Minn John Pisani | August 31, 2007 - 9:34 pm - Fil-Kategoriji FAM, Klandestini

klandestini-salvati-u-pregnant-30-31-08-07.jpg

Grupp ta’ 29 klandestin irrifjutaw l-ghajnuna tal-FAM

Iddahlu 11 ohrajn fosthom zewg nisa tqal

Tlieta ohrajn salvati u 25 gherqu l-gurnata ta’ qabel

It-tragedja umana komplet fil-Mediterran b’25 klandestin jispccaw mgharqa ftit metri ’l boghod minn lanca ta’ l-irmonk li minkejja dlamm cappa rathom fuq dghajsa zghira. Minn dawn tlieta ohran li kienu maghom irnexxielhom isalvaw.

Sadanittant l-ghada 11-il klandestin talbu li jiddahhlu Malta meta kienu fuq lanca flimkien ma’ grupp iehor li kien qrib Ghawdex.

Nhar il-Hamis, 30 ta’ Awissu fit-2.40 a.m. ic-Centru ta’ Salvatagg f’Piraeus fil-Grecja informa lic-Centru ta’ l-Operazzjonijiet tal-Forzi Armati f’Hal Luqa li l-lanca ta’ l-irmonk “Alexandra 5” irrapportat li x’aktarx kien hemm dghajsa b’madwar 28 klandestin fuqha li kienet madwar 72 mil nawtiku fin-Nofsinhar ta’ Malta u li din kienet riesqa lejn Malta.

Ftit tal-hin wara ntlemhu tliet klandestini rgiel fil-bahar izda d-dghajsa ma dehritx aktar minkejja li saret tfittxija intensiva mill-istess ekwipagg tal-lanca. Peress li l-eqreb port kien Malta, il-FAM awtorizzaw lill-ekwipagg tal-lanca ta’ l-irmonk biex tibda riesqa lejn Malta. Fl-istess hin mill-Bazi tat-Taqsima Marittima tal-FAM f’Xatt it-Tiben harget il-Patrol Boat P52 biex tmur tiltaqa’ ma’ l-“Alexandra 5” biex it-tliet klandestini salvati mill-bahar jittelghu fuq il-P52 u jingiebu Malta.

Ma’ l-ewwel dawl tax-xemx it-Taqsima ta’ l-Ajru tal-FAM baghtet ajruplan Islander fl-inhawi biex iwettaq tfittxija minn fejn kienu salvati t-tliet klandestini li ttelghu mill-bahar. Minkejja t-tfittxija damet sejra ghal hin twil din irrizultat fin-negattiv.

Ezatt fis-2.33 p.m. il-Patrol Boat P52 trakkat mal-moll fejn it-tliet klandestini dehru ghajjenin izda f’kundizzjoni ta’ sahha tajba. Il-Kaptan tal-P52, James Louis Grech, qalilna li huma waslu hdejn il-lanca ta’ l-irmonk ghal habta tas-6.00 a.m. meta din kienet madwar 40 mil nawtiku barra mill-kosta Maltija.
Il-klandestini allegaw li fuq id-dghajsa kienu 28, fosthom erba’ nisa. Kif raw il-lanca ta’ l-irmonk riesqa lejhom hafna minnhom marru fuq naha wahda tad-dghajsa b’konsegwenza li nqalbet u t-28 klandestin spiccaw kollha fil-bahar.

Minhabba li kien id-dlam jidher li l-klandestini ppanikkjaw u minkejja li whud minnhom kienu libsin il-life jackets xorta wahda sabu ruhom f’diffikultà. Kienu tlieta biss, zewg Nigerjani u wiehed mill-Ghana, li rnexxielhom isalvaw. Minkejja li saret tfittxija mill-ekwipagg ta’ l-“Alexandra 5” baqa’ ma nstab hadd minnhom. It-tliet klandestini inghataw f’idejn il-Pulizija ta’ l-Immigrazzjoni.

Sadanittant il-Pulizija rrapportaw li ghal habta tat-3.20 a.m. fil-Bajja ta’ San Tumas dahlet dghajsa bi 28 klandestin, 25 ragel u tliet nisa. Kif waslu huma ttiehdu l-garaxx tal-Pulizija ghas-solitu identifikazzjoni.
Fi zviluppi ohrajn il-Hamis stess ghal habta tas-1.45 p.m. intlemhet dghajsa ohra madwar tmin mili ’l barra minn Filfla. Fuq il-post marret il-Patrol Boat P23 li zammet sorveljanza fuq din id-dghajsa izda fl-ebda hin dawk li kienu fuqha ma talbu l-ghajnuna.

Intant nhar il-Gimgha il-Pulizija ta’ Ghawdex informaw lill-Forzi Armati li kien hemm lanca b’40 klandestin fuqha barra l-bajja tax-Xlendi. Fuq il-post marret il-Melita I fejn intercettat il-lanca.
Kif waslu qrib il-lanca 11 mill-klandestini talbu biex jiddahhlu Malta filwaqt li 29 ragel irrifjutaw l-ghajnuna kollha offruta mill-ekwipagg tal-Melita I tal-FAM.

Fost il-11 li talbu li jiddahhlu Malta kien hemm tliet nisa li tnejn minnhom qieghdin jistennew tarbija. Dawn waslu fil-Bazi Marittima tal-FAM fin-12.36 p.m. fejn kien hemm ambulanza b’infermiera u Dr Jonathan Joslin mill-ERT, il-Pulizija mit-Taqsima ta’ l-Immigrazzjoni mmexxija mill-Ispettur Geoffrey Azzopardi, id-Direttur tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, il-Logotenent Kurunell Brian Gatt u ufficjali tal-Bazi Marittima mmexxija mil-Logotenent Kurunell Martin Cauchi Inglott.

Fost il-11-il klandestin kien hemm koppja fejn il-mara, li hija Palestinjana, ghandha xahrejn tqala. Ir-ragel qal li huwa minn Nigerja. Kien hemm ukoll mara ohra li qalet li ghandha xahar tqala u li maghha kien hemm huha. Fosthom hemm ukoll li gejjin mis-Sudan.
In-nisa tqal u r-ragel tal-Palestinjana ttiehdu l-Isptar San Luqa ghal aktar osservazzjoni fejn, bhal-kumplament tal-grupp kienu qieghdin isofru minn nuqqas ta’ ilma. It-tmienja l-ohrajn ittiehdu mill-Pulizija ghal aktar identifikazzjoni.

Wara li l-klandestini ttiehdu minn fuq il-post l-orizzont tkellem ma’ Lance Bombardier Antoine Caruana, li mexxa l-operazzjoni minn fuq il-Melita I. Huwa qalilna li fis-7.00 a.m. gew informati li madwar erba’ mili ’l barra mix-Xlendi, f’Ghawdex, kien hemm lanca bil-klandestini. Wara li kien awtorizzat, l-ekwipagg tal-Melita I ittrasferew tmint irgiel u tliet nisa ghal fuq il-Melita I. Lance Bumbardier Caruana qal li ghal diversi drabi staqsew lill-kumplament tal-grupp jekk huma wkoll ridux li jidhlu Malta. Offrew ukoll kull assistenza, izda d-29 ragel li kien ghad fadal fuq il-lanca rrifjutaw kull ghajnuna u nsistew li riedu jkomplu bil-vjagg lejn l-Italja.

Sorsi qrib il-FAM qalulna li mhux eskluz li fis-sighat li gejjin aktar dghajjes ikunu fl-ibhra Maltin u li whud minnhom jew jidhlu wehidhom fix-xtut taghna jew jigu salvati mill-FAM. Fil-fatt ghal habta tad-9.30 p.m. grupp iehor ta’ 27 klandestin kollha rgiel dahlu f’Zonqor Point limiti ta’ Wied il-Ghajn.

S’issa din is-sena dahlu u/jew gew salvati 1,409 klandestin li 1,180 huma rgiel, 183 mara u 43 tifel u tifla.

Minn John Pisani | August 28, 2007 - 7:59 pm - Fil-Kategoriji Droga, Korp tal-Pulizija, Pulizija, Qorti

neil-harrison-drugs.jpg L-abbuz mid-droga mhux avventura

Is-Supretendent Neil Harrison – Drug Squad

 

 

F’din is-sensiela dwar il-problema tad-droga f’pajjizna s’issa tkellimna ma’ Fr Hilary Tagliaferro, Julianne Grima mic-Centru ta’ Riabilitazzjoni ta’ San Blas u ma’ zewg zghazagh li kienu ‘drug addicts’ u qeghdin jaghmlu l-programm.

