Minn John Pisani | October 31, 2007 - 7:30 pm - Fil-Kategoriji Accident, Fatalita', Haddiem, Pulizija, tragedji

barbara.jpg

Haddiem jaqa’ erba’ sulari u jmut fuq il-post

Joseph Barbara ta’ 52 sena mill-Marsa nhar it-Tlieta tilef hajtu f’accident iehor fuq sit ta’ kostruzzjoni. Barbara huwa l-hames persuna din is-sena li mietet waqt li kien ghax-xoghol.

L-accident fatali ta’ nhar it-Tlieta sehh ghal habta ta’ nofs in-nhar fi Triq id-29 ta’ Mejju 1592 f’Hal Tarxien. Dak il-hin Barbara kien qieghed fir-raba’ sular ta’ blokk bini jistenna biex titla’ l-bajla bit-torba permezz ta’ krejn li kien qieghed jigi operat minn Kevin Fenech, wiehed mid-diretturi ta’ Pavin Ltd li maghhom kien impjegat Barbara.

X’aktarx li kif Barbara mar biex jaqbad il-bajla tilef il-bilanc u waqa’ ghal isfel fit-triq quddiem ghajnejn Fenech u tliet haddiema barranin li wkoll kienu qieghdin jahdmu fl-istess sit. 

L-impatt mat-triq kien wiehed qawwi tant li bil-griehi gravi li sofra, Joseph Barbara miet fuq il-post. Bil-kaz gew informati l-Pulizija fejn fuq il-post l-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Frans Micallef mill-Ghassa ta’ Hal Luqa.

B’din il-fatalità gie informat il-Magistrat Dr Antonio Mizzi li ordna inkjesta u hatar lill-espert Joe Zammit u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri. Ufficjali mill-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol spezzjonaw is-sit u ordnaw biex sakemm jitlesta l-istharrig kollu u l-inkjesta, ix-xoghol fuq il-post ghandu jieqaf.

Joseph Barbara huwa l-hames vittma din is-sena. Fil-11 ta’ April tilef hajtu hadiem ta’ l-Enemalta, Charles Galea ta’ 56 sena minn Hal Safi, meta waqa’ gholi ta’ zewg sulari minn fuq sellum. Sitt ijiem wara, fis-17 ta’ April, zewg haddiema ohrajn, Godwin Buhagiar ta’ 44 sena mis-Siggiewi u Sloban Drjlic ta’ 22 sena mill-Bosnja mietu mirdumin meta sfronda saqaf tal-konkos fil-Hamrun u fit-18 ta’ Settembru Joseph Spiteri ta’ 51 sena minn Santa Venera tilef il-glieda kontra l-mewt wara 11-il gurnata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ l-Isptar San Luqa. Spiteri sofra hruq f’diversi partijiet ta’ gismu meta sploda bott ‘methylated spirit’ f’fabbrika f’San Gwann.

Minn John Pisani | - 7:22 pm - Fil-Kategoriji Accident, Protezzjoni Civili, Pulizija

xemxija-accident-30-10-07.jpg

Karozza f’habta ma’ coach tat-turisti

Il-ftit xita li ghamlet nhar it-Tlieta fil-ghodu flimkien man-nida li nizlet matul il-lejl x’aktarx li kienu l-kawza ta’ accident li sehh fix-Xemxija bejn karozza u coach.

L-accident sehh ghal habta tat-8.05 a.m. fit-Telgha tax-Xemxija. Karozza Hyudai Getz misjuqa minn zaghzugh ta’ 22 sena mill-Mellieha, li kien gej mill-Mellieha fid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Bahar, kif wasal fid-dawra tilef il-kontroll tal-vattura b’konsegwenza li baqa’ diehel f’coach tat-turisti misjuqa minn ragel ta’ 27 sena minn Bugibba. Fil-hin ta’ l-accident fil-coach ma kienx hemm passiggieri.

Sewwieq li kien ghaddej minn fuq il-post baqa’ sejjer fl-istazzjon tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li hemm fix-Xemxija stess u informahom li kien hemm persuna mghaqbuda f’karozza.

