Minn John Pisani | September 6, 2007 - 10:10 pm - Fil-Kategoriji Uncategorized

Mil-lum, il-Gimgha 7 ta’ Settembru sa nhar it-Tlieta, 10 ta’ Ottubru mhux se nkun qieghed nippubblika artikli. Ir-raguni hija li se nkun imsiefer. Pero’ xorta se nzomm kuntatt.

Ghalhekk sekemm nerga’ nirranka inselmilkhom u grazzi ta’ l-appogg.  Nittama li meta nerga’ nidba nkunu qbizna l-20,000 hit. Kif tistghu taraw sakemm qed nikteb din in-nota l-ammont huwa ta’ 19,418.

Grazzi mill-gdid u ghidu lil min tafu b’dan is-site

John Pisani

Minn John Pisani | - 9:57 pm - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija

Shorts trasparenti jimbarazza lill-Pulizija nisa

Dan l-ahhar il-Korp tal-Pulizja ta lill-membri tieghu shorts biex jintuza ghal waqt it-tahrig meta jmorru l-Akkademja, izda min ordna dawn ix-shorts ma nghatax parir tajjeb minghand min inxtraw. X’sar minnhom ir-rizultati ta’ dawk li talbu revizjoni tal-ezamijiet ghal surgenti?

Kollox trasparenti fl-Akkademja

Kienu diversi Pulizija nisa kif ukoll irgiel u hbieb taghhom li kelmuni dwar ix-shorts li nghata biex jintuza ghal waqt it-tahrig. Dawn ix-shorts huma maghmulin mill-polyster ta’ lewn iswed li kif iddiskrivewli u anke rajthom jiens stess, jofru xena tal-anotomija meta jkunu fid-dawl.

Barra minn hekk dawn ix-shorts bil-qlizi wisghin zgur se jghatu lok li waqt dan it-tahrig, xi partijiet intimi, jew hwejjeg ta’ taht intimi jkunu esposti biex b’hekk jinholqu sitwazzjonijiet imbarazzanti.

Il-Pulizija nisa li lmentaw qalu li dan jista’ johloq problemi bejnhom u l-irgiel taghhom jew gharajjes. Dawn il-pulizija nisa kull ma qieghdin jitolbu huwa ftit rispett lejn il-privatezza taghhom. Diskors mhux xieraq ukoll ikun hemm meta l-ilbies ikun xieraq, ahseb u ara issa meta ma jkunx u t-tort mhux taghhom. Ghalhekk dawn qieghdin jitolbu biex jithallew jilbsu qliezet tat-track suits.

“Darb’ ohra staqsuna u kkalkulawna ghax ahna se nilbsuh dak ix-shorts”, qalulna l-Pulizija nisa.

Dawk li ma sarux Surgenti

Din id-darba dawk li ma ghaddewx mill-ezami tas-Surgenti ma nghatawx l-opportunità li jaghmlu re-sit. Izda setghu jitolbu biex fejn ma nghatawx marka li ghaddew, setghu jitolbu biex il-karta tigi kkoreguta minn ufficjal differenti. Ghadda bizzejjed zmien biex ir-rizultati regghu hargu mill-gdid izda s’issa ghadhom mizmumin.

Taqsima tat-Traffiku

F’din it-Taqsima, maghrufa wkoll bhala tal-muturi, mindu gew trasferiti ghal fejn hemm il-garaxx spiccaw hafna aghar. Il-muturi qieghdin barra, xemx u xita ghax lanqas tinda ma hemm. Imma l-iktar gravi huwa x-shift li jahdmu. Ghandhom shift li jibda mis-6.00 p.m. sas-2.00 a.m., imorru d-dar u qabel is-7.00 a.m. jridu jkunu lura d-Depot. Dan ifisser li Pulizija li joqghod il-Mellieha u forsi jkun patrol in-naha ta’ fuq ta’ Malta, irid jinzel id-Depot, jippancja, imur id-dar u ftit sieghat wara jerga’ lura d-Depot meta facilment jista’ jiffirma f’xi Ghassa tal-Pulizija. Hafna jsejhu dan ix-shift bhala kattiverja.

Fl-ufficini ma jezistux airconditions u purtieri li ilhom lesti baqghu ma twahlux. Hemm hafna izjed x’jinghad fuq din it-taqsima bhal partijiet mill-uniformi, muturi jisselfu, joqghodu fejn jidhru u mhux fejn hemm bzonn, radios qodma u aktar imma spazju ma fadalx.

Minn John Pisani | September 5, 2007 - 9:15 am - Fil-Kategoriji Uncategorized

zabbar-fire-04-09-07.jpg

Ragel isofri hruq f’partijiet ta’ gismu

Raymond Spiteri ta’ 50 sena minn Haz-Zabbar nhar it-Tlieta, 4 ta’ Awissu b’xorti tajba sofra griehi hfief f’partijiet ta’ gismu kkawzati minn nirien li hakmu l-garaxx fejn kien qieghed jahdem.