Fl-intervista tal-lum tkellimt mas-Supretendent Neil Harrison li bhalissa huwa responsabbli mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fin-nuqqas ta’ l-Assistent Kummissarju Paul Debattista li jinsab bit-‘terminal leave’.

 

Hafna jsostnu li minkejja li ghaddew snin twal xorta wahda l-glieda kontra d-droga ghadha mhix mirbuha. Veru li l-glieda hija mitlufa?

L-iktar haga importanti fil-glieda kontra d-droga hija li kulhadd jigbed habel wiehed u jingibed minn naha wahda biss. Ghalija din hija gwerra u qatt mhu se naslu li xi darba nirbhu l-gwerra fejn ma jkun hawn droga ta’ xejn fil-pajjiz. Jekk nahsbu hekk inkunu qeghdin naraw wisq kbir ghalkemm din tkun is-sitwazzjoni l-iktar ideali. Imma ma naqbilx li jkun hawn min jghid li tlifniha l-gwerra jew il-glieda kontra d-droga. Jekk ahna bhala Pulizija, naslu biex nemmnu li l-gwerra hija mitlufa allura nigu ghax-xoghol demoralizzati ghax nghidu li qeghdin hawn ghal xejn.

Anzi mhux talli ma nhoss li m’ahniex nahdmu ghal xejn, imma anke l-membri kollha ta’ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga huma mimlijin b’entuzzjazmu. Is-sodisfazzjon u l-motivazzjoni tigi anke meta naqbdu lil xi hadd li juza d-droga u mhux biss dawk li jittraffikaw. L-enfazi taghna mhix dik imma li naqbdu lil xi hadd f’party jew f’xi ‘road block’, investigajnih u tressaq il-Qorti b’pussess. Finalment din tkun serviet ghal xi haga ghax dan jista’ johodha ta’ lezzjoni. Is-sena li ghaddiet ressqna 429 persuna l-Qorti fuq kazi ta’ pussess biss.

Kemm minnhom jiehdu lezzjoni minn din?

Hafna minn dawn rari nergghu niltaqghu maghhom ghax ikun hemm minnhom li jbiddlu hajjithom ghax ikun tressaq il-Qorti. Ikun hemm minnhom li jibdew programm ta’ riabilitazzjoni. Fil-fatt hafna minn dawk li qeghdin jaghmlu l-programm ghad ghandhom kaz il-Qorti u ghalhekk din turi li l-fatt li bniedem gie arrestat fuq pussess u tressaq il-Qorti digà irbahna bicca mill-gwerra.

Kien hawn minn dawn li litteralment biddel hajtu fejn filli kien beda t-triq hazina u l-fatt li dan iccappas mal-ligi u tressaq il-Qorti fuq pussess tad-droga, dan ma kompliex f’din it-triq. Anke l-Qorti tipprova taghti lil dawn il-persuni l-opportunità li jirribilitaw ruhhom billi jitpogga ta’ sorveljanza ta’ ‘probation officer’. Kien hemm kazi fejn il-Qorti anke tat cans lill-istess persuna darbtejn sakemm dan ma jinqabadx jittraffika d-droga.

Nista’ nghidlek li f’dawn l-ahhar 14-il sena kemm ilhi mad-‘Drug Squad’, ftit hafna kienu dawk li ntbghatu l-Habs fuq sempliciment pussess u dawn ikunu persuni li jkunu tressqu drabi ohrajn fuq pussess. Insibu anke l-familja taghhom stess li jghidulna li ahjar jarawhom il-habs milli c-cimiterju.

Taqbel li meta kaz idum ghaddej fil-Qorti ma tkunx qieghda ssir gustizzja specjalment meta persuna tkun lestiet programm ta’ riabilitazzjoni u snin wara jispicca l-habs?

Hemm diversi ragunijiet ghaliex kaz idum fil-Qorti u kull darba jigi diferit. Jista’ jkun minhabba xhieda importanti u jkun hemm okkazzjonijiet fejn it-tort ikun ta’ l-akkuzat stess ghax ibiddel l-Avukat aktar minn darba. Hemm sitwazzjonijiet ohrajn fejn akkuzat ikun xhud ukoll u ghalhekk il-kaz tieghu ma jkunx jista’ jinstema qabel l-iehor. Il-Pulizija m’ghandha ebda interess li ttawwal il-kaz ghax kwazi kuljum jidhlu kazi godda. Sfortunatament aktar ikollna kazi godda dehlin milli dawk li spiccaw u nghatat is-sentenza. B’hekk ix-xoghol dejjem jizdied.

Irid jinghad izda li xi hadd li jehel il-habs f’kaz li jdum ghaddej ma jkunx sempliciment pussess izda dan ikun kaz ta’ traffikar.

Huwa minnu li xhud ibiddel il-verzjoni li jkun ta lill-Pulizija ghax ikun gie mhedded u b’hekk qieghda tinghata l-impressjoni li l-huta z-zghira biss tinqabad?

Ha nibda mill-ahhar bicca. Mhu veru xejn li l-huta z-zghira biss tinqabad. Tista’ tinghata din l-impressjoni ghax l-iktar li jkun hawn huma kazi ta’ pussess ghas-semplici raguni li hawn aktar min jabbuza (users) milli traffikanti.

Dwar it-traffikanti hawn zewg tipi. Hawn it-traffikanti l-kbar u z-zghar li jissehju ‘street pushers’. Dan ta’ l-ahhar ikun juza hu stess u jbiegh id-droga biex ikun jista’ jixtri ghalih. Dawn aktar facli biex jinqabdu ghax dan jittrafika d-droga kuljum u allura jekk ma qbadnihx illum se naqbduh ghada jew pitghada.

Minn naha l-ohra t-traffikant il-kbir ma jgibx id-droga kuljum izda jgib kunsinna forsi darba fix-xahar b’hekk ic-cans li jinqabad dejjem jonqos. Barra minn hekk it-traffikanti l-kbar huma hafna akter intelligenti mill-ohrajn, ghandu aktar flus u hafna aktar metodi kif jopera.

Jien ma nhobbx nitkellem dwar il-passat u kemm qbadna imma rrid nara lil min se naqbdu minn dawn it-traffikanti l-kbar. Però din l-iskwadra kellha diversi successi fejn gew arrestati traffikanti mill-kbar. Minghajr ma nidhol fid-dettal irrid nghid li kien hemm kaz fl-2002 fejn ressaqna 19-il persuna b’konnessjoni ma’ kaz wiehed u wara aktar investigazzjonijiet ressaqna persuna ohra s-sena l-ohra. U dan hija persuna “gholja” fil-gerarkija tad-droga. U dan il-kaz ma waqafx hawn tant li rnexxielna nibnu kaz kontra persuna ta’ nazzjonalità barranija li kienet ilha tibghat id-droga Malta minn qabel l-1995.

Kif qieghed tara mhux biss f’dan il-kaz qbadna lit-traffikanti li gabu d-droga lejn Malta, ittraffikaw id-droga izda rnexxielna wkoll narrestaw u ngibu Malta lill-persuna li kienet qieghda tissuplixxi d-droga ghal aktar minn 11-il sena lejn Malta. B’hekk kissirna sors tad-droga.

Saru allegazzjonijiet li t-traffikanti ghandhom l-ghajnuna minn persuni fl-awtoritajiet. Dawn l-allegazzjonijiet saru ghax ma jistghux jifhmu kif ma nistghux nikkontrollaw id-droga fi gzira zghira. Isir kontroll fuq persuni ghal mod ta’ hajja kif jghixu bhal ma huwa lussu ta’ djar, opri tal-bahar u lussu iehor?

Illum il-Korp tal-Pulizija ghandu taqsima li tinvestiga kazi ta’ hasil tal-flus u kieku kien hemm xi suspetti li xi hadd fl-awtoritajiet huma involuti, kieku investigajnihom. Jien minhiex Alla u ma nafx kollox. Però sa fejn naf jien ma nafx li hemm persuni fl-awtoritajiet li huma involuti u Allahares hemm.

Ikun hemm min jakkuzana, lilna l-Pulizija tad-Droga, li jkun hemm min ikun jaf minn qabel li l-Pulizija tkun se tirrejdja post. Dan mhux minnu ghax hafna drabi jien biss inkun naf u ghandi fiducja kbira fin-nies tieghi. Nassigurak li minn din l-iskwadra qatt ma kien hemm ‘leakage’ ta’ informazzjoni. Jekk bicca xoghol se tinhadem minn hamsa minn nies, huma dawk il-hamsa li se jkunu jafu u l-kumplament tat-Taqsima m’ghandix ghalfejn tkun taf. Naccertak li n-nies fid-Drug Squad huma maghzulin bir-reqqa.