Il-membri tas-salvatagg, immexxija mill-ufficajl Natalino Bezzina, waslu fuq il-post fi ftit minuti fejn kellhom iqacctu l-genb tan-naha tas-sewwieq biex inhareg l-istess sewwieq mill-Hyundai. Ambulanza b’infermier issejhet fuq il-post ta’ l-accident fejn hadet lis-sewwieq tal-Hyundai l-Isptar San Luqa fejn instab li kien qieghed isofri minn griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt. Minn naha l-ohra s-sewwieq tal-coach sofra minn xokk.

Il-Pulizija mill-Ghassa tal-Mosta mmexxija mis-Surgent Alfred Abela hejjew rapport ta’ l-accident.

Minn John Pisani | - 7:12 pm - Fil-Kategoriji Nirien, Protezzjoni Civili, Pulizija, Vandalizmu

Harqulhom il-bieb sakemm kienu msiefrin

Nirien li nbdew minn vandali kkawzaw hsarat estensivi f’bieb ta’ residenza ta’ koppja li bhalissa jinsabu fuq btala barra minn Malta.

Nhar it-Tlieta ghal habta tas-1.20 a.m. residenti fi Triq Grosseto f’Birkirkara ndunaw li kien hemm nirien ma’ bieb fl-istess triq. Filwaqt li dawn cemplu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, hargu biex jippruvaw jikkontrollaw in-nirien li ntfew totalment mill-istess membri tal-Protezzjoni Civili.

Minn stharrig li sar mill-Pulizija, immexxija mill-Ispettur Ramon Mercieca mill-Ghassa ta’ Birkirkara, irrizulta li l-vandali fethu l-grada, telghu madwar sitt targiet u poggew xi tyres quddiem il-bieb ta’ barra u wara taw in-nar lill-istess tyres.

Biex ikun assigurat li ma kien hemm hadd gewwa, il-membri tal-Protezzjoni Civili flimkien mal-Pulizija dahlu fir-residenza izda ma kien hemm hadd. In-nirien ikkawzaw hsarat fil-bieb u l-faccata.

B’dan l-att vandalu giet informata l-Magistrat Dr Edwina Grima li ordnat inkjesta u hatret diversi esperti fosthom lit-Tekniku Joe Zammit u lill-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Minn John Pisani | October 21, 2007 - 8:27 am - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija, Pulizija

Sellimlu u iftahlu l-bieba…..lis-Segretarju Permanenti

Li ssellem lill-Prim Ministru, Ministru, lill-Isqof jew Ambaxxatur huwa obbligu minn naha tal-Pulizija, imma li Segretarju Permanenti mhux biss irid li jselmulu izda anke jifthulu l-bieba tal-karozza qieghdin naqbzu xi ftit il-linja.

Dr Godwin Grima ordna t-tislima

Mhux biss is-Segretarju Parlamentari Tony Abela ordna biex jinghata s-salut imma issa t-tislima ufficjali qieghed johodha wkoll is-Segretarju Permanenti Principali fl-Ufficcju tal-Prim Ministru Dr Godwin Grima. Dan ordna, jew talab, lill-Kummissarju tal-Pulizija biex dawk il-Pulizija li jkunu ghassa ma’ Kastilja jridu mhux biss jifthulu l-bieba tal-karozza imma anke jsellmulu. U ara ma jaghmlux hekk ghax miskin dak il-Pulizija.

U la qieghed insemmi t-tislim, is-Segretarju Parlamentari Tony Abela kellu ragun jichad ma’ gurnali ohrajn li huwa “talab lill-Armata” biex jinghata s-Salut Generali. Fil-fatt in-Nutar Abela ma talabx imma “ordna” u jghidu xi jghidu mill-Armata jew minn Kastilja naf sew li Tony Abela hassu importanti meta fis-6 ta’ Mejju inghata dan is-salut fil-Bazi Marittimu f’Haywharf izda dakinhar ma kien hemm hadd min jarah. Ghalhekk “ordna” biex fit-30 ta’ Settembru jinghata darbtejn is-salut.