In-nirien bdew ghal habta tas-2.05 p.m.fil-garaxx ta’ Spiteri li jinsab fi Triq Santa Duminka kantuniera ma’ Triq il-Gilbiena f’Haz-Zabbar. Jidher li dak il-hin Spiteri kien qieghed jaghmel xi xoghol bil-‘grinder’ meta x’aktarx taru sparks li marru fuq likwidu li jaqbad b’konsegwenza li n-nirien tferrxu fi ftit minuti.

Spiteri sofra hruq f’idu, riglejh u wiccu meta pprova jikkontrolla n-nirien hu stess. Kienu l-girien li cemplu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u lill-Pulizija. Kif waslu l-membri tad-D.P.C. sabu lil vann Ford Transit li kien fil-garaxx mahkum minn nirien. Filwaqt li Spiteri inhareg mill-garaxx u beda jinghata l-ewwel ghajnuna medika mill-istess membri tad-D.P.C., membri ohrajn gibdu l-vann ’il barra mill-garaxx.

In-nirien gew kontrollati fi ftit hin izda xorta lehqu ghamlu hsarat estensivi. Fl-istess garaxx kien hemm karozza ohra Toyota Stellar li wkoll inhakmet minn nirien kif ukoll il-kumplament tal-garaxx u dak li kien hemm fih.

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier li kompla jaghti l-ewwel ghajnuna medika lil Raymond Spiteri u aktar ghajnuna kompliet tinghata fid-Dipartiment ta’ l-Emegenza ta’ l-Isptar San Luqa.

Il-Pulizija mill-Ghassa ta’ Haz-Zabbar immexxija mis-Surgent Michael Buttigieg kif ukoll Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile. Bhala prekawzjoni l-Pulizija evakwaw xi persuni. Mhux maghruf jekk in-nirien ikkawzawx hsarat strutturali fil-garaxx u fid-djar li hemm fuqu u hdejh fosthom ta’ Spiteri stess u ta’ persuna ohra li fil-hin tan-nirien kienet xoghol.

Fuq il-post issejhu wkoll haddiema tal-Korporazzjoni Enemalta li skonnettjaw il-kurrent elettriku tar-residenzi fil-vicin.

Diversi residenti apprezzaw il-hidma tal-membri tad-D.P.C. u tal-Pulizija tant li bosta nisa marru u gabu fliexken ta’ l-ilma, minerali u tazzi ghal dawn l-ufficjali.

Bil-kaz fejn gie informat l-Ispettur Anthony Cassar tad-Distrett kif ukoll il-Magistrat Dr Miriam Hayman li ordnat inkjesta u hatret l-esperti tal-Qorti.

Minn John Pisani | - 9:11 am - Fil-Kategoriji Serq


Misruqin aktar minn Lm3,000 misruqin mir-Razzett tal-Hbiberija 

Madwar Lm3,000 li kienu f’borza f’kexxun insterqu fil-lejl ta’ bejn il-Hadd u t-Tnejn mir-Razzett tal-Hbiberija f’Wied il-Ghajn.

Is-serqa nduna biha l-General Maniger tar-Razzett tal-Hbiberija, Mark Sultana, meta nhar it-Tnejn fis-6.30 a.m. mar biex jiftah bhas-soltu. Kif dahal u mar ifittex ic-cwievet ta’ fejn jinzammu l-funzjonijiet. Sultana ma sabhomx. Kif mar biex jara sab il-bieb sgassat u kif dahal fl-ufficcju ra hafna taqlib.

Irrizulta li borza li kien hemm f’kexxun u li fiha kien hemm Lm3,000 kienet nieqsa. Minn aktar stharrig irrizulta wkoll li mir-reception insterqu wkoll Lm20 ohrajn. L-ahhar li l-post thalla intant kien il-Hadd fejn kien hemm funzjoni ghaddejja. Fi tmiem il-gimgha kien hemm attivitajiet ohrajn biex jingabru l-flus ghar-Razzett.

Il-Pulizija mid-Dipartiment ta’ l-Investigazzjonijiet Kriminali mmexxija mill-Ispettur Silvio Valletta u dawk tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Anthony Cassar qieghdin jinvestigaw din is-serqa. Il-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera ordnat inkjesta u hatret lil Dr Vince Galea u lill-Ufficjali tax-Xena tar-Reat bhala esperti tal-Qorti.