Kaz tipiku huwa dak fejn konna nafu li kien gej pakkett minn barra minn Malta. Ghamilna xahar shih nistennew lil xi hadd biex jigbru. F’dan il-perjodu kollu hadd ma kien jaf hlief dawk li kienu qeghdin jahdmu fuq din il-bicca xoghol u l-ebda kelma ma harget minn din l-iskwadra u finalment inaqabad dak li kellu jigbor il-pakkett.

Dwar persuni li jghixu fil-lussu. Iva dawn l-affarijiet lilna jigbdulna l-attenzjoni. Imma hemm ukoll affarijiet ohrajn. Jista’ jkollok persuna li jkollha negozju u minn taht ikun ukoll involut fid-droga. L-impressjoni li tiehu hija li l-flus li ghandu gejjin min-negozju legali u mhux mid-droga u ghalhekk meta tarah b’xi karozza lussuza u jghix tajjeb tahseb li n-negozju tieghu qieghed jirrendi.

Allura ma tinvestigawx persuni bhal dawn?

Ftit ilu arrestajna wahda fl-4.00 a.m. fil-Gzira li kellha Lm13,500. Is-suspetti taghna huma li dawn l-eluf ta’ liri gejjin mid-droga ghax din qatt ma hadmet f’hajjitha u ghandha zewg karozzi. Din tressqet il-Qorti fuq akkuzi ta’ hasil tal-flus. Jekk ma jkollikx il-provi konkreti li persuna qieghda ssuq karozza lussuza u jghix fil-lussu minhabba d-droga, ma tistax tiehu passi kontrih jekk ma jkollux rabta kriminali.

Veru li f’Malta hawn suq tajjeb ghad-droga u li facli biex wiehed isib jixtri d-droga?

Li f’Malta hawn suq tajjeb ghad-droga huwa fatt ghax kieku ma jdahhlux id-droga.

Mela minn fejn gejja din id-droga kollha?

Malta hija gzira. Tidhol bil-bahar u mill-Ajruport. Ghalkemm pajjizna huwa zghir, il-kosta hija kbira. Bi ‘speedboat’ tidhol u hadd ma jinduna ghalkemm kellna kazi fejn dawn inqabdu wkoll.

Bil-bahar hija l-ikbar problema ghax dan filli jkun se jidhol f’post u f’daqqa wahda jbiddel ir-rotta u jidhol f’post iehor. La ahna u lanqas l-Armata ma nistghu nkunu kullimkien fl-istess hin. Biex din tigi melghuba trid Pulizija f’kull post 24 siegha kuljum u ddawwar il-kosta kollha. Impossibbli. Illum nadhmu b’dik imsejjha ‘intelligence’. Tasal informazzjoni li se tiddahhal id-droga u tahdem fuq dik l-informazzjoni. Bil-kwantità kbira ta’ jottijiet u opri ohrajn tal-bahar li jidhlu Malta, huwa impossibbli li twaqqaf lil kulhadd biex tara jekk dawn ghandhomx id-droga abbord.

L-istess bhall-passiggieri li jidhlu kemm bil-bahar kif ukoll bl-ajru. Ma tistax twaqqaf kull persuna li tidhol Malta. Lanqas jekk irridu ma nistghu naghmluha ghax irid ikollok suspett ragonevoli biex twaqqaf lil xi hadd u taghmillu tfittxija.

Fost dawk li jinqabdu fl-ajruport, temmen li jkun hemm minnhom li jkunu sagrifikati biex komplici ohrajn jibqghu ghaddejjin b’ammonti akbar ta’ droga li jkunu fuq l-istess titjiera?

Ma neskludi xejn ghax kollox huwa possibbli.

Gieli jkollna nformazzjoni dwar persuna li se tkun fuq dik it-titjiera li se ddahhal id-droga. Però gieli wkoll ikollna informazzjoni li diehla d-droga fuq titjiera specifika u mhux il-persuna. Fiz-zewg kazi noqghodu attenti fuq il-passiggieri kollha. Xorta wahda jkun hemm li minkejja s-sorveljanza stretta xorta tiddahhal id-droga ghax tkun fl-istonku tieghu.

Liema huwa dak il-pajjiz l-iktar li minnu tingieb id-droga lejn Malta?

Il-Libja, Tunez. Skond liema droga. Jekk niehdu l-eroina l-maggoranza huma Libjani. L-orgini tad-droga hija t-Turkija fejn minn Istanbul hemm zewg titjiriet fil-gimgha, it-Tnejn u l-Hamis izda mindu tnehhew is-sanzjonijiet fuq il-Libja u hemm titjiriet mit-Turkija lejn il-Libja, dawn jghaddu minn hemm lejn Malta, jew f’xi pajjiz fl-Ewropa bhal per ezempju Milan.

Qbadna droga li kienet gejja minn diversi pajjizi bhalma huma Londra, Amsterdam u anke Ruma.

La Malta tidhol fil-ftehim ta’ Shengen u allura passiggieri li jigu minn dawk il-pajjizi li huma fl-istess ftehim u jidhlu minghajr ebda kontroll ta’ xejn, se tiffacilità d-dhul tad-droga f’Malta?

La darba passiggier hareg minn pajjiz li jaghmel parti mix-Shengen, allura qabel dahal f’dak il-pajjiz suppost li gie ccekjat. Però meta jonqsu l-kontrolli x-xoghol se jsir aktar difficli. Bil-ftehim ta’ Shengen qisek se tmur Ghawdex jekk tkun sejjer f’pajjiz iehor tax-Shengen, bla ebda kontroll ta’ xejn.

Illum fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga m’hemmx Spettur mara?

Suppost ghandu jinfetah kors ta’ spetturi u nittama li jizdiedu l-ispetturi f’din l-iskwadra fosthom anke mara.

Appell liz-zghazagh.

Id-droga hija xi haga li tidhak bih. Taf ittik sensazzjoni posittiva izda rizultat finali huwa negattiv u tista’ tkun fatali. Dan ma jghoddx ghaz-zghazagh biss izda ghal kulhadd ta’ kull età.

Meta tkun zghir kollox huwa avventura imma d-droga mhix avventura.

L-aghar messagg li qieghed jinghata liz-zghazagh huwa meta naraw fuq it-televizjoni nies famuzi, bhal kantanti, atturi, plejers tal-futbol li jkunu drogati u jaghmlu l-programm ta’ riabilitazzjoni. Sfortunatament iz-zghazagh jahsbu li facli tohrog mid-droga meta fil-fatt mhu veru xejn.

 

Minn John Pisani | August 27, 2007 - 9:56 pm - Fil-Kategoriji Girja, Sophie

sophie-stocktons-run.jpg

Determinazzjoni fil-qilla tax-xemx

L-ammirazzjoni li gibdet lejha Sophie Stockton ta’ 13-il sena minn York, fl-Ingilterra, hija wahda li la hi, la l-genituri taghha u wisq inqas nannuha mhuma se jinsew. Nhar il-Hadd, 26 ta’Awissu l-holma ta’ Sophie saret realtà fi shana tremenda. Hija ghamlet din il-girja b’memorja tan-nanna taghha li mietet bil-marda tal-kancer f’Dicembru li ghadda.

Kien il-gurnal l-orizzont li, iktar minn gimgha ilu, ippubblikajna l-istorja ta’ Sophie li kienet qieghda Malta biex taghmel girja biex tigbor fondi ghar-ricerka tal-kancer. Fi ftit jiem, mhux biss il-Maltin li ngibdu lejn din it-tfajla helwa, izda hafna nies f’York. Fil-fatt, l-istazzjoni televiziv ITV, li jxandar il-programm “Calendar News” baghat kru f’Malta biex jiffilmja lil Sophie taghmel il-girja taghha.

Fil-11.30 a.m. Nicki Embleton, minn Cancer Research UK, tat is-sinjal lil Sophie u lil missierha Malcolm biex tibda l-girja fl-istess hin li bdiet dik f’Yorkshire. Skortati mill-Kuntistabbli Joseph Buhagiar mit-Taqsima tat-Traffiku fuq mutur, Sophie u Malcolm bdew il-girja minn quddiem il-Lukanda Suncrest meta t-temperatura fuq it-tarmak kienet madwar 40 grad. Ezatt 45 minuta wara Sophie waslet lura minn fejn bdiet wara li ghamlet ftit aktar minn hames kilometri.

Qabel ma bdiet il-girja Sophie kienet intervistata mill-istazzjonijiet lokali kif ukoll mill-ITV li anke ffilmjaw il-girja kollha. Mistoqsija minn l-orizzont jekk is-shana kbira ghamlitx l-effett taghha, Sophie qalet li kif waslet fin-nofs u kienet taf li riedet terga’ tigri l-istess triq lura, kwazi bdiet taqta’ qalbha izda bdiet thoss li nannitha bdiet tigbidha u ghamlet kuragg. Matul il-girja, li saret tul ix-xatt kollu ta’ bejn il-Qawra u Bugibba, Sophie kienet milqugha b’capcip kemm minn Maltin kif ukoll turisti.