Ghassa mal-fjuri

F’dawk l-erba’ gimghat li ghamilt ic-Cina fuq btala, smajt li graw aktar fares. Fosthom kienu ordnati Pulizija matul is-second watch u matul il-lejl biex joqghodu ghassa ma’ tliet bukketti fjuri li fil-21 ta’ Settembru tpoggew f’riglejn il-monument ta’ l-Indipendenza fil-Floriana. Ara vera hawn il-hallelin f’dan il-pajjiz. U la semmejn ic-Cina sakemm domt hemm stajt nara eluf kbar ta’ fjuri fi qsari biex izejnu bankini, toroq u pjazez u HADD ma jmiss fjura wahda u lanqa tpoggew ghassa maghhom.

Fejn huwa l-hlas ta’ l-extra?

Nittama li sakemm qieghdin taqraw din ikun sar il-hlas ta’ l-extra li nhadem mill-Pulizija. Qaluli li fid-Distrett taz-Zejtun ghal xoghol extra li sar ma’ banek, swali u iehor il-Pulizija ilhom ma jithalsu minn Frar. Nifhem ukoll li l-flus waslu ghand il-Korp izda l-hlas ma sarx.

Taqsima tat-Traffiku

F’din it-Taqsima, maghrufa wkoll bhala tal-muturi, mindu gew trasferiti ghal fejn hemm il-garaxx spiccaw hafna aghar. Il-muturi qieghdin barra, xemx u xita ghax lanqas tinda ma hemm. Imma l-iktar gravi huwa x-shift li jahdmu. Dawn jahdmu mis-6.00 p.m. sas-2.00 a.m., jmorru d-dar u qabel is-7.00 a.m. jridu jkunu lura d-Depot. Dan ifisser li Pulizija li joqghod il-Mellieha u forsi jkun patrol in-naha ta’ fuq ta’ Malta, irid jinzel id-Depot, jiffirma, imur id-dar u ftit sieghat wara jerga’ lura d-Depot meta facilment jista’ jiffirma f’xi Ghassa tal-Pulizija. Hafna jsejhu dan ix-shift bhala kattiverja.

L-ufficini huma neqsin minn hafna affarijiet bazici. Hemm hafna izjed x’jinghad fuq din it-taqsima bhal partijiet mill-uniformi, muturi jisselfu, joqghodu fejn jidhru u mhux fejn hemm bzonn, radios qodma u aktar.

Minn John Pisani | October 19, 2007 - 10:15 pm - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija, Pulizija

Il-Pulizija ilhom mill-1991 bl-istess ftehim kollettiv

Il-Pulizija Maltija ilhom bl-istess ftehim kollettiv iktar minn 16-il sena li taghmilhom l-iktar dipartiment bi ftehim kollettiv antik izda jidher li mhux skadut.

L-ahhar ftehim kollettiv ghall-membri tal-Korp tal-Pulizija kien iffirmat f’Settembru 1993 retroattiv ghal l-1991. Fl-2001 il-Gvern kien ghamel ezecizzji ta’ korrezzjoni ghall-haddiema tac-Civil izda l-Pulizija ma kienux inkluzi. L-istess Pulizija ghadhom ukoll jahdmu aktar minn 46 siegha fil-gimgha tant li hemm taqsimiet li jahdmu 48 siegha u anke 60 siegha minghajr ebda hlas zejjed fosthom dawk li huma stazzjonati ghassa mal-klandestini f’Ta’ Kandja li jahdmu 60 siegha fil-gimgha.

Fil-ftehim kollettiv tal-Pulizija li jmur lura ghall-1991 jidher li mkien ma hemm meta dan jiskadi. Barra minn hekk, bhal ma huma tac-Civil, iz-zieda li jinghataw kull sena tinkorpora z-zieda li l-Gvern ihabbar kull sena ghall-gholi tal-hajja. Dan ifisser li l-Lm1.50 li l-Prim Ministru habbar fil-Bagit, il-Pulizija mhux se tinghatalhom ghax hija parti miz-zieda fil-Ftehim Kollettiv.

Nifhmu wkoll li l-Pulizija qieghdin jitolbu biex il-hlas ghal xoghol extra li jaghmlu, ma jibqax ikun intaxxat bil-35% izda bil-15% bhal kull xoghol iehor part-tajm.