Minn John Pisani | September 3, 2007 - 9:17 am - Fil-Kategoriji Detention Centres, FAM, Klandestini

Qieghed nippublika r-risposta tal-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern dwar dak li ntqal s’issa dwar il-haddiema kazwali fic-Centri ta’ Detenzjoni. Taht din ir-risposta qieghed nippublika aktar dettajli dwar ic-Centri ta’ Detenzjoni b’informazzjoni esklussiva.
Jirrispondi l-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern

Il-Ministeru ghall-Gustizzija u l-Intern permezz tal-kelliem Joe Azzopardi, irrisponda ghall-artiklu li deher f’l-orizzont dwar il-haddiema kazwali mas-Servizzi ta’ Detenzjoni.

B’refernza ghall-artiklu ‘Il-casuals bla stima, fil-periklu u mheddin’ miktub minn John Pisani u li deher fil-harga ta’ l-orizzont tat-Tnejn, 27 ta’ Awissu qieghdin isiru dawn il-kjarifiki ghall-beneficcju tal-qarrejja tieghek.

Wiehed irid jiccar li s-Servizzi ta’ Detenzjoni fil-prezent hija maghmula minn ufficjali kemm ta’ l-Armata u tal-Pulizija kif ukoll minn ufficjali kazwali li gew ingaggati mill-Gvern bies iserrah il-forzi ta’ l-ordni mit-tmexxija ta’ kuljum tac-Centri ta’ Detenzjoni u b’hekk ikomplu jiffukaw fuq ix-xoghol ewlieni taghhom. Ghalhekk huwa zball li wiehed jaghmel il-paraguni bejn haddiema li mhumiex ingaggati bl-istess kundizzjonijiet ta’ xoghol. Fl-ingagg tal-‘Casual Detention Officers’ fuq bazi temporanja ma hemmx promozzjonijiet involuti u din mhix xi prassi gdida. Kull min applika biex jahdem mas-Servizzi ta’ Detenzjoni fuq bazi kazwali gie spjegat lilu bir-reqqa x’kienu se jkunu l-kundizzjonijiet tax-xoghol tieghu u x’kien jinvolvi dan l-impjieg. Hu hawn kulhadd japprezza li dan huwa xoghol li jirrikiedi dixxiplina u umanità propju ghax dawn l-immigranti rregolari jkunu dizulluzi mill-qaghda taghhom f’Malta.

Il-parti l-kbira tal-haddiema kazwali huma impjegati fuq xoghol ta’ ghassa mac-Centri ta’ Detenzjoni. Xi haddiema, minhabba l-esperjenza li kellhom meta kienu membri fl-Armata, bhalissa qieghdin jaghmlu xoghol klerikali konness mal-pagi u l-attendenza tal-haddiema kazwali bl-iskop li biz-zmien tinbena l-kapacità amministrattiva mehtiega ghad din l-entità.

Ta’ min jghid li l-paga ta’ dawn il-‘Casual Detention Officers’ biex jghassu dawn ic-centri hija ekwivalenti ghal salarju ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija jew inkella ta’ Bumbardier fl-Armata u huma intitolati ghal hlas extra meta jahdmu overtime u allowances ohrajn. Jinghataw ukoll uniformijiet ghax-xitwa u s-sajf li, minbarra li sservi ta’ protezzjoni, taghti sens ta’ identità lil dawn il-haddiema. Dan minbarra xiri ta’ apparat u vetturi biex ikunu f’pozizzjoni ahjar li jwettqu dmirhom.

Il-post ta’ l-ghassa tal-haddiema kazwali hafna drabi jkunu fil-miftuh u ghalhekk f’kull post ta’ l-ghassa hemm gardjola. Il-gardjola mhix il-post ta’ l-ghassa imma qieghda hemm biex taghti kenn mill-elementi. Il-haddiem kazwali huwa obbligat jaghmel ir-ronda fiz-zona assenjata lilu u mhux li joqghod 12-il siegha fil-gardjola kif gie allegat.

L-artiklu jsemmi kazijiet li meta ssir il-‘headcount’, il-haddiema kazwali jidhlu fuq xi nisa fix-showers jew toilets bla prudenza. Dan zgur mhux qieghed isir fuq ordnijiet tas-superjuri taghhom, u jekk qieghed isir hekk, in-nuqqas huwa tal-haddiema nfushom li ghandhom juzaw prudenza qabel jidhlu fuq in-nisa, ikunu fejn ikunu.

Fl-ahharnett kull allegazzjoni ta’ vittimizzazzjoni ta’ dawn l-ufficjali kazwali hija michuda.