Mal-wasla taghha regghet sabet lill-kameras jistennew u kif qatghet it-tejp missierha, li wasal ftit passi warajha biesha b’ommha Sophie u nannuha, John Arthur bid-dmugh f’ghajnejhom kburin b’Sophie. Kemm Sophie kif ukoll Malcolm gew ipprezentati b’midalja li tinghata lil dawk kollha li jiehdu sehem fir-“Run For Life”.

“Imn’Alla kien il-Kuntistabbli Buhagiar li offra l-iskorta b’mod professjonali biex stajna nuzaw it-triq ghax kieku ma konniex naghmluha” qalilna Malcolm.

Nicki Embledon irringrazzjat lil dawk li ghamlu din il-girja possibbli fosthom lill-gurnal l-orizzont, il-Lukanda Suncrest, lill-Pulizija izda l-aktar lil Sophie. Hija qalet li f’isem il-‘Cancer Research UK’ xtaqet tirringrazzja lil dawk il-Maltin tad-donazzjonijiet li ghamlu.

Il-kont li nfetah apposta mal-Bank of Valletta se jibqa’ miftuh ghal ftit jiem ohrajn. Dawk li jixtiequ jaghmlu donazzjoni jistghu jmorru f’kull fergha tal-Bank of Valletta u jiddepozitaw id-donazzjoni fil-kont bin-numru 400 164 27909.

 

l-orizzont iddedika wkoll l-Editorjal tieghu ta’ t-Tnejn, 27 ta’ Awissu lil Sophie.

Grazzi Sophie!

Mill-eluf ta’ barranin li dan is-sajf se jkunu zaru l-gzejjer Maltin ghal btala, wahda zgur se tkun halliet impatt fuqna li m’ahniex se ninsew malajr… u ghad ghandha biss 13-il sena.

Sophie Stockton, fil-fjur ta’ hajjitha, ma kellhiex l-ewwel haga f’mohhha l-bajjiet, il-postijiet tad-divertiment jew xi attrazzjoni ohra, meta waslet f’pajjizna mal-genituri taghha ftit tal-jiem ilu. Fil-quccata tal-miri taghha kellha ghan wiehed, dak li l-bierah tigri max-xatt mill-Qawra sa San Pawl il-Bahar u lura, l-istess distanza li eluf ta’ kompatrijotti taghha kienu qeghdin jaghmlu fl-istess hin f’York, l-Ingilterra.

Bhall-qawl famuz f’pajjizha (‘Where there’s a will, there’s a way’), Sophie rat kif ghamlet – bl-ghajnuna tal-qraba taghha – biex anke jekk minn eluf ta’ mili ’l boghod, sehemha ma jkunx nieqes minn din it-tellieqa annwali Ingliza, li l-ghan taghha huwa li jingabru flus ghall-kura tal-kancer.

Ir-rieda, id-determinazzjoni u l-kuragg sa certu punt ta’ din it-tfajla Ingliza zgur xeghlu xi ftit tama, zghira kemm hi zghira, f’dawk kollha li sfortunatament qeghdin isofru minn din il-marda qerrieda, li ma taghmel l-ebda distinzjoni bejn irgiel, nisa u tfal, jew inkella kellhom ix-xorti hazina li jaraw lil gheziez taghhom “jinhatfu” minnha.

Ghall-maggoranza taghna, Sophie aktarx kienet tigi u tmur ma’ l-ohrajn u isimha ma kien ifisser assolutament xejn. L-aktar kienet tispicca bhala numru fi statistika nazzjonali ta’ dawk li zaruna.

Izda l-messagg spiritwali li xtaqet twassal u li fil-fatt wasslet Sophie l-bierah, jurina indirettament kemm kultant, anzi bosta drabi, inkunu “fgati” fid-dinja materjalistika li ticcirkondana u ta’ ipokriti nipprovaw ninjoraw sitwazzjonijiet reali tal-hajja billi nghaddsu rasna fir-ramel.

Anke jekk f’pajjizna ghandna ruxxmata ta’ “Sophies” li jahdmu bla heda u hafna drabi minghajr interessi ta’ xejn ghal bosta kawzi gusti, hafna minn dawn huma neqsin minn element essenzjali li aktarx lanqas biss jipprovaw ifittxu – l-istima u l-gratitudni tal-maggoranza taghna, li mhux dejjem napprezzaw dak kollu li jsir minnhom, partikolarment meta ma nkunux nehtieguhom ahna jew xi hadd qrib taghna.

Ghaldaqstant irridu nroddu hajr mill-qalb lis-Sinjorina Stockton li gabitna xi ftit f’sensina u talli onoratna bil-prezenza taghha fostna.

Minn John Pisani | - 9:35 pm - Fil-Kategoriji Detention Centres, Klandestini

gardjoli-safi-hal-far.jpg
Il-‘casuals’ mhux stmati, fil-periklu u mheddin

Il-problema tal-klandestini tikber qieghda u mhux tickien u ghaldaqstant hemm bzonn ta’ aktar nies biex jahdmu mal-klandestini fic-Centri ta’ Detenzjoni. Izda s’issa dawk li dahlu bhala ‘casuals’ ghadhom mhumiex tal-post b’konsegwenza li hafna minnhom mhumiex ikunu stmati, jahdmu f’periklu u anke jigu mheddin u dan mhux mill-klandestini biss.

Qraba ta’ dawn il-haddiema lmentaw ma’ l-orizzont li mhux sew li ohrajn li dahlu ma’ dawn il-‘casuals’ qeghdin igawdu minn certi privileggi ghax forsi kienu fl-Armata qabel ma ghazlu li jidhlu mas-Servizzi tad-Detenzjoni (SD).

L-istess sorsi qalulna li dawk li kienu eks-fizzjali qatt ma jintbghatu ghassa f’xi gardjola (kaxxa ta’ l-injam) izda jahdmu f’xi ufficcju jew ‘store’. Anke jekk jinhargu xi promozzjonijiet, dawk li huma ‘casuals’ ma jinghatawx l-opportunità biex javvanzaw. Meta xi hadd jipprova jigbed l-attenzjoni jsibu l-bibien maghluqin ghax jghidluhom li huma mhumiex fl-Armata. Izda, qalulna l-istess sorsi, ma jirraggunawx l-istess f’affarijiet ohrajn. Fost dawn meta jigu biex jaghmlu l-‘fall in’il-haddiema ‘casual’ huma obbligati li jaghmlu l-istess bhal ma jaghmlu s-suldati fil-FAM, huma wkoll obbligati jilbsu l-beritta u l-uniformi shiha ghalkemm ghall-kuntrarju tas-suldati dawn ma jinghatawx il-Lm45 fix-xahar ‘allowance’.

Il-qraba ta’ dawn l-impjegati wrew it-thassib taghhom anke dwar il-post fejn jahdmu. Huma semmew il-gardjoli ta’ l-injam li la hemm ilqugh tajjeb ghall-bard u xita u hafna aktar aghar f’temp bhalma qieghed jaghmel bhalissa bix-xemx tikwi.

Kemm il-gardjoli li hemm f’Hal Far kif ukoll dawk f’Hal Safi huma fi stat hazin u zgur mhux post fejn wiehed irid iqatta 12-il siegha kuljum f’kull xift. Dawn il-gardjoli mhuma attrezzati b’xejn lanqas bozza. U hawn fejn jidhol il-periklu ghal dawn il-‘casuals’ li jkunu ordnati ghassa f’dawn il-gardjoli. Peress li ma hemm xejn fihom, jekk tinqala xi emergenza ma jistghux icemplu ghall-assistenza. Verament li ghandhom radju imma hafna li tkellimna maghhom qalulna li r-radju li nghataw mhux tajbin. Fil-fatt il-batterji ta’ dawn ir-radijiet mhumiex tajbin ghax huma antiki hafna. Xi zmien ilu kienet saret weghda li kienu se jinghataw apparat ahjar izda dan baqa’ ma wasalx.

