhar promozzjonijiet u issa regghu nqabzu ghal darb’ ohra. Dan ifisser illi anke jekk jinghataw rimedju issa, xorta jkunu tilfu s-seniority u jibqghu juniors ghal dawk li dahlu fl-Armata snin warajhom.

Ilment iehor kien li hemm zewg suldati li nghataw promozzjoni minkejja li tressqu l-Qorti mixlijin b’reati kriminali sahansitra b’wiehed minnhom mixli b’aggressjoni fejn intuza strument li jaqta’ u bil-ponta.

Minn John Pisani | December 20, 2007 - 8:23 pm - Fil-Kategoriji Accident, Nirien, Protezzjoni Civili, Pulizija

hammiem-mahruq-19-12-07.jpg

100 Hamiema tat-tigrija jinharqu f’gallinar

Nirien li hakmu gallinar fuq bejt ta’ dar fi Triq il-Hbit bl-Ajru fil-Mosta, qerdu ghall-kollox mhux biss il-gallinar izda wkoll 100 hammiema tat-tigrija tard nhar l-Erbgha..

In-nirien bdew ghal habta tad-9.20 p.m. meta sid id-dar flimkien mal-familja kienu qieghdin id-dar ghal kwiet. F’daqqa wahda semghu bhal tfaqqiegh u raw duhhan gej minn fuq il-bejt. Sid il-post prova johrog il-hammmiem biex isalvah izda l-hammiem intefa’ f’rokna biex spiccaw kollha jmutu mahruqin.

Xi girien ukoll hargu minn djarhom l-aktar dawk li d-duhhan beda jmur ghal fuq id-dar taghhom.

Fuq il-post waslu zewg fire engines tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li kkontrollaw in-nirien fi ftit hin. Il-Pulizija mill-Ghassa tal-Mosta hejjew rapport.

Minn John Pisani | December 19, 2007 - 9:37 am - Fil-Kategoriji Aggressjoni, Arrestat, Gozo, Pulizija, Qorti, Sparatura

holmes-qorti-18-12-07.jpg     Holmes jammetti li aggredixxa lil Felice

…..jibqa’ Malta biex jixhed fil-kaz

Akkumpanjat minn ommu Jeanette u missieru Christopher, ir-ragel minn Wales, Sean Holmes it-Tlieta filghodu tressaq il-Qorti ta’ Ghawdex u ammetta li aggredixxa lil Silvio Felice fil-kaz fejn Holmes stess safa wkoll vittma ta’ sparatura.

Hekk kif wasal fil-pjazza tal-Kattidral fejn hemm il-bini tal-Qorti, Sean Holmes ta’ 29 sena minn Wales u bhalissa residenti l-Qawra, sab lill-genituri tieghu jistennewh. Ommu Jeanette telghet it-tarag tal-Qorti bl-ghajnuna ta’ bastun minhabba ksur f’riglejha liema ferita kienet il-kagun kollu ta’ l-isparatura fejn binha ntlaqat bi tliet tiri ta’ pistola sparati minn iben Silvio Felice, Daniel ta’ 18-il sena.

Quddiem il-Magistrat Dr Paul Coppini fil-Qorti ta’ Ghawdex, l-Ispettur Silvio Valletta akkuza lil Sean Holmes li fit-13 ta’ Dicembru fi Triq it-Trux fl-Gharb, ikkawza feriti hfief kif gew iccertifikati minn Dr John Xuereb fuq il-persuna ta’ Silvio Felice. Akkuza ohra hija li Holmes hedded lill-istess Felice u lil xi membru tal-familja tieghu.

Sean Holmes ammetta l-akkuzi migjubin kontrih. Ghaldaqstant il-Magistrat Coppini illiberah bil-kundizzjoni li ma jaghmilx reat iehor fi zmien tliet xhur u biex ma jkellimx lil Silvio Felice u rabtu b’garanzija ta’ Lm100.