Minn John Pisani | - 9:08 am - Fil-Kategoriji Detention Centres, FAM, Klandestini

Vetturi ordnati ghall-ufficjali biss

Fil-bidu tas-sena, bl-iskuza tal-urgenza is-Servizzi ta’ Detenzjoni (SD), id-dipartiment responsabbli mic-Centri ta’ Detenzjoni fejn jinzammu l-klandestini, ordnaw erba’ Range Rovers Freelanders biex ikunu jistghu jingarru l-klandestini minn post ghall-iehor u biex in-nies li jahdmu ma’ dan id-dipartiment ikkolhom biex jaqdu d-dmirijiet taghhom ta’ kuljum. Izda s’issa dawn il-Freelanders li jiswew eluf ta’ Liri huma ghad-dispozizzjoni ta’ l-ufficjali gholjin biss.

Sorsi qrib il-FAM kif ukoll qrib l-istess SD qalulna li dawn il-vetturi nxtraw ‘second-hand’ f’kundizzjoni tajba hafna u, minhabba l-urgenza, inxtraw b’direct order minghand agent lokali habib sew ta’ persuna gholja f’Kastilja u li huwa wkoll parantela tal-mara tieghu. Minkejja li dawn il-Freelanders intalbu b’urgenza dawn hadu madwar seba’ xhur biex twasslu.

Meta dawn finalment waslu l-haddiema hasbu li xogholhom kien se jkun ftit aktar facli izda stennew ghalxejn ghax dawn marru ghand il-fizzjali biss.

Wahda minnhom anke qieghda tintuza personalment mil-Logotenent Kurunell Brian Gatt, id-direttur tas-SD minkejja li ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu karozza ohra, Volswagon Bora, gdida tal-FAM. Il-Freelander tas-Sur Gatt x’aktarx li giet ordnata apposta ghalih mill-Ingilterra armata bil-gagga tal kelb fuq wara.

Is-sorsi qrib l-Armata qalu lil l-orizzont li l-Freelander inxtraw mill-Ministeru u mhux mill-Armata u ghaldaqstant Brian Gatt kien mitlub biex il-VW Bora, li hija propjetĂ  tal-FAM, jirritornaha lill-Armata. Izda qieghed jinghad li r-risposta kienet li bhala Logotenent Kurunell fl-Armata ghandu d-dritt ghal vettura bix-xufier u bhala direttur tas-SD ghandu d-dritt li jzomm anke l-Freelander.

Il-kelliem ghall-Ministeru ghall-Gustizzija u l-Intern, Joe Azzopardi, f’risposta li ta lil dan il-gurnal qal li l-haddiema mas-Servizzi ta’ Detenzjoni inghatawlhom “vetturi biex ikunu f’pozizzjoni ahjar li jwettqu dmirhom”. Izda fil-fatt dawn ghandhom ghad-dispozizzjoni taghhom vannijiet qodma li gabu mill-Armata.

Is-sorsi li tkellmu maghna qaluln li fejn is-soltu karozzi mixtrija mill-FAM u mis-SD jinghataw in-numru tar-registrazzjoni allokati ghall-FAM bl-ittri GVA, il-Freelanders inghataw in-numri tar-registrazzjoni li allokati lill-Ministeru. Dan sar, skond is-sorsi, biex ma jaqghux taht ir-regolamenti stretti tal-FAM li jghidu li wara l-hin tax-xoghol iridu jiddahhlu lura fil-Barracks.

Ghaldaqstant qieghed jinholoq lok ta’ abbuz fejn dawn il-Freelanders qieghdin jintuzaw anke fi tmiem il-gimgha u barra l-hin tax-xoghol fuq bazi personali.

Ma jidher li ma tezisti ebda spjegazzjoni l-ghaliex intalbu dawn it-tip specifiku ta’ vetturi,  l-anqas ghaliex armati bis-CD plejer, seats tal-gilda u lussu iehor. Huwa mifhum ukoll li m’ghandhomx dak imsekjjap “work ticket” li fih jitnizzel kemm jinghataw fjuwil, kif u meta jintuzaw u min jawtorizza l-uzu tal-vettura.

Din mhix l-unika problema dwar dawn il-vetturi peress li jidher li flus biex jithallsu ma hemmx. Ufficjali fil-FAM wrew id-dizappunt taghhom ghal mod inxtraw b’direct order bi kwotazzjonijiet li ngabru minn impjegati f’Kastilja.