Dan l-ahhar qam ferment iehor fi hdan il-Korp meta thabbar li l-Pulizija kollha li jahdmu fl-ufficini inghataw allowance ta’ Lm41 fix-xahar. Din l-allowance kienet tinghata lil dawk il-Pulizija li jahdmu pajzana u li jkunu f’riskju waqt il-hidma taghhom. Ghaldaqstant dawk il-Pulizija fid-Disretti li jahdmu fuq il-beat, tal-Mobile, ALE u ohrajn li kollha ghandhom riskju ma nghataw ebda allowance.

Punt iehor li tqajjem huwa dwar zewg membri tal-Korp tal-Pulizija li nghargilhom appointment mill-Ufficcju tal-Prim Ministru biex ikunu seconded f’post iehor mal-Gvern stess izda ma thallewx imorru. Qieghed ikun innotat ukoll li filwaqt li kull Dipartiment tal-Gvern jircievu kull cirkolari li tinhareg mill-Ufficcju tal-Prim Ministru, mhux l-istess qieghed jigri fil-Korp tal-Pulizija fejn il-membri tal-Korp qieghdin ikunu jafu b’certi affarijiet minn barra.

Dawn l-affarijiet qieghdin ikomplu jkissru l-moral tal-Pulizija fejn fil-jiem li gejjin se jitilqu mill-Korp aktar minn 70 membru f’daqqa li ghazlu li ma jkomplux bis-servizz wara 25 sena fil-Korp. Fost dawn hemm diversi ufficjali, surgenti u kuntistabblijiet. Dan l-ahhar anke tkellem dwar din l-emorogija mill-Korp il-kelliem Ewlieni Laburista dwar l-Intern, Gavin Gulia.

Minn John Pisani | October 16, 2007 - 10:01 pm - Fil-Kategoriji Salvatagg

imqalleb1.jpg

Marokkin isogra hajtu meta qabez il-bahar ghalih

“Kien miraklu minn Alla li salvajna t-tnejn li ahna” – kliem li Hasan Boubaghor (ritratt) ta’ 38 sena irrepeta ma’ l-orizzont aktar minn darba meta ghamilna kuntatt mieghu kif sirna nafu li kien hu dak li qabez f’bahar qawwi hafna biex salva student Russu ta’ 13-il sena.

Nhar il-Hadd zaghzugh barrani kien salvat f’Bugibba meta mewga kbira hakmitu kif kien fuq il-moll. Hasan qalli li ghal habta tat-3.30 p.m. huwa kien xoghol f’George’s Restaurant f’Bugibba meta sema’ ghajjat gej mill-bahar.

“Dak il-hin kien hemm xi nies li bdew iharsu minn hdejn il-hadid u dan it-tifel kien qieghed jipprova jzomm fil-wicc. Il-bahar kien qawwi hafna b’mewg kbir li beda jhabbat mal-blat. F’daqqa wahda ghidt lill-imghallem tieghu, George Falzon, li kont se naqbez ghalih ghax ma stajtx inhallih imut”, qal Hasan.

Il-Marokkin, li ilu Malta ghal dawn l-ahhar 15-il sena, issogra hajtu u qabez ghaz-zaghzugh Russu. Hasan qal li kif qabez fil-bahar u resaq lejn iz-zaghzugh, dan iggrafa mieghu. Minhabba l-bahar qawwi it-tnejn li huma ma setghux jersqu lejn l-art.

“Hawnhekk hsibt li konna se neghrqu t-tnejn li ahna imma idi wehlu mieghu u hu qabad mieghi u ma telaqnix. F’hin minnhom spiccajt fuq bicca blata u bqajt inzommu izda mewga kbira ghattitna u spiccajna fil-bahar” qalilna Hasan.

Kif regghu spiccaw fil-bahar Hasan rega’ hataf lir-Russu u mewga ohra kaxkrithom ghal mal-blat. Kienet reazzjoni f’waqtha tal-Marokkin li t-tnejn ma nstabtux mal-blat billi hareg siequ. George Falzon mar u gab habel u tefghu fil-bahar biex Hasan u r-Russu setghu jaqbdu mieghu. Kien f’dan il-hin li waslu l-Pulizija tal-Mobile li ghenu liz-zaghzugh li kien mghannaq ma’ Hasan jitla’ fuq il-blat.