Sean Holmes se jibqa’ Malta sakemm tibda l-kumpilazzjoni (gbir ta’ provi) fil-kaz ta’ Daniel Felice li jinsab akkuzat bl-attentat ta’ qtil ta’ l-istess Holmes kif ukoll dwar il-kaz ta’ Silvio Felice li jinsab mixli li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar. Dawn se jibdew jinstemghu fit-8 ta’ Jannar, 2008.

Dan il-kaz kellu l-bidu tieghu gimghatejn ilu meta Silvio Felice allegatament kellu argument ma’ Jeanette Holmes fir-residenza taghha fil-Qawra fejn allegatament giet imbuttata kisret riglejha. Nhar il-hamis, 13 ta’ Dicembru Sean Holmes mar Ghawdex ghas-sodisfazzjoni fejn aggredixxa lil Silvio Felice liema akkuzi ammetta ghalihom fil-Qorti l-bierah. Fl-istess waqt Daniel Felice spara tliet tiri lejn Holmes biex jipprotegi lill-missieru. Minkejja li Holmes intlaqat b’zewg bullits f’dahru, li baqghu f’gismu, u tir iehor li laqtu bi zbrixx f’idu l-leminija, huwa kien ghamel lejl shih Ghawdex mimli dmijja u gie lura Malta mal-vapur tas-7.30 a.m. ta’ l-ghada. Kif wasal ic-Cirkewwa kien hemm min induna li Holmes kien mimli dmijja u informaw lill-Pulizija li minn naha tieghu cempel ghall-ambulanza. Minkejja li l-feriti kkawazati minn tiri ta’ pistola ta’ kalibru 1mm, Holmes qatt ma kien fil-periklu tal-mewt, anzi l-feriti gew certifikati bhala ta’ natura hafifa.

Il-bierah fil-Qorti Sean Holmes kien assistit mill-Avukat Kenneth Grima.

Minn John Pisani | December 18, 2007 - 11:55 pm - Fil-Kategoriji Accident, ERT, Protezzjoni Civili, Pulizija, Sptar Mater Dei

zebbug-accident-18-12-07.jpg

Zaghzugh fil-periklu tal-mewt

 

 

Zaghzugh ta’ 24 sena minn Haz-Zebbug jinsab fil-periklu tal-mewt x’aktarx wara li tilef il-kontroll tal-karozza minhabba hofra li hemm fit-triq il-gdida f’Haz-Zebbug li suppost kellha sservi 25 sena.

L-accident sehh it-Tlieta ftit wara s-6.00 a.m. fi Triq l-Imdina. Dak il-hin iz-zaghzugh kien sejjer fid-direzzjoni tar-Rabat biex imur il-Qawra fejn jahdem f’restorant. Kif wasal qrib l-importatur tal-vetturi Autobahn, iz-zaghzugh sab il-hofra li hemm ma’ sprall fuq in-naha tax-xellug tat-triq b’konsegwenza li tilef il-kontroll tal-karozza Opel Corsa u baqa’ diehel b’impatt qawwi fil-hajt ta’ l-istess Autobahn. Mad-daqqa l-karozza daret thares fid-direzzjoni opposta u waqfet wara li regghet habtet ma’ l-istess hajt.

Fuq il-post ta’ l-accident mar it-tim mediku ta’ l-ERT immexxi minn Dr Jonathan Joslin kif ukoll ambulanza b’infermier u l-membri tas-salvatagg tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li qacctu l-bieba tan-naha tas-sewwieq biex seta’ jinhareg iz-zaghzugh mill-karozza.

Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li ghandu griehi gravi f’rasu u li jinsab fil-periklu tal-mewt. Wara li nghata l-ewwel kura medika tpogga fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

B’dan l-accident gie informat il-Magistrat Dr Michael Mallia li ordna inkjesta u hatar lill-Perit Simon Saliba, lil Dr Stefan Filletti u lill-espert Mario Buttigieg flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija.

Persuni li kienu fuq il-post ta’ l-accident qalu li hija tal-misthija kif toroq godda li tant sar ftahir li suppost kellhom iservu 25 sena, mhux biss ma servewx daqshekk izda issa “qieghdin iservu biex jitfghu lin-nies fl-ITU”.

L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Jesmond Borg mill-Ghassa ta’ Haz-Zebbug.