Sadanittant l-orizzont kompla jistharreg dwar ic-Centri ta’ Detenzjoni u wara r-rapport li deher nhar it-Tnejn waslet aktar informazzjoni. Il-kelliem ghall-Ministru, Joe Azzopardi, qal li meta l-haddiema kazwali jaghmlu ‘headcount’ tal-klandestini ghanhdom juzaw prudenza u mhux jidhlu fuq nisa li jkunu fix-shower. Meta vverifikajna ma-sorsi taghna dawn qalulna li facli hafna li tghid affarijiet meta ma tkunx involut direttament fihom. L-ghadd tal-klandestini jrid isir bil-fors kull darba li jinbidel ix-shift. Meta dan isir filghodu jrid isir bejn is-6.30 u s-7.00 a.m. meta hafna mill-klandestini jkunu reqdin jew jinhaslu. L-ordni hija stretta – trid tara b’ghajnejk u tghodd u mhux tassumi li fix-shower hemm wiehed jew wahda biss. Mhux l-ewwel darba li dawn kixfu lil xi hadd li kien rieqed u raw wiehed biss u spiccaw b’wiehed nieqes. Meta regghu daru lil kulhadd sabu iehor fis-sodda ma’ iehor imma kien iktar baxx. Hafna drabi jsibu tfixkil kbir mill-klandestini meta jigu biex jghodduhom u mhux l-ewwel darba li jistahbew anke fix-showers. Jekk jinstab li hemm klandestin nieqes ix-shift kollu jinzamm responsabbli u ghalhekk hadd mhu lest jiehu riskju.

Dwar l-uniformijiet il-qliezet li nghataw huma tax-xitwa bi drapp ohxon u l-qomos tas-sajf huma bojod li minhabba l-ambjent li jahdmu fih jithamgu malajr. Ghaldaqstant l-istess haddiema kazwali hargu l-flus minn buthom biex id-dipartiment xtara T-Shirs grizi.

Dwar il-gardjoli dawn mhuma mghammra b’xejn u huma esposti ghall-elementi kollha ghall-kuntrarju kif qal is-Sur Azzopardi li qieghdin hemm bhala kenn mill-elementi. Wara li deher ir-rapport u r-ritratt f’l-orizzont l-ghada stess il-bieba ta’ gardjola f’Hal Safi ttrangat.

Fil-jiem li gejjin se jkunu zvelati aktar dettalji fosthom kif il-haddiema kazwali nghataw ordni fis-17 ta’ Awissu dwar il-leave, perikli godda ghas-sahha, kunflitt ta’ interess dwar l-ikel, toilets, lockers u partijiet minn ittra li rcevejna minghand qariba ta’ wiehed minn dawn il-haddiema.

Minn John Pisani | September 2, 2007 - 6:56 pm - Fil-Kategoriji Korp tal-Pulizija

police-badge.jpg                             

Il-Korp jirrispondi u jikkonferma u nirribattu 


L-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija fi tliet ittri separati rrispondew ghal artikli li dehru fil-gazzetta it-Torca tal-15 ta’ Lulju, 29 ta’ Lulju u 19 ta’ Awissu fejn ikkonferma dak li ktibna. Bhala dritt ghar-risposta l-Editur ta’ it-Torca iipproduca kelma b’kelma dak li kitbet l-amminstrazzjoni tal-Korp.

Fuq dan is-sit elettroniku dawn l-artiklu dehru wkoll u ghalkemm l-Amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija rrispondiet ghal dak li deher fil-gazzetta biss, jien xorta wahda se naghti d-dritt tar-risposta lill-Korp minkejja li ma ntalbitx.

Ir-risposti tal-Korp u r-risposta tieghi huma dawn:

15 ta’ Lulju 2007

“Naghmel referenza ghall-artiklu li deher f’pagna 6 tal-gazzetta tieghek ta’ l-15 ta’ Lulju 2007 taht it-titolu ‘L-Akkademja tal-Pulizija mhix ghal kulhadd’ minn John Pisani.

Rigward it-tahrig li jisr filghodu fl-Akkademja tal-Pulizija ghall-membri tal-Korp, l-artikolist semma li dan isir fil-qilla tax-xemx. Wiehed irid jippreciza li l-unika parti tat-tahrig li jsir fix-xemx hija girja ta’ mil u nofs li ma tiehux aktar minn 30 minuta. Barra minn hekk l-aktar tard li dawn il-girjiet ikunu lesti huma ghal habta tal-11.30 a.m. L-ezercizzju l-ohrajn fizici jsiru fid-dell. Wiehed ma jridx jinsa li x-xoghol polizjesk irid isir f’kull tip ta’ temp, xemx jew xita.

L-artikolist allega wkoll li l-membri tal-Korp ma jithallewx jiehdu shower wara t-tahrig fiziku. Dan mhuwiex minnu. Fil-fatt il-membri tal-Korp ma jithallewx jiehdu shower bejn ezecizzju u iehor izda ghandhom il-facilitĂ  li juzaw ix-showers wara li jitlesta t-tahrig fiziku kollu.