Hasan qal li kif tela’ seta’ jara whud minn dawk in-nies li baqghu jharsu li kienu qieghdin jibku. Falzon qal lil l-orizzont li verament kien miraklu li t-tnejn li huma salvaw tant li kif Hasan tela’ fuq il-blat mar jghannqu ghax haseb li ma kienx se jarah aktar.

“Hasan huwa eroj li sfortunatament hadd ma jaf bih” qalilna Falzon.

Fuq il-post issejhet ambulanza izda l-persuna responsabbli mill-istudenti Russi refghet kull responsabbilitĂ  u rrifjutat li l-istudent jittiehed l-Isptar San Luqa biex jinghata l-kura mehtiega u preferit li jkun ezaminat minn tabib privat.

Minn John Pisani | October 13, 2007 - 8:28 am - Fil-Kategoriji FAM, Rabja

tony-abela-fam-13-10-07.jpg
Is-Segretarju Parlamentari nsista li jinghata s-Salut Generali

Qatt fl-istorja glorjuza tal-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) ma saret “kummiedja” li rridikolat mhux biss lill-istess Armata, izda lil pajjizna quddiem ufficjali barranin meta l-Protokoll gie mzebblah mis-Segretarju Parlamentari Tony Abela li rriduca lill-FAM bhas-serje komika televiziva “Dad’s Army”.

Kull min kien prezenti nhar il-Hadd, 30 ta’ Settembru ghac-cerimonja maghrufa bhala “Trooping of the Colours”, kemm quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Gwann fil-Belt kif ukoll fil-Kwartieri Generali tal-FAM f’Hal Luqa, ma setax jemmen ghal kummiedja li sehhet. Mal-wasla tas-Segretarju Parlamentari Tony Abela dan tela’ fuq id-“Dias”, il-podium bit-tapit ahmar, u nghata s-Salut Generali, salut li bhala segretarju parlamentari mhux intitolat ghalih la hawn Malta u mkien fid-dinja.

Kien hemm min haseb li sar bi zball peress li skond il-Protokoll u t-tradizzjoni dan is-Salut Generali huwa riservat biss ghall-Kap Kamandant tal-FAM u l-Prim Ministru. Izda s-Segretarju Parlamentari Abela hass li huwa importanti hafna li wasal biex irredikola cerimonja importanti tal-Forzi Armati.

Persuni li kienu prezenti, fosthom ufficjali barranin, dehru skantati b’dan l-attegjament tant li kien hemm min tefa’ t-tort fuq l-Armata ghal dan l-izball jew ghax ma gharfux lil Tony Abela minn Lawrence Gonzi. Izda meta aktar tard fil-Parade Grounds fil-Barracks ta’ Hal Luqa l-istorja rrepetiet ruha, kien hemm min sahansitra dawwar wiccu biex ma jidhirx li kien qieghed jidhak bil-“buffunata” meta Tony Abela, Segretarju Parlamentari, prezenta ruhu u tela’ fuq id-“dias” u nghata s-Salut Generali.

Diversi fizzjali li tkellmu ma’ l-orizzont wrew id-dizappunt taghhom ghal dan l-agir ta’ Tony Abela u kkomparawh ma’ personalitajiet ta’ xi pajjiz dittatorjat li “ghax irrid jien, hekk ghandu jsir” u mhux pajjiz civilizzat, pajjiz membru fl-UE li l-Protokoll huwa meqjus sagru u li l-awtoritajiet Maltin, specjalment l-Armata, dejjem imxew b’mod rett u korett mieghu.

Il-fizzjali li tkellmu maghna qalulna li sahansitra semghu eks-ufficjali gholjin fl-Armata, u li wiehed minnhom fi zmienu kien qrib hafna ta’ Tony Abela u iehor specjalista fil-parati, li tkazaw bl-agir tas-Segretarju Parlamentari.