Ilment iehor li huwa serju hafna huwa dwar il-periklu li jahdmu fih fejn minhabba nuqqas ta’ nies spiss jispiccaw bi ftit biex jaghmlu r-ronda. Is-sorsi qalulna li darbtejn kuljum iridu jghoddu lill-klandestini f’dik li tissejjah ‘head count’. Izda mhux biss kull darba li jmorru jghoddu lill-klandestini jsibu diffikultà minhabba n-nuqqas kbir ta’ koperazzjoni minn naha tal-klandestini, imma anke jisbu ruhhom f’sitwazzjoni imbarrazzanti. Haddiema ‘casuals’ nisa m’hemmx u ghalhekk meta jidhlu biex jghoddu l-klandestini jridu jghoddu wkoll lin-nisa. Minhabba li l-ordni hija li l-ghadd irid isir bil-fors u jsir akkost ta’ kollox, aktar spiss milli le dawn l-ufficjali ‘casuals’ tas-SD jkollhom jidhlu fix-xowers u fit-toilets tan-nisa biex jghoddu.

Meta staqsejna lis-sorsi xi tkun ir-reazzjoni ta’ dawn in-nisa, qalulna kif wiehed jistenna li tkun – imbarrazzanti hafna ghan-nisa u iktar ghall-haddiema li barra li mhix facli li taqbad u tidhol fuq xi hadd li qieghed jinhasel jew fit-toilet, tista’ tigi interpretata hazin u jahsbu li tkun interpretata apposta.

Hemm periklu ferm akbar. Il-klandestini mhumiex jghixu hajja facli f’dawn ic-Centri ta’ Detenzjoni u ghalhekk jaghmlu minn kollox biex jaharbu. Izda, sorsi ohrajn qrib dawn ic-centri qalulna li l-klandestini jafu li jekk jaharbu xorta Malta se jibqghu u ghalhekk sforz id-dwejjaq li ghandhom sfortunatament jinfexxu fis-suldati u dawn l-impjegati ‘casuals’. Mhux l-ewwel darba li l-klandestini jkissru s-sodod u bil-hadid li jaqaghlu jirnexxielhom jelevaw il-hadid ta’ mat-twieqi biex juzawhom bhala armi biex jheddu lil dawn l-impjegati li m’ghandhomx attrezzi bizzejjed biex jiddefendu lilhom infushom. Barra minn hekk, b’mod specjali f’Hal Safi, bejn post u iehor hemmdistanzi mhux hazin u jekk jinqala’ l-inkwiet f’post u jigi aggreddit xi hadd li jkun ghassa, meta tasal l-ghajnuna generalment ikun tard wisq.

Ilment gustifikat huwa dwar l-ordni li kellhom jiffirmaw ghaliha dwar il-leave inkella ma jinghatawx l-impjieg. Kull darba li xi hadd jiehu l-leave u dan ikun awtorizzat, huwa obbligat li jcempel qabel jibda x-xift li suppost ikun xoghol biex dak il-hin stess jghidulu jekk jistax jibqa’ bil-leave. Fi kliem iehor meta xi hadd jinghata l-leave u jkun xoghol fis-7.00 a.m., dan irid icempel qabel is-7.00 a.m. biex jekk dakinhar xi haddiehor cempel li ma kienx se jidhol ghax ma jiflahx, il-leave jigi kancellat u jrid jidhol ghax-xoghol. Il-qraba li tkellmu maghna qalulna li minhabba f’hekk ma jistghu jippjanaw xejn lanqas okkazzjoni mal-familja bhal xi tieg jew xi jumejn Ghawdex ghax fl-ahhar hin jista’ jikkancellalhom il-leave.

Minhabba li dawn il-‘casuals’ mhumiex tal-post, qeghdin ikun mhedda mis-superjuri taghhom u ghaldaqstant ihossuhom li dejjem ghandhom il-mannara lesta se taqa’ fuq rashom. Minhabba f’hekk ma jistghu jghidu xejn u ghalhekk il-qraba taghhom hassew li kellhom jigu ghandna biex iressqu l-ilmenti taghhom ghax m’hemm hadd min jaqbez ghalihom. Mistoqsijin ghaliex majidhlux f’unjin, dawn qalulna li jekk ikun hemm xi hadd li mqar jipprova jitkellem biex ihajjar lill-ohrajn jidhlu f’unjin biex jiggieldu ghad-drittjiet taghhom, jispicca vitimizzat.

Dawn huma ftit minn dak li ghaddej fis-Servizzi tad-Detenzzjoni u ghalhekk l-orizzont se jkompli jinvestiga aktar fil-fond fosthom il-vetturi godda li nxtraw, jekk hemmx kunflitt ta’ interess dwar l-ghoti tal-kuntratt ta’ l-ikel, skorti li jsiru u aktar.

Minn John Pisani | - 8:59 pm - Fil-Kategoriji FAM

Pressjoni minn Kastilja biex kollox ikun lest din is-sena

Dak li it-Torca zvelat fil-harga tat-12 ta’ Awissu, kif ukoll fuq dan is-sit, dwar il-promozzjonijiet li qieghdin jinhmew minn Kastilja fi hdan il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM), hareg aktar fil-berah waqt laqgha li saret dan l-ahhar fil-Kwartieri Generali tal-FAM.

Din il-laqgha tmexxiet mill-Brigadier Carm Vassallo mad-Deputat Kmandant il-Kurunell Anthony Grech, il-Kurunell Raphael Farrugia, il-Logotenenti Kurunelli Gerald Degetano, Harold Stivala, Claudio Spiteri, Brian Gatt, George Galea, Martin Bondin u Martin Cauchi Inglott kif ukoll il-Maggur Mario Borg u l-Kaptan Joseph Spiteri.

Fost il-punti li gew diskussi kienu l-promozzjonijiet fejn il-Brigadier informa lill-fizzjali li “inghata direzzjonijiet minn fuq” biex jerga’ jsir ezercizzju iehor ta’ promozzjonijiet din is-sena. “Zmien biex isir dan l-ezercizzju huwa limitat hafna u ghalhekk hemm bzonn tal-koperazzjoni tal-Units kollha biex din id-data tintlehaq”.

Sorsi qrib il-FAM qalu lit-Torca li l-ghaggla li kollox qieghed isir biha jindika li l-maggoranza tal-promozzjonijiet huma digà lesti minn Kastilja u l-ezecizzju se jsir biss biex ma jkunx hemm hafna lmenti ma’ l-Ombudsman.

Inghatat ordni biex dawk li nghataw promozzjoni f’Dicembru 2006 ma jergghux jigu konsidrati ghal promozzjoni ohra sakemm l-Ufficjal Kmandant ma jhossx li jkun hemm xi eccezzjoni. Izda f’kaz li jkun xi eccezzjoni l-Kap Kmandant ghandu jigi informat minn qabel.

Sturzzjonijiet ohrajn li nghataw kienu biex issir hafna aktar attenzjoni kif l-ufficjali jaghtu l-punti fil-‘Promotion Assessment Report’ (PAR). Dan minhabba li jkun difficli hafna biex ikunu gustifikati kaz ta’ lmenti fejn xi hadd ma jinghatax promozzjoni ghal nofs punt jew inqas. Kazi bhal dawn ghandhom jigu evitati ghax jekk il-kaz ikun investigat mill-Ombudsman ikun difficli li l-Armata tiddefendi l-pozizzjoni taghha ghaliex ma jkunx inghata promozzjoni.

Dwar il-kazi quddiem l-Ombudsman intqal waqt din il-laqgha li wara l-promozzjonijiet ta’ l-2006 kien hemm iktar minn 300 ilment u hfna minnhom digà tressqu quddiem l-Ombudsman.

Jidher li kien hemm xi diskripanzi bejn certi units fl-Armata dwar punti li jinghataw ghal dawk is-suldati li jiehdu sehem fil-parati u fid-drill fejn dawk li jiehdu sehem jinghataw 18-il punt. Il-Brigadier Vassallo qal li huwa ma jhossx li suldati ghandu jigi penalizzat ghax l-Armata ma tipprovdilux uniformi cerimonjali jew ghax suldati li jaghmlu xoghol iehor konness mal-parata imma mhux il-parata nnifisha. Minn naha l-ohra izda, suldati li ma jiehdux sehem ghax igibu huma stess skuzi minhabba ragunijiet medici biex jevitaw il-parati, ghandhom ikunu penalizzati.

Wara diskussjoni xi ftit twila gie deciz li dawk li minhabba ragunijiet medici ma jkunux jistghu jiehdu sehem fid-drill ma jinghataw ebda punti f’din is-sezzjoni. Minn naha l-ohra dawk is-suldati li regolarment jaghmlu d-drill u jiehdu sehem fid-doveri cerimonjali jinghataw il-marki kollha inkluzi dawk is-suldati li xogholom huwa relatat mal-parati imma ma jiehdux sehem direttament fil-parati. Suldati ohrajn li minghajr ebda tort taghhom ma jinghatawx l-uniformi cerimonjali, ghandhom jinghataw punti li ma jaccedux nofs il-marki allokati.