Rigward in-nuqqas ta’ sireni fuq il-karozzi tad-Distretti, ta’ min jghid li xi zmien ilu bdiet tittiehed azzjoni biex jigi zgurat li l-karozzi kollha tad-Distretti jkunu mghammrin b’sireni. Però peress li hemm vetturi minn dawn li se jinbidlu ma’ ohrajn (li huma attrezzati b’kollox), fil-gimghat li gejjin, kien ghaqli li apparat akustiku gdid jehel fuq karozzi aktar moderni”

Risposta tat-Torca : Dwar l-Akkademja l-Korp ikkonferma li l-girja ssir fil-11.00 a.m. meta x-xemx tkun fl-aqwa taghha. Dwar ix-showers il-Pulizija li jmorru hemm ghadhom jallegaw li mhumiex jithallew jiehdu shower.

Dwar is-sireni fir-risposta l-Korp ikkonferma li verament hemm vetturi tad-Distrett minghajr sireni u nifirhu lill-Korp li se jgib vetturi godda u nawguraw li ma jdumux ma jaslu. U jekk forsi xi hadd ha l-impressjoni li tad-Distrett se jkollhom vetturi godda, dan mhux il-kaz ghax jidher li huma tal-Mobile li se jkollhom karozzi godda u dawk tal-Mobile se jghaddu ghal ghand tad-Distrett.

Ta’ min jinnota izda li fl-istess artiklu kien hemm diversi punti ohrajn fosthom il-canteen, l-ilma li jridu jixtru u dawk il-Kuntistabblijiet li ghaddew mill-ezami u l-interview ghal Surgenti tpoggew fil-waitng list. Dwar dawn il-korp ma semma xejn.

29 ta’ Lulju 2007

“Naghmel referenza ghall-artiklu li gie ppublikat f’pagna 40 fuq il-gurnal tieghek tad-29 ta’ Lulju 2007 intitolat ‘L-Ghassa tal-Pulizija fl-Imsida: Periklu ghal-pubbliku…imma mhux ghall-Pulizija”.

Ninfurmak li xogholijiet ta’ manutenzjoni nbdew f’din l-ghassa mid-Dipartiment tax-Xogholijiet Pubblici. Bhala prekawzjoni, l-ghassa giet imdawra minn barrikati halli x-xoghol in-kwistjoni jista’ jsir b’aktar facilità. Fil-fatt l-ghassa tal-pulizija, specjalment l-area fejn jinqeda l-pubbliku, giet irrangata strutturalment mit-Taqsima tas-Snajja tal-Korp kif ukoll tqeghdet xi ghamara gdida. Kuntrarjament ghal dak li ntqal, ma jirrizultax li hemm periklu ghall-ufficjali tal-Pulizija li jahdmu f’din l-ghassa. Ix-xoghol ta’ manutenzjoni fl-Ghassa tal-Pulizija fl-Imsida s jkompli sakemm dan jitlesta”.

Risposta tat-Torca : Veru li x-xoghol inbeda u jista’ jkun li kienet biss koincidenza li dan ix-xoghol inbeda wara li deher l-artiklu fit-Torca. Veru wkoll li x-xoghol ghadu ghaddej tant li ghal dawn l-ahhar tliet gimghat il-Pulizija li jkunu xoghol f’din l-ghassa m’ghandhomx il-facilitajiet tat-toilets.

19 ta’ Awissu 2007

“Referenza qed issir ghall-artiklu intitolat ‘Bla aircondtion, spiza biex jistudjaw u tbatija zejda‘ ippublikat fuq it-Torca tad-19 ta’Awissu 2006 f’pagna 15.

Dwar l-ewwel punt imsemmi, jigifieri l-units ta’ l-arja kkundizjonta fit-Taqsima tal-Forensika, ghandu jinghad li ghalkemm huwa minnu li wiehed mill-erba’ chillers li hemm fil-blokk il-gdid tas-CID zviluppatlu hsara teknika, fil-prezentament qed tittiehed azzjoni biex dan ic-chiller jigi mibdul ma’ wiehed gdid. Ma nafx x’news value fiha u x’inhu ezatt l-iskop wara din l-ahbar, meta dawn huma affarijiet normali li jsehhu ta’ kuljum f’dipartiment kbir bha ma huwa l-Korp tal-Pulizija.

Rigward l-ispiza li l-artikolista tieghek semma’ biex wiehed isegwi kors fil-Baccellarat fil-Kriminologija, ngharrfek li l-flus mitluba biex wiehed isegwi l-kors hija proroga assoluta ta’ l-Università ta’ Malta u mhux tal-Korp tal-Pulizija. Il-kors m’huwiex miftuh biss ghal membri tal-Korp izda ghall-pubbliku in generali. Ghaldaqstant l-anqas jista’ jinftiehem ghaliex din l-ahbar gie assocjata mal-Korp tal-Pulizija bhal li kieku qisu kien il-Korp tal-Pulizija li zied l-ispiza tal-attendenza ta’ dan il-kors ta’ tahrig ghall-membri tal-Korp.