Sorsi qrib il-FAM qalulna li kien Tony Abela personalment li nsista ma’ l-Awtoritajiet tal-FAM biex huwa jinghata s-Salut Generali minkejja l-oggezzjonijiet. L-istess sorsi kkonfermaw li s-Segretarju Parlamentari ghamel pressjoni kbira biex jinghata dan is-salut sempliciment biex jidher quddiem in-nies u biex jiehu vantagg personali minn cerimonja prestiggjuza li ilha ssir mill-1743.

Sorsi qrib Kastilja qalu lil dan il-gurnal li anke l-Ufficcju tal-Prim Ministru kien hemm min ikkrtika l-atteggjament ta’ Tony Abela u dan billi baxxa lill-istess Prim Ministru Gonzi. Min-naha l-ohra fizzjali fl-Armata wkoll esprimew l-istess sentiment u qalulna li qatt ma jistghu jaccettaw dak li ghamel isSegretarju Parlamentari, li mhux biss huwa inqas minn Ministru, Prim Ministru, izda wkoll mill-Kap Kmandant. L-istess fizzjali qalulna wkoll li lanqas lill-Arcisqof ta’ Malta jew lill-Prim Imhallef ma jinghata dan is-salut ahseb u ara lill-Segretarju Parlamentari.

Dan ma kienx l-uniku dizappunt min-naha ta’ Tony Abela. Xi jiem qabel huwa nstema’ jghid li kien se jhabbar ir-riorganizzazzjoni fl-Armata u zieda fil-pagi ghas-suldati. Minhabba f’hekk ghal waqt ir-riceviment ta’ wara c-cerimonja gie ppreparat mikrofonu u speakers biex is-Segretarju Parlamentari jaghmel id-diskors tieghu. Izda b’sorpriza u dizappunt ghal kulhadd la d-diskors ma ghamel u lanqas habbar iz-zieda.

L-insulti ma waqfux hawn. Filwaqt li l-ufficjali u s-suldati ntbghatu ghal riceviment fis-Sargents’ Mess, il-Ministri kienu mistednin minn Tony Abela nnifsu ghal riceviment fl-Officers Mess, xi haga li wkoll ma jistax jaghmel peress li l-Officers Mess huwa esklussiv ghall-fizzjali kif hija l-prattika f’kull servizz madwar id-dinja. Imma biex ikompli “jpoggi c-cirasa fuq il-kejk”, xi ufficjali ma thallewx jidhlu ghal dan ir-riceviment. Is-sorsi qalulna li filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Tony Abela injora lill-kumplament ta’ l-ufficjali u fizzjali li kienu barra s-Sargents Mess, kemm il-President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami kif ukoll il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kif kienu sejrin ghal karozzi taghhom dehru jkellmu lil xi suldati u ufficjali li hadu sehem fil-parata u li ma thallewx jidhlu fl-Officers Mess.

“Sfortunatament l-Armata issa tilfet kull prestigju li kellha tul l-istorja taghha u dan mhux tort ta’ l-Armata u l-mexxejja taghha, izda ta’ membru parlamentari li qabez kull limitu immaginabbli”, qalilna fizzjal fl-Armata.

Minn John Pisani | October 11, 2007 - 8:35 pm - Fil-Kategoriji Lura

Wara nuqqas ta’ aktar minn erba’ gimghat ergajt bdejt bl-istejjer ta’ kronaka.

Ma kontx qieghed nippublika stejjer minhabba li mis-7 ta’ Settembru sad-9 ta’ Ottubru kont fuq btala fic-Cina u l-Vietnam. Dwar dan il-vjagg behsiebni nohloq site ohra separata minn din biex nippublika ritratti u nirrakkonta ftit mill-esperjenza fil-Lvant Imbieghed…esperjenza unika.

Illum qed nippublika hold-up differenti u kaz ta’ anzjana li kienet identifikata minn kelb. Nhar il-Hadd se jkolli storja dwar membru parlamentari li qabez kull limitu.