Intqal ukoll li s-sottomissjonijiet tal-PAR ghandhom jaslu ghand il-Kap Kmandant sa mhux aktar tard minn nhar il-Gimgha, 14 ta’ Settembru 2007. Dan ifisser, qalulna s-sorsi, li f’inqas minn xahar l-Ufficjali jridu jassessjaw lis-suldati kollha li jaqghu tahthom,  j aghmlu r-rapport fuq kull individwu u jghadduhom lill-Brigadier.

Dan l-ghaggla kollha minhabba li fil-gimghat li gejjin iridu jinhargu l-promozzjonijiet mhux biss tal-fizzjali, fosthom il-‘Full Colonels’, izda tar-rankijiet l-ohrajn.

Dan kollu irid isir qabel l-Elezzjoni Generali u minhabba f’hekk qieghda ssir pressjoni qawwija minn Kastilja. Sorsi ohrajn f’Kastilja stess stqarrew maghna li mhux biss hemm lesti l-promozzjonijiet tal-fizzjali bin-nies maghrufin, izda anke fir-rankijiet l-ohrajn il-lista digà tlestijiet.

L-importanti mhux li jinhatru min ghandu l-anzjanità, l-esperjenza u l-kwalifici izda li pozizzjonijiet strategici fi hdan l-Armata jkunu okkupati minn nies tal-qalba. B’hekk meta wara l-Elezzjoni Generali li jmiss ikun hemm Gvern Laburista xorta wahda ma jkunux jistghu jitnehhew minn fejn qieghdin.

It-Torca se tkompli ssegwi l-intricci li ghaddejjin fl-Armata li qieghdin jinhmew minn Kastilja minn wara dahar l-Armata.

Minn John Pisani | - 8:57 pm - Fil-Kategoriji Hold-up

Halliel ried jisraq vann mimli laham u baqa’ b’xejn

Halliel li x’aktarx kellu ppjanat li jaghmel BBQ kbir fi tmiem il-gimgha baqa’ “fjakk” meta fallilu hold-up li ghamel fuq ragel nhar il-Gimgha, 24 ta’ Awissu kmieni filghodu.

Il-hold-up sehh ghal habta tas-6.30 a.m. meta ragel ta’ 33 sena minn H’Attard kien ghadu kif dahhal il-vann fil-garaxx tal-kumpanija SM Marketing fi Triq Dun Luret Callus f’Haz-Zebbug biex ihott il-laham li kellu fil-vann. Kif ir-ragel hareg mill-vettura dahal il-halliel b’wiccu mghammad u armat b’pistola. Il-kriminal beda jhedded lir-ragel biex jaharb ’il gewwa ghax inkella jisparalu. Il-vittma ma kellux ghazla ohra hlief li jobdi l-ordnijiet tal-halliel u telaq minn fuq il-post.

Il-kriminal dahal fil-vann izda sab li sid il-vann kien ghamel xi haga li suppost jaghmel kulhadd kull darba li johrog minn vettura – nehha c-cwievet u poggihom fil-but. Kif il-halliel, mghammad u armat, pogga jdejh fejn ikun hemm ic-cavetta biex jistartja l-makna tal-vann sab li ma kienx hemm cavetta. Kif induna ma kellux triq ohra hlief li johrog mill-vann u jahrab bil-giri minn fuq il-post idu vojta. Huwa mifhum li fil-vann kien hemm b’madwar Lm5,000 f’laham. 

Fuq il-post tar-reat marru l-Pulizija mill-Ghassa ta’ Haz-Zebbug immexxija mill-Ispettur Jesmond Borg. B’dan il-hold-up gie informat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li ordna inkjesta u hatar lil Dr David Farrugia Sacco u lill-Ufficjali tax-Xena tar-Reat bhala esperti tal-Qorti.

Dan kien id-29 hold-up din is-sena li nafu bihom ahna.

attentat-ta-qtil-24-08-07.jpg

Zaghzugh jaghti ruhu b’idejh lill-Pulizija f’Hal Luqa

Siegha u kwart wara attentat ta’ qtil f’Paceville, zaghzugh ta’ 18-il sena minn Pembroke mar l-Ghassa tal-Pulizija f’Hal Luqa u qalilhom li kien ghadu kif spara ghal wiehed.

Dan l-attentat ta’ qtil sehh nhar il-Gimgha, 24 ta’ Awissu ghal habta tas-5.45a.m. fl-istabbiliment ‘Footloose’ f’Paceville. Dak il-hin Mark Debono ta’ 28 sena miz-Zurrieq kien mal-bar meta dahal iz-zaghzugh b’xaghru ‘spiky’ li beda jdur mal-post. Jidher li l-maniger tal-post dahlu suspett fih izda meta dan waqaf qrib il-vittma u ordna ‘drink’, il-maniger qdih u telaq fejn ikun hemm id-DJ.

Kien hawn li z-zaghzugh hareg l-arma u spara tir wiehed mill-vicin fil-genb tan-naha tax-xellug ta’ Debono li nizel ma’ l-art bid-demm hiereg mill-ferita. L-aggressur telaq minn fuq il-post u kif wasal hdejn il-bieb ta’ barra, fejn kien hemm zewg membri tas-sigurtà, hadilhom b’idejhom, selmilhom u telaq.

Ghall-ewwel il-maniger haseb li l-hoss ta’ l-isparatura kien gie minn bieb tat-toilet li nstabat izda kif rega’ hares ra lill-vittma fl-art f’ghadira demm. Huwa cempel lill-Pulizija kif ukoll ambulanza.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u diversi units tal-Mobile li kif inghataw diskrizzjoni tas-suspettat bdew tfittxija ghalih. Triq San Gorg, fejn hemm l-istabbiliment fejn sehh l-attentat ta’ qtil, inghalqet mill-Pulizija miz-zewg nahat. Ambulanza b’infermier marru jassistu lill-vittma u wara li nghata l-ewwel ghajnuna medika ttiehed l-Isptar San Luqa. Aktar tard il-vittma gie operat biex tnehhietlu l-balla minn gismu.

Ghal habta tas-7.00 a.m. il-Pulizija gew informati mill-Pulizija fl-Ghassa ta’ Hal Luqa li certu David Jonathan Spiteri ta’ 18-il sena minn Pembroke kien mar minn jheddu u ceda f’idejn il-Pulizija. Huwa baqa’ jinzamm sakemm marru l-Pulizija tal-Mobile li haduh id-Depot tal-Pulizija.

Minn stharrig li kompla jaghmel l-orizzont jirrizulta li l-arma li ntuzat hija pistola semi-awtomatika ‘Rigarmi’ ta’ kalibru .635mm. Huwa mifhum li x’aktarx il-kaz sehh minhabba xi tfajla.

B’dan l-attentat ta’ qtil gie informat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li ordna inkjesta fejn hatar diversi esperti tal-Qorti fosthom lill-Perit Richard Aquilina, l-Espert Mediku Forensiku Mario Scerri, Dr Stefan Filleti u lill-Espert ta’ l-armi l-Brigadier Maurice Calleja flimkien ma’ l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat. Mill-istabbiliment il-Pulizija elevaw skartocc li hareg mill-pistola.

L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mis-Supretendent Pierre Calleja u l-Ispettur Ramon Cassr mid-DIK u l-Ispettur Martin Sammut tad-Distrett.

Sadanittant l-ghada s-Sibt il-Qorti fethet il-bibien b’urgenza u ressqet quddiem il-Magistrat Dr Tonio Micallef Trigona lil David Jonathan Spiteri, mixli li fl-24 ta’ Awissu 2007, ghal habta tas-5.45 pm f’Paceville, San Giljan, bil-hsieb li joqtol jew li jpoggi l-hajja ta’ Mark Debono f’periklu car, spara tir b’arma tan-nar fid-direzzjoni tieghu.

Kien l-imputat stess li ftit izjed minn siegha wara li wettaq dan l-attentat, ghamel rapport fl-ghassa tal-pulizija ta’ hal Luqa li kien ghadu kif spara lejn ragel.
Il-kaz sehh fl-istabbiliment “Footloose”. David Jonathan Spiteri kien mixli li fl-istess cirkostanzi, permezz ta’ l-istess tir sparat minn arma tan-nar, ikkaguna feriti li jistghu jikkagunaw debbulizza permanenti fis-sahha ta’ persuna. Dawn il-feriti jikkwalifikaw li huma ta’ natura gravi, skond ma kien iccertifikat mit-tobba ta’ l-Isptar San Luqa.