Fir-rapport jissemma wkoll in-numru ta’ surgenti li hemm neqsin f’xi Distretti tal-Korp tal-Pulizija wara li dan l-ahhar saru xi promozzjonijiet fl-istess rank. Irid jinghad li dan l-ahhar veru li saru xi promozzjonijiet f’dan ir-rank u gew mimlija l-vakanzi li kien hemm pendenti f’dan ir-rank. Bhalissa ghaddej reklutagg ta’ ingagg gdid fil-Korp u meta jkun il-waqt fl-interess tal-Korp u dejjem jekk ikun hemm il-htiega, vakanzi ohrajn li jistghu jinholqu f’dan ir-rank jigu mimlijin minnufih. Allahares il-Korp jimxi skond l-interess ta’ xi individwi u mhux fl-ezigenzi li jitlob il-Korp.

Isemma’ wkoll it-tahrig ghall-membri tal-Korp fil-PIRS, li hija s-sistema komputerizzata ta’ kif jittiehdu rapporti fl-Ghases tal-Pulizija. Bhalissa ghaddej process fejn din is-sistema qed tinbidel ma’ sistema ohra aktar moderna u efficjenti u dan biex il-Korp tal-Pulizija jkun inlinea skond ir-rekwiziti tax-Shengen u fl-istess hin ikompli jtejjeb u jaggorna ruhu f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ makkinarju u ghodod ohrajn li jkomplu jtejbu l-livell tal-Korp. Ma kienx jaghmel sens li naghlmu lill-Pulizija fuq sistema li konna nafu li fi ftit zmien din kellha tinbidel. Fil-fatt mill-ewwel ta’ dan ix-xahar il-Pulizija bdew jinghataw korsijiet fuq is-sistema l-gdida tal-PIRS 2 u dawn biex ikunu preparati ghal meta tibda tahdem il-PIRS il-gdid.

Fl-artilu jissemmew ukoll diversi punti li jikkoncernaw id-Distrett ta’ Ghawdex u li ta’ min jikkjarifika. Fil-fatt dwar il-Pulizija Ghawdxin li jahdmu Malta, irid jinghad li l-Korp ma jimpedi lil hadd milli jsib akkomodazzjoni alternattiva jekk wiehed ma jkunx irid joqghod fl-ghassa. Rigward it-tahrig ta’ l-Ghawdxin li jsir f’Malta, ghalissa huwa impossibli li dan it-tahrig jibda jinghata f’Ghawdex.

Dwar l-Ghases f’Ghawdex, irid jinghad li f’April li ghadda 11-il membru tal-Pulizija li joqghodu fil-gzira ta’ Ghawdex gew trasferiti biex iservu f’Ghawdex stess. Apparti li gew inforzati taqsimiet bhas-CID, l-Iskwadra tal-Mobile u ohrajn, il-maggor kbira ta’ l-Ghases f’Ghawdex gew miftuhin b’mod regolari kemm filghodu kif ukoll matul il-lejl u dan jistghu jikkonfermawh ic-cittadini Ghawdxin stess. Wiehd jifhem li x-xoghol tal-Pulizija fis-sajf jizdied sew u dan minhabba l-kwantità kbira ta’ festi li ghandna f’pajjizna certu ghases fil-hin tal-festi jkollhom jinghalqu kif dejjem kienet il-procedura.

Fl-ahharnett rigward il-kaxxi tal-luminata, kuntrarjament ghal dak li ntqal fl-artiklu tieghek qatt ma nghatat xi ordni mill-amministrazzjoni tal-Korp biex jitnehhew xi kaxxi tal-luminati fl-ghases hlief f’ghassa wahda biss fejn il-kaxxa tal-luminata kienet ingiebet u tnehhiet fuq inizzjattiva ta’ l-ufficjal inkarigat mill-istess ghassa.

Ghar-rigward ta’ first aid boxes, tajjeb li jinghad li madwar senten ilu nxtraw numru sostanzjali ta’ first aid boxes li gew mimlijin bin-necessitajiet kollha u tqasmu f’diversi taqsimiet u vetturi tal-Korp tal-Pulizija. Fl-ghases ir-responsabilità tal-first aid boxes taqa’ fuq il-fizzjal u s-Surgent Maggur inkarigat mill-istess ghassa li jaraw li din tkun provduta u attrezzata bil-materjal necessarju.

Rigward dak li ntqal mill-artikolist dwar l-Ghassa ta’ l-Ghadira li din qed tinfetah biss ghax-show, dan inhallih ghall-qarrejja tal-gurnal tieghek li min jaf kemm-il darba gew bzonn li jaghmlu uzu mis-servizzi ta’ din l-ghassa u dan barra membri ohrajn tal-Korp anke peremzz tal-bicycles li jkunu qed jaghmlu l-ghassa ma’ din il-bajja.