Grazzi

Minn John Pisani | - 8:27 pm - Fil-Kategoriji Anzjani, Hold-up, Pulizija, Serq

Hallelin “offrew” l-ewwel ghajnuna biex serqu anzjan

Zewg hallelin, li wzaw karozza bhala arma, wettqu hold-up fuq anzjan wara li offrew li jiehduh ghall-kura medika f’Centru tas-Sahha.

Nhar il-Hamis, 11 ta’ Ottubru, ghal habta tas-5.45 a.m. l-anzjan ta’ 68 sena li joqghod fi Triq il-Kanizzata f’Wied il-Ghajn, hareg bhas-soltu biex imur jixtri l-hobz. Kif kien qieghed jaqsam it-triq giet karozza sewda u tajritu.

Iz-zewg persuni li kienu fil-karozza hargu mill-vettura u offrew li jiehdu lill-anzjan ghall-kura fic-Centru tas-Sahha. Huwa mifhum li l-anzjan apprezza dan il-gest minn xi hadd li allegatament kien ghadu kif tajru.

Li ma kienx jaf l-anzjan kien li jidher li kollox kien ippjanat sew u skond kif allega l-istess anzjan dawn haduh fi Triq Vittorjo Cassar f’Wied il-Ghajn stess fejn nizluh f’garaxx miftuh, rabtuh bit-tape u hallewh hemm. Qabel ma telqu hadulu c-cwievet tad-dar u l-kartiera li kien fiha madwar Lm20 u dokumenti personali.

Minn hemm iz-zewg hallelin marru fir-residenza ta’ l-anzjan u wara li qalbu kulimkien serqu zewgt isnieter, pistola anika u madwar Lm250 ohrajn fi flus kontanti.

Skond l-istess anzjan huwa rnexxielu jinhall wahdu u ghal habta tas-7.30 a.m. cempel lill-Pulizija. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Alex Grech u s-Surgent Charles Cassar. Peress li l-anzjan kellu xi feriti ssejjah tabib li ccerdr tifika li l-vittma kien qieghed isofri minn griehi hfief. Il-Magistrat Dr Audrey Demicoli ordnat inkjesta u hatret l-esperti tal-Qorti fosthom lill-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Dan kien is-37 hold-up din is-sena u x’aktarx li huwa l-uniku wiehed li bhala arma ntuzat vettura.

Minn John Pisani | - 8:24 pm - Fil-Kategoriji Accident, Pulizija

Il-kelb taghha wassal biex tkun identifikata

L-akbar habib tal-bniedem wassal biex il-Pulizija tiddentifika l-mara li nhar l-Erbgha nstabet mitlufa minn sensiha bi griehi gravi fi Triq il-Qasab f’Birkirkara.

Minn stharrig li kompla jaghmel l-orizzont jirrizulta li l-mara, li giet identifikata bhala anzjana ta’ 74 sena minn Birkirkara stess, kienet miexja meta hassa hazin u bit-tisbita li hadet ma’ l-art sofriet griehi gravi tant li skond il-Pulizija kienet ukoll fil-periklu tal-mewt. Meta waslet l-ghajnuna medika kif ukoll il-Pulizija, qrib l-anzjana kien hemm kelb li dak il-hin jidher li hadd ma ta ebda kas tieghu.

Meta l-anzjana ttiehdet bl-ambulanza l-kelb sab ruhu wahdu u ghaldaqstant irritorna lejn id-dar ta’ sidu u baqa’ hemm wara l-bieb. Meta l-Pulizija, immexxija mill-Ispettur Kevin Farrugia mill-Ghassa ta’ Birkirkara, komplew jinvestigaw regghu raw l-istess kelb. Ghaldaqstant meta staqsew lil xi persuni dawn qalu li l-kelb huwa ta’ mara anzjana li tghix wehida u meta l-Pulizija wrew ritratt tal-mara kien hemm min identifika lill-anzjana.

Kien bis-sahha tal-kelb li l-Pulizija irnexxielha ssib min kienet dik il-mara li s’issa ghadha tinzamm l-Isptar San Luqa ghal akar kura.

Stqarrija tal-Pulizija, mahruga tard il-Hamis, qalet li minn stharrig li sar irrizulta li ma kien ebda persuni ohrajn involuti f’dan il-kaz.