Huwa kien mixli ukoll li waqt dan ir-reat, kellu fil-pussess tieghu arma tan-nar minghajr licenzja tal-pulizija. L-isptaratura fil-fatt saret b’pistola tad-ditta Rigarmi, li n-numru tas-serje taghha ghadu mhux maghruf. Barra minn hekk, kien mixli ukoll li spara arma tan-nar f’post pubbliku, u mhux minn 200 metru jew izjed ‘il boghod mill-abitat.

Iz-zaghzugh wiegeb li ma kienx hati ta’ dawn l-akkuzi, u filwaqt li d-difiza ghamlet talba ghal-libertà provizorja, peress li qalet li l-habs mhux post adattat ghall-imputat u li l-imputat innifsu kkopera mal-pulizija, il-Prosekuzzjoni opponiet ghal din it-talba.

Waqt li kienet qieghdha tkun trattata t-talba, il-Magistrat Micallef Trigona rrimarka dwar il-fatt li guvni ta’ 18-il sena kien qieghed f’post ta’ divertiment fil-pussess ta’ arma tan-nar.

Wara li qieset dawn il-fatti, il-qorti cahdet it-talba ghal-libertà provizorja u ordnat biex l-imputat jinzamm arrestat il-habs ta’ Kordni. Fuq suggeriment li sar mid-Difiza, il-Qorti rrakkomandat li l-imputat ghandu jinzamm fit-Taqsima ghaz-Zghazagh, YOURS.

Minn John Pisani | - 8:25 pm - Fil-Kategoriji Aggressjoni, Arrestat, Droga, Pulizija, Qorti

Erba’ zghazagh daru ghal Kuntistabbli

Kuntistabbli li kien fuq xoghol qrib it-traffic lights ta’ Paceville kien aggredit minn erba’ zghazagh li fixkluh fil-qadi ta’ dmirijietu.

Tard nhar il-Gimgha, 24 ta’ Awissu ghal habta tal-11.15p.m. il-Kuntistabbli ra vettura tal-kiri tinsaq b’mod suspettuz. Ghaldaqstant huwa waqqaf il-vettura li barra s-sewwieq kien hemm tliet zghazagh ohrajn u staqsa lis-sewwieq jekk kienx xurban izda minflok ma kkopera dan allegatament beda joffendi lill-Pulizija. Peress li l-Kuntistabbli kien wahdu talab ghar-rinforz.

Kif raw hekk l-erba’ zghazagh hargu mill-vettura, daru mal-Kuntistabbli u allegtament bdew jaggreduh. Il-Pulizija prova jiddefendi ruhu kif seta. Ftit tal-hin wara waslu units mill-Iskwadra tal-Mobile li arresstaw lill-erba’ zghazagh u haduhom id-Depot tal-Pulizija. Qed ikun allegat li meta saret tfittxija fuq iz-zghazagh, instabet id-droga fuq xi whud minnhom. Is-sewwieq kien mitlub biex jaghmel l-ezami tan-nifs izda huwa mifhum li dan baqa’ jirrifjuta. Il-Kuntistabbli ttiehed l-Isptar San Luqa fejn instab li kien qieghed isofri minn griehi hfief f’rasu u ghajnejh.

Persuni li tkellmu maghna qalulna li minkejja li l-Pulizija jkunu mhargin sew biex jiddefendu lilhom infushom u anke hemm minnhom li huma professjonali fl-arti marzjali u dixxiplini ohrajn, illum joqghodu lura milli jiddefendu ruhhom ghax jibzghu li jigu akkuzati bi vjolenza u brutalitĂ  u jispiccaw huma fl-inkwiet.

“Irridu nammettu li llum il-Pulizija saru ‘punching bags’ u jekk il-Qorti mhux se tiddefendi lill-Pulizija b’pieni horox bhala detterent, allura l-Pulizija se jibqghu jissawtu”, qalilna ufficjal tal-Pulizija.

Dwar dan il-kaz l-Ispettur Martin Sammut ressaq zewg zghazagh il-Qorti. Wayne Delia ta’ 21 sena mill-Fgura u zaghzugh iehor ta’ 16-il sena, li ismu ma jistax jigi ppubblikat, nhar il-Hadd tressqu b’arrest fil-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Doreen Clarke mixlijin fost l-ohrajn li attakkaw, heddew u kkagunaw feriti hfief fuq Kuntistabbli tard nhar il-Gimgha li ghadda. L-akkuzi jghidu li nhar l-24 ta’ Awissu, 2007, ghall-habta tal-11.15p.m. fi Triq Sant’Andrija, San Giljan, attakkaw jew ghamlu rezistenza kontra l-ufficjal, li ingurjaw, heddew jew ghamlu offizi fuq l-istess Kuntistabbli, li kkagunawlu feriti ta’ natura hafifa, volontarjament ghamlu hsara fuq hwejjeg fl-uniformi u telefon cellulari ta’ l-istess Pulizija, volontarjament kisru l-bon ordni b’ghajjat u glied, m’obdewx l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija u li huma recedivi b’diver sisentenzi.

Delia wahdu gie akkuzat li fl-istess cirkostanzi sahansitra ttanta jew hajjar lill-istess Kuntistabbli biex jaghmel delitt ta’ korruzzjoni, li saq vettura meta ma kienx f’kundizzjoni li jaghmel dan minhabba xorb jew drogi u li rrifjuta li jaghti kampjun tan-nifs.
Iz-zewg imputati wiegbu li m’humiex hatja u l-Qorti laqghet it-talba ghal libertà provizorja fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li jiffirmaw fl-Ghassa tal-Pulizija, depozitu ta’ Lm100 u garanzija personali ta’ Lm200.

handaq-fire.jpg

Problemi ghall-Protezzjoni Civili minhabba nuqqas ta’ ilma

Mahzen ta’ fabbrika li tinsab fil-Qasam Industrjali ta’ Tal-Handaq limiti ta’ Hal Qormi inqered kompletament minn nirien kbar. Ghal darb’ ohra l-membri tal-Protezzjoni Civili regghu sabu problemi kbar minhabba li anke f’dan il-Qasam Industrijali ma hemm la ‘fire hydrants’ u lanqas gibjun bl-ilma.

Nhar il-Gimgha, 24 ta’ Awissu ghal habta tas-2.14 a.m. l-Control Room tal-Protezzjoni Civili gew informati li kien hemm nirien kbar f’Tal-Handaq. Kif waslu l-ewwel ingenji tat-tifi tan-nar sabu wiehed mill-imhazen tal-kumpanija S&R mahkum minn nirien kbar. Minhabba li fil-mahzen kien hemm diversi kimika fosthom zebgha, thinner u lostru, in-nirien tferxu fi ftit minuti.

F’hinijiet minnhom laned bil-kimika bdew jisplodu tant li s-saqaf tal-mahzen ikrolla u l-fjammi tan-nirien gholew madwar tliet sulari. L-operazzjoni minn naha tal-Protezzjoni Civili kienet wahda difficli hafna l-aktar minhabba li kellhom juzaw kemm ilma kif ukoll foam. Imma l-ikbar problema li dejjem jiffaccjaw il-membri tad-D.P.C. hija n-nuqqas ta’ ilma l-aktar meta nirien kbar bhal tal-bierah isehhu matul il-lejl fejn hemm il-fabbriki. Dan minhabba li ma jezistux postijiet bl-ilma ghad-dispozizzjoni tal-D.P.C. u mhux facli li f’dawk il-hinijiet isibu bowsers privati biex jisupplixxu l-ilma. Fil-fatt sas-6.30 a.m., erba’ sighat wara, l-membri tad-D.P.C. kienu ghadhom qieghdin jitfghu l-ilma biex in-nirien ma jinferix ghall-mahzen l-iehor u ghall-fabbrika.

Sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont qalulna li l-Gvern ghandu jara li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma jkollha l-‘fire hydrants’ f’diversi postijiet f’kull Qasam Industrijali dan minhabba li kull darba li tinharaq fabbrika mhux biss isoffru danni s-sidien izda maghhom ibatu l-impjegati li jispiccaw bla xoghol.

Il-hsara li kkawzaw in-nirien tal-bierah huma estensivi. Barra l-ammont kbir ta’ materjal li nharaq, vann li kien ipparkjat qrib il-mahzen ukoll inharaq totalment flimkien ma’ apparat u l-bini tal-mahzen kollu. Jidher li n-nirien bdew minn gewwa u ghalhekk l-ewwel indikazzjonijiet juru li setghu bdew b’mod accidentali.

L-operazzjoni tal-bierah tmexxiet mill-ufficjali Tony Pisani, Frank Axiaq u Tonio Portelli bil-kumplament tal-pumpieri li hadmu ghal aktar minn hames sighat sakemm kollox kien taht kontroll. Fuq il-post intbghatet ukoll ambulanza b’infermiera ghal-lest.