Risposta tat-Torca : Dwar l-airconditions il-Korp ikkonferma dak li ghidna – hemm units li mhumiex jahdmu. Li tghid li mhix ta’ news value allura ma nlumu lil hadd li jghid li verament il-Pulizija mhumiex stmati.

Min irrispondina dwar il-kors fil-krimonologija jiddispjacini nghidlu illi l-iskop ta’ din il-kolonna hija li ninfurmaw lill-poplu x’qed jigri fil-pajjiz. Ma nafx kif wasal ghall-konkluzzjoni li jien ikkritikajt lill-Korp tal-Pulizija. Veru li assocjata mal-Korp tal-Pulizija, imma allura dawk il-membri tal-Korp li ntalbu jhallsu Lm1,250 minflok Lm500 biex ikunu Pulizija ahjar, il-Korp ma jinteressahx minnhom. Kont nistenna li l-Korp tal-Pulizija johrog hu jikkritika din iz-zieda u mhux jirrispondina li qed insemmu lehinhom ghax ghandhom mazra ma’halqhom!!

Dwar is-Surgenti neqsin u fejn gew stazzjonati lanqas irrid nipprova nifhem ir-risposta tal-Korp. L-istess dwar il-PIRS. Din bhas-sireni tal-karozzi – ma naghmlu xejn ghalissa u c-cittadin joqghod jistenna sakemm inbidlu s-sitema.

Dwar il-Pulizija Ghawdxin kull ma qed jissugerrixxi l-Korp lil dawn il-Pulizija huwa li jekk m’intix komdu ikri appartament u hallas ghalih mill-paga tieghek ghax mhux se nippruvaw intejbu l-akkomodazzjoni ghalikhom.

Dwar l-Ghases f’Ghawdex – iva naqbel li nhallu f’idejn ic-cittadini Ghawdxin li jaraw kemm ikunu miftuhin l-ghases hemmhekk. U jekk xi hadd irid ikun jaf kemm tjiebet is-sitwazzjoni tal-Pulizija f’Ghawdex kif qalet l-amminstrazzjoni tal-Korp, kull ma jrid  jaghmel huwa li jcempel biex jitlob li jmorru fuq bicca xoghol tad-CID – xi tjiebet? Erba’ Pulizija biss hemm u jrid ilehhaq kollox Spettur wiehed u Supretendent. Meta nghid kollox qed infisser ix-xoghol kollu tad-Disrett u CID.

U dwar il-kaxxex tal-luminata jekk ma kienitx l-Amminstrazzjoni tal-Korp li nehhiet il-kaxxex, allura nittama li sakemm qed jidher dan l-artiklu l-Amministrazzjoni tkun digà poggiet imqar kaxxa wahda fl-ghassa. U bil-haqq poggu lura wkoll dawk li tnehhew dan l-ahhar fosthom fid-Distrett ta’ San Giljan….biex tifhmuni ahjar id-Delta 6A.

Dwar il-first aid boxes il-Korp ma cahad xejn hlief li tefa’ r-responsabilità fuq il-fizzjal u s-Surgent Maggur. U dwar l-Ghassa ta’ l-Ghadira naghmel l-istess u nhalli lill-qarreja jiggudikaw.

Minn John Pisani | September 1, 2007 - 11:55 am - Fil-Kategoriji Hold-up, Pulizija

hold-up-euro-gamble-30-08-07.jpg
Bdew jinsterqu l-hwienet tal-loghob

Wara l-mewga ta’ hold-ups fuq il-banek tal-lottu u bil-Pulizija tal-Mobile iduru wiehed wiehed specjalment meta s-Super 5 tkun gholja, il-hallelin jidher li ghandhom mira gdida – l-istabbilimenti tal-loghob.

Nhar il-Hamis, 30 ta’ Awissu ghal habta ta’ l-9.45 p.m. tliet hallelin mghammda u wiehed minnhom armat b’arma tan-nar, dahlu fl-istabbiliment “Euro Gamble” (ritratt) li jinsab fi Triq Manwel Magri fil-Hamrun. Dak il-hin fil-post kien hemm biss ragel ta’ 55 sena, li huwa mpjegat. Huwa allega li l-hallelin bdew jhedduh u serqulu madwar Lm400 fi flus kontanti. Mhux qieghed jigi eskluz li seta’ kien hemm komplici iehor jistenna barra.

 
Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Ghassa tal-Hamrun, immexxija mill-Ispettur Mario Tonna, li bdew jinvestigaw il-kaz. Il-Magistrat Dr Silvio Meli gie informat u ordna inkjesta kif ukoll hatar divesti esperti biex ihejju r-rapporti taghhom.

Dan kien it-30 hold-up li gie rrapportat din is-sena.