L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Marisa Camilleri mill-Ghassa ta’ Hal Qormi. Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina, Dr Richard Sladden u lil Carmel Pulè bhala espert fil-kimika.

Minn John Pisani | - 7:47 pm - Fil-Kategoriji Droga

paul-san-blas-4.jpg

Id-droga qatlitlu hbieb tieghu

Paul – ukoll isem fittizju – beda d-droga ta’ 15-il sena. Illum ghandu 27 sena u beda jabbuza mid-droga fl-iskola fejn kien jattendi. Bdejt din l-intervista ma’ Paul b’xi haga li qalli Fr Hilary Tagliaferro f’intervista li deheret f’l-orizzont nhar is-Sibt, 21 ta’ Lulju. Fakkart lil Paul x’qalli Fr Hilary - “Ghajjet naghmel funerali ta’ zghazagh vittmi ta’ overdose tad-droga”.

Ir-risposta spontanja li tani Paul hija l-istampa tal-problema f’Malta. Paul qalli “Ir-realtà taf x’inhi? Mhux se jieqaf jaghmilhom”

Ghaliex bdejt id-droga?

Id-dar ma kelliex xi hajja ferrieha u ghalhekk tibda tfittex lill-hbieb aktar milli l-familja. Kont inkun imdejjaq u kif bdejt nara li kien hemm min kien ferhan bdejt naghmilha maghhom biex forsi nsib xi ftit kuntentezza.

Bdejt nesperimenta l-haxixa meta kont ghadni l-iskola. Ma tantx domt fuq il-haxixa u billi dak iz-zmien l-eroina kienet popolari hafna bdejt fuqha.

Issemmu li minhabba l-kumpanija hazina li dahlitkhom fil-vizzju tad-droga. Int kont ta’ kumpanija hazina ghal ohrjan?

Iva kont. Din bhal rota dejjem iddur. Tidhol f’cirku vizzjuz u tara ucuh godda li int minghajr ma tinduna tkun qieghed taghti ezempju hazin li xi haddiehor li anke jkun izghar minnek. Dak il-hin ma tara xejn hlief droga, droga u aktar droga. Jekk dak il-hin li tkun qieghed tittaqqab u jkun hemm tifel zghir lanqas biss jinteressani kemm ghandu età u jekk hux se nkun jien li se neqridlu hajtu. Anzi gieli kienu jigu u ma jkollhomx flus bizzejjed u kienu jitolbuni biex nixtrilhom. Gieli ma kienx ikolli jien flus bizzejjed imma flimkien konna nixtru u naqsmu. Kont narhom dinja dak il-hin u ma kontx naghti kaz kemm ghandhom zmien.

Il-hbieb li jkunu flimkien biex jabbuzzaw mid-droga mhumiex hbieb tieghek imma huma hbieb tad-droga. Tasal fi stadju li dawk li int tahseb li huma shabek fil-fatt lanqas biss tkin taf min huma imma l-importanti li ghandhom id-droga u xejn izjed.

Biex kont tixtri d-droga, kont tisraq minghand il-familja?

Kollox.

X’jigifieri ‘kollox’?

Il-flus li kien ihalli missieri lill-ommi biex tixtri. Kont nistennieh u ftit wara kont nohodhom kollha. Sraqtilhom id-deheb u kull ma kont insib.

Kienu jsakru l-kamamar apposta imma xorta kien jirnexxieli nidhol u nisraq li kien jigi ghal idi basta jkolli biex nixtri l-eroina.

Gejt fl-inkwiet mal-gustizzja?

Mhux darba. Wettaqt diversi serqiet. Fejn kelli c-cans nisraq sraqt. Djar, hold-up fuq banka tal-lottu, hwienet u anke koppja anzjana. Dak il-hin ma kontx inkun jien. Kont inkun persuna ohra ghax kull ma kien ikolli quddiem ghajnejja kienet id-droga.

Illum thoss rimors ghall-vittmi li sraqt?

Hafna. Specjalment dik il-koppja anzjana. Mhux l-ewwel darba li nkun fis-sodda u ngibhom quddiem ghajnejja u ghalkemm ma nasalx biex niffaccjahom biex nitlobhom skuza, xorta wahda jiddispacini ghal dak li ghamilt.

Ghamilt xi zmien il-Habs?

Iva skuntajt sentenza ta’ xahar prigunerija.

Hemm droga fil-Habs?

Iva ssib droga. Issibha b’hafna modi u ghalkemm ma ssibix facli daqs kemm issib id-droga fit-triq, xorta hemm minn fejn issib id-droga fil-Habs.

Illum fit-triq tmur fejn tmur f’kull rahal u belt se ssib id-droga. M’hawnx post li xi hadd jista’ jghid li d-droga ma ssibix. Jekk tara klikka ta’ zghazagh tista’ tghid li hemm minnhom li qieghdin jabbuzzaw.

Minkejja l-kampanji kollha li jsiru kontra d-droga u l-effett negattiv taghha, ghaliex ghad hawn min jabbuza?

Jien, u dawk kollha li jidhlu f’dan il-vizzju, qatt ma emmint meta kont nisma’ li meta tibda se tidhol fi sqaq. Anzi kont nghid li nipprova d-droga darba, ikolli dik l-esperjenza u meta rrid nieqaf. Imma mhux hekk. Id-droga hija sabiha u ma tistax tghid li hija kerha.

X’effett thoss meta tkun taht l-influwenza tad-droga?

‘Superman’. Thossok li hadd ma jista’ ghalik meta tkun taht l-effett taghha. Ittik pjacir imma tohodlok hafna aktar milli ttik.

Ha ntik ezempju kemm titilfek id-droga. Jekk tkun taht l-effett u jigi xi hadd u jpoggilek pistola ma rasek u jheddek li se joqtlok, ma tibzax u tghidlu ‘mur ’l hemm hallini’. Jew gew il-Pulizija ghalik id-dar biex jarrestawk lanqas biss taghti kas.

Kien hamm kaz li spiccajt b’overdose?

Iva. Anzi mhux darba imma tliet darbiet. Dejjem kont iffortunat u gejt f’senisha qabel waslet l-ghajnuna. L-ahhar li kont intlift kont hadt id-droga biex immut. Ried nehles mill-vizzju li dhalt fih b’suwicidju ghax ma flahtx nghix aktar dik il-hajja. Mort sibt post fejn kien hemm garaxxijiet taht l-art fejn ma jarani hadd. Niftakar kienu l-10.00 a.m. u wara li ttaqqabt qomt, hassejtni stordut u waqajt.

Meta gejt f’sensija qomt mill-art, hrigt minn hemm taht u staqsejt lil wahda mara x’hin kien. Qaltli l-5.30 p.m. Ghamilt aktar minn seba’ sighat mitluf u hadd ma nduna. Hemm irrelalizzajt li Alla ma ridnix ghalissa.

Wara ergajt pruvajt imma kien sabni persuna li jahdem hafna mad-drogati u tefani fl-Isptar Monte Carmeli biex nibda naghmel xi haga halli nohrog mid-droga. Hemmhekk ghamilt hames xhur u minn hemm gejt San Blas fejn issa ilhi disa’ xhur nadif u mhux se nerga’ mmiss iktar id-droga.

Tlift hbieb li mietu kawza tad-droga?

Mhux wiehed jew tnejn. Min jidhol f’dan il-vizzju l-probabilità hija li hekk jispicca. Hafna minn dawk li jmutu b’overdose ikunu ghamlu hekk apposta biex jistriehu.

Waqt il-funeral ta’ habib li miet ftit ilu ghidt – “Haditu wkoll id-droga?” Dak il-hin hassejt rabja kbira ghad-droga ghax kull ma rajt quddiem kien biss xi hadd li kont inhobb u issa qieghed hemm f’kaxxa. U meta tibda thoss allura tinduna li qieghed fit-triq it-tajba li d-droga ma tridx taf biha aktar.

Qabel meta kont ghadni nabbuza md-droga u kont nisma’ li xi hadd li naf kien miet b’overdose, kull ma kont nghid huwa – “miet ukoll dak?”

La tlesti dan il-programm min hemm jistennik hemm barra?

Familja li thobbni. Genituri li tawni appogg kbir. Ghandi tifla u anke hbieb ta’ vera li ghalkemm jafu li kelli problema xorta ghadhom jistaqsu ghalija. Hemm minnhom li ilhi iktar minn tliet snin ma jkolli kuntatt maghhom izda xorta wahda ghadhom interesati fijja u jridu jigu jarawni hawn.

L-intervista li jmiss mas-Supretendent Neil Harrison